Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/779070
illum | Il-Ħadd 29 ta' Jannar 2017 22 L-Oroskopju Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Minħabba li bħalissa int tinsab taħt il- fażi taż-żodijaku ta' Aquarius, din qiegħda tgħinek sabiex int bħalissa tagħraf iktar lilek innifsek imma l-aktar sabiex ċertu nuqqasijiet li int sofrejt dan l-aħħar, kemm jekk fl-imħabba u kemm jekk fil-karriera, dan huwa ż-żmien opportun li int tista' tirkupra sew dan it-telf. Toqgħodx tibki dak li għadda, imma qawwi iktar lilek sabiex issa tissaħħaħ għal li ġej. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas- Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li fil-mument int għandek tafda hi Gemini Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Minħabba li bħalissa int tinsab taħt il-fażi taż- żodijaku ta' Aquarius, din se taffetwak bħalissa għall-mod kif tagħrad taħseb b'aktar fil-galbu, u dan se jkun importanti sabiex dak li int trid twettaq, ikun imwettaq b'aktar għaqal u b'aktar ħsieb. Di il-fażi se togħġbok, però din se tkun madwarek għal perjodu biss. għalhekk, aħtaf dan il-perjodu u tgħallem minnu sabiex tkun aħjar. Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li fil-mument int għandek tafda hi Cancer Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom Aries mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Minħabba li bħalissa int tinsab taħt il-fażi taż- żodijaku ta' Aquarius, dan jista' jwasslek għal ftit ta' eċitament iktar mis-soltu. Għalkemm dan mhux is-soltu li int tħoss dan l-eċitament madwarek, dan għandu jservik sabiex tagħraf li int issa qed ikollok tibdil ġewwa fik, li forsi mhux normali. Għal dan, tinkwetax, imma huwa perjodu sabiex int tagħraf kif taġixxi f 'dan it-tibdil. Kuluri favoriti ma' Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas- Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li fil-mument int għandek tafda hi Leo Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu Taurus mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Minħabba li bħalissa int tinsab taħt il-fażi taż- żodijaku ta' Aquarius, dan issa huwa perjodu ta' riflessjoni. Għalkemm mhux fil-karattru tiegħek li toqgħod tirrifletti, imma jrid ikun hemm perjodu għal kollox. Jekk se tirrifletti, dan se jkun ta' benefiċċju sew għax minn din ir-riflessjoni se tagħraf ċertu mumenti negattivi li żgur ma tkunx trid terġa' tesperjenzahom. Għalhekk, irrifletti sew. Kuluri favoriti ma' Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li fil-mument int għandek tafda hi Virgo Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Minħabba li bħalissa int tinsab taħt il-fażi taż-żodijaku ta' Aquarius, se tgħaddi minn fażi ta' taqliba, li għalkemm ma kontx ippreparat għaliha, bħal kull sitwazzjoni li int bħala Gemini ssib ruħek fiha, din tgħelibha bl-aktar mod trankwill, anzi grazzi għall-din l-esperjenza negattiva, int se tagħraf aktar il-potenzjal ta' madwarek, u ċertu inċertezzi li int kont qed tibża', issa grazzi għal dan, se tgħelibhom. Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: abjad, blu u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas- Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li fil-mument int għandek tafda hi Libra Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Minħabba li bħalissa int tinsab taħt il-fażi taż-żodijaku ta' Aquarius, se tħossok xi ftit imħeddla aktar mis-soltu, anke taf tħossok għajjien aktar mis-soltu. Dan minħabba li din il-fażi qiegħda toħloq madwarek ċertu ansjetà li ma kontx bħal preparata għaliha, allura qed tħossok li m'għandekx forza biżżejjed. Agħraf li dan huwa perjodu u int trid tibqa' għaddej. Titkaxkarx mal-mument. Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ħamis L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li fil-mument int għandek tafda hi Sagittarius Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Minħabba li bħalissa int tinsab taħt il-fażi taż- żodijaku ta' Aquarius, din se żżidlek il-potenzjal tal-enerġija li tkun magħruf l-aktar għaliha fix-xhur sajfin. Imma taħt żodijaku ta' Aquarius, int se tħossok b'enerġija iktar qawwija f 'dan iż-żmien tas-sena, u dan jawgura tajjeb għalik sabiex int tkun tista' tagħmel ċertu ħidma li waqajt xi ftit lura u hekk tirkupra ż-żmien li tlift. Agħraf! Kuluri favoriti ma' Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id- deheb L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li fil-mument int għandek tafda hi Scorpio Leo huma magħrufin kemm huma nies umli Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Minħabba li bħalissa int tinsab taħt il-fażi taż-żodijaku ta' Aquarius, din il-fażi se tiftaħlek toroq aktar pożittivi fl-imħabba, fejn sa xi ftit żmien ilu, int kont qef issib diversi intoppi. Issa dawn se jibdew jinħallu u ħa tara li dak li int tixtieq fl-imħabba, se jibda jersaq lejk iktar mis-soltu, imma trid iżżomm f 'moħħok li fin hi biss fażi. Għalhekk għaraf dan sabiex int tibqa' stabbli. Kuluri favoriti ma' Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas- Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa L-istilla li fil-mument int għandek tafda hi Capricorn Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont Libra mit-23 ta' Settembru sat-23 ta' Ottubru Minħabba li bħalissa int tinsab taħt il-fażi taż- żodijaku ta' Aquarius, din il-fażi ovvjament se tagħtik dik is-saħħa pożittiva fil-karriera ta' madwarek. Intoppi li setgħu nqalgħu dan l-aħħar u forsi ġabu ftit tensjoni madwarek, issa dan jibda jgħaddi u int se tara li dak li beda jinħass diffiċli waqt xi ftehim ta' xi kuntratt, issa dan mhu se jkun iktar. U hekk, int se tieħu dik ir-rankatura li tixtieq. Kuluri favoriti ma' Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa L-istilla li fil-mument int għandek tafda hi Aquarius Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna Scorpio mit-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Minħabba li bħalissa int tinsab taħt il-fażi taż-żodijaku ta' Aquarius, din se tagħtik nifs ġdid fit-taqbid li għaddej minnu bħalissa. Din i l - fażi se toffrilek toroq ġodda kif int għandek tgħeleb it-taqbid li hemm madwarek. Dan ukoll se joffri xi ftit tas- sagrifiċċji min-naħa tiegħek, imma meta int b'dak kollu li tkun qed tagħmel, qiegħed tikseb riżultati aħjar. Dan se jagħtik kuraġġ għal quddiem. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas- Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li fil-mument int għandek tafda hi Pisces Scorpion huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom Sagittarius mit-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Minħabba li bħalissa int tinsab taħt il-fażi taż-żodijaku ta' Aquarius, din se twassal għal ftit ta' mumenti ta' riflessjoni dwar l-imħabba, kemm dik li hemm fil-mument, u anka jista' jkun hemm xi riflessjonijeit dwar l-imħabba li kellek fil-passat, imma r-raġuni għal dan se tkun waħda biss, sabiex int ma tirrepetix l-istess żball li fil-passat, sfortunatament int sofrejt. Agħraf. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa L-istilla li fil-mument int għandek tafda hi Aries Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom Capricorn mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Minħabba li bħalissa int tinsab taħt il-fażi taż-żodijaku ta' Aquarius, din se toffrilek aktar spazju għalik sabiex int tkun tista' ssib ħin ta' rilass. Bħalissa, int għandek bżonn spazju ta' ħin biex tirrilassa, tmur xi mixja, tibda l-gym. Dak li taħseb li huwa tajjeb għalik sabiex int tirrealizza, wettqu. Dan il-mument għas-saħħa tiegħek, ikun ferm tajjeb sabiex isib dan il-mezz għalik. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ħamis L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa L-istilla li fil-mument int għandek tafda hi Taurus Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom L-Oroskopju add 29 ta' Jannar 2017 PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? L-ewwel 50 li jordnaw dan il- ktieb, jingħataw skont speċjali ta' 20% fuq il-prezz tal-ktieb, skont speċjali ta 25% fuq is-servizzi kollha tiegħi, u skont speċjali ta' 15% fuq servizzi ta' sbuħija Waqt li laqgħetu fid-dar, qaltu li Sabrina ġiet mogħtija l-aħbar li hu kien miet, u ftit żmien wara, bdiet relazzjoni ma' Malti, u marru jgħixu hemm. Hekk kif bdiet nieżla demgħa minn għajnejha, spjegat kif fit- twelid tat-tarbija, inqalgħu xi kumplikazzjoniet, u Sabrina tilfet ħajjitha. Għal dan il-kliem, Nathan ħassu ħażin u ntilef kompletament. Għaddew ftit siegħat sakemm hu ġie f 'postu, u saqsieha mill- ewwel sabiex twasslu fejn kienet midfuna. Hekk sar, u malli waslu fuq il-qabar, Nathan niżel jibki kemm felaħ fuq l-irħama b'wiċċ Sabrina. Lura d-dar, omm Sabrina spejgatlu li kellha tifla u semmietha Maria Grazzia għall-Madonna, u ftit wara, ir-raġel u t-tifla reġgħu lura Malta. Nathan għamel ftit ġranet oħra magħhom u wara, irritorna Malta bil-ħsieb ewlieni sabiex jara kif se jsib lil bintu. Mitluf kompletament mingħajr ebda indikazzjoni ta' kif u fejn se jaqbad imur ifittex, waqt li kien qiegħed jieħu kafè, sema' żewġ nisa jitkellmu kif permezz ta' gwida spiritwali, ħajjitha nqalbet għall-aħjar wara t-telfa ta' żewġha, u hekk Nathan ra li din setgħet kienet soluzzjoni għalih ukoll. Nathan kien xettiku ħafna dwar il-fenomenu tal- paranormal, imma kollox kien magħluq madwaru. Għalhekk, ra kif isib informazzjoni sabiex twasslu sabiex jagħmel appuntament ma' PaulJon. Irnexxielu jagħmel dan, u hekk jien iltqajt ma' Nathan sabiex f 'każ delikat ħafna permezz ta' meditazzjoni mal-ispirtu ta' Sabrina, nipprova li nagħmlu xi forma ta' gwida dwar Maria Grazzia. Ovvjament, ma kinitx faċli din is-sitwazzjoni, għax Nathan kien xettiku ħafna, u dan kien ta' tfixkil, imma bdejna s-sessjonijiet sabiex jekk kien possibbili, nwasslu lejn indikazzjoni ta' fejn qiegħda t-tifla tiegħu, u għalhekk, l-isem tar-rakkont huwa 'L-ispirtu li jgħaqqad' għax l-ispirtu ta' Sabrina seta' jitfa' dawl fuq dak li xtaq Nathan. Ikompli... L-Ispirtu li jgħaqqad Imwassal lilkom minn PaulJon ir-raba' parti Ir-rakkont