Illum previous editions

illum 29 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/779070

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 29 ta' Jannar 2017 Sports 28 Azzjoni mill-konfrot bejn Swieqi u Qormi. Ritratt - Joe Borg minn Cristian Antony Muscat Balzan ...................... 2 Tarxien R .................. 2 TARXIEN Rainbows tellfu żewġ punti prezzjużi lil Balzan meta żammewhom fi draw ta' 2-2. Ir-Rainbows ħolqu l-ewwel periklu wara kwarta logħob meta Alex Nilsson ħarab tajjeb min- nofs il-grawnd sa ma wasal fil-kaxxa l-kbira sabiex spara xutt illi ġiegħel lil Ivan Janjusevic jilqa' tajjeb. Iżda kontra x-xejra tal- logħob, kienu Balzan li marru fil-vantaġġ fil-31 minuta meta Abdelakrim Nafti ħa l-ballun, daħal fil-kaxxa u b'logħob perfett tefa' wara Philip Schranz sabiex għamilhom 1-0. Fl-44 minuta, Balzan irduppjaw l-iskor meta l-Montenegrin Bojan Kaljevic għadda ballun tajjeb lil Paul Fenech li b'xutt fil-baxx għar-rokna għeleb lill-goalkeeper Tarxiniż, Philip Schranz. Balzan ħarġu tajjeb għat- tieni taqsima u reġgħu ttantaw xortihom fis-57 minuta meta freekick ċentrali ta' Abdelakrim Nafti sab lil Philip Schranz attent. Fil-71 minuta kellna freekick ieħor din id-darba tas-sostitut Lydon Micallef li ġiegħel lil Schranz jagħti tajjeb bil-ponn sabiex xutt mir-rebound ta' Da Silva Souza reġa' sab lill-goalkeeper Tarxiniż jirrispondi tajjeb. Tarxien Rainbows reġgħu daħlu fil-partita fil-75 minuta meta cross ta' Alex da Paixao Alves sab lil Julian Galea illi approfitta minn żball difensiv sabiex poġġa l-ballun fix-xibka. Lanqas laħqu għaddew erba' minuti u t-Tarxiniżi jġibu l-iskor indaqs meta wara azzjoni ta' freekick, Janjusevic ta bil-ponn kif seta' sabiex daħal Alex Nilsson li qandel il-ballun wara Janjusevic għall-gowl tad-draw. Balzan - Janjusevic, Giglio de Oliveira, Kaljevic, Arab, Da Silva Souza (Agius 79'), Grima, Nafti (Micallef 68'), Fenech, Serrano Valero, Fenech, Piciollo (Effiong 55') Tarxien R - Schranz, Baker, Marcelina, Caruana (Azzopardi 53'), De Leon Garcia (Borg 83'), Nilsson, Fernandez Prendes, Zerafa, Da Paixao Alves, Tabone (Galea 70'), Zammit Referi - Fyodor Zammit PAUL FENECH Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Twieled fl-20 ta' Diċembru 1986 f 'Tal-Pietà. Rebaħ l-unur tal-MFA Plejer tas-Sena. Huwa prodott ta' Naxxar Lions u qabel Balzan lagħab ma' Birkirkara u ma' Msida St Joseph. Tarxien Rainbows itellfu żewġ punti prezzjużi lil Balzan Ritratt: Christine Borg Ritratt: Joe Borg Alan Da Silva Souza jipprova jirbaħ il-ballun mingħand plejer ta' Tarxien Rainbows

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 January 2017