Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/779070
illum | Il-Ħadd 29 ta' Jannar 2017 Aħbarijiet 8 FILĦARĠA tal-Ħadd li għadda tal-ILLUM, Carmel Cacopardo, il-Viċi Chairman tal-Alternattiva Demokratika u opinjonista fuq din l-istess gazzetta, kiteb artiklu dwar is-suq tal-kera f 'Malta, li huwa ddeskriva bħala wieħed li "qiegħed jaqdi l-ħtiġijiet ta' dawk li jaqilgħuha tajjeb u qed jinjora lil dawk fin-naħa t'isfel tal-iskala tad-dħul." Skont Cacopardo, waħda mis- soluzzjonijiet biex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni hija li l-proprjetà li tkun vojta għal perjodu ta' ħames snin jew iktar, tkun soġġetta għal ħlas ta' taxxa li titħallas għal kull proprjetà li titħalla vojta. Ir-raġunament wara din il- proposta ta' Cacopardo huwa li jekk ikun hawn proprjetà disponibbli għall-kiri fis-suq, daqs (jew viċin) kemm hawn domanda, il-prezzijiet tal-kera privata jibdew jistabilizzaw jekk mhux ukoll jorħsu xi ftit. Dwar din il-proposta ta' Cacopardo, l-ILLUM staqsiet lil numru ta' nies li b'xi mod huma involuti fis-suq tal-proprjetà. Fost dawn, din il-gazzetta għamlet kuntatt ma' Sandro Chetcuti mill- Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin(MDA), aġenti tal-proprjetà, attivista favur id-drittijiet ta' min jikri, kif ukoll l-opinjoni taż-żewġ partiti politiċi l-kbar. Il-kirjiet għoljin ma jissolvewx Nintaxxaw jew ma nintaxxawx il-proprjetà vojta? Ruben Anthony Xuereb jistaqsi dwar il-proposta ta' Carmel Cacopardo Ruben Anthony Xuereb rxuereb@mediatoday.com.mt Ħafna proprjetà tkun magħluqa għax ma jkunx hemm domanda għaliha Sandro Chetcuti – Malta Developers Association (MDA) L-ILLUM staqsiet ukoll lil Brian Theuma, agent ma' waħda mill-aġenziji l-kbar tal-proprjetà f 'Malta, dwar jekk f 'dan is-settur, jaqblux mal-proposta ta' Cacopardo. Theuma mill-ewwel saħaq li min għandu l-proprjetà, żgur li mhux se jieħu gost li jiġi ntaxxat għax ma poġġihiex fuq is-suq, wara li ddeċieda dwar dan għal diversi raġunijiet. "Il-fatt huwa li d-djar li mhux fis-suq ma naħsibx li jaffetwaw is-suq tal-kera," stqarr l-aġent, "għaliex fil- maġġorparti tagħhom dawn ikunu 'townhouses' antiki jew maisonettes kbar li jekk jiġu biex jinkrew, iġibu prezz għoli li xorta ħadd ma jiflaħ iħallas." Huwa qalilna li tajjeb jiġi nnutat li l-aktar li hawn proprjetà mitluqa huwa f 'postijiet bħall-Belt u l-Kottonera, fejn hemm numru ta' djar antiki. Ħafna minnhom jinsabu fi stat ta' abbandun, mhumiex fuq is- suq, u mhux se jinkrew minħabba l-istat tagħhom u għax sidhom ma jiflaħx iwaqqagħhom biex jiżviluppahom jew ma jistax ibigħhom lil xi żviluppatur minħabba raġunijiet ta' wirt. Theuma nnota wkoll li fl-aktar postijiet fejn hemm domanda għall-postijiet tal-kiri, bħal San Ġiljan, Sliema, Msida, Gżira, Marsaskala u San Pawl il-Baħar, ftit li xejn fadal postijiet antiki mhux użati. Il-maġġoranza nbigħu, twaqqgħu u ttellgħu bħala appartamenti li nbiegħu jew qed jinkrew. Mistoqsi dwar iż-żieda fid-domanda għal appartamenti għall-kiri, l-aġent qal lill-ILLUM li min-naħa tal-aġenziji, kollha jafu mija fil-mija li l-prezz tal-kiri, għola minħabba d-domanda li hawn minn barranin li jgħixu sitta flimkien fl-istess appartament. Ħaġa sfortunata għall-Malti li ma jiflaħx iħallas il-kera, imma għall-business tal-proprjetà, din mhux problema għax il-kiri żdied daqs qatt qabel u l-profitti żdiedu bil- kbir. Sandro Chetcuti qal lill-ILLUM li ma jaqbilx mas-suġġeriment ta' Cacopardo bħala soluzzjoni biex tissolva l-problema tal- prezzijiet għoljin tal-kiri. Chetcuti spjega li l-proprjetà magħluqa u li mhux tintuża hija ta' nies li bi dritt, ma jridux jitfugħha fuq is-suq u jħalluha magħluqa bħala investiment. Dan bl- iskop li 'l quddiem, tingħata lit-tfal tagħhom bħala residenza meta s-suq tal-bini jkun ogħla aktar u jkun diffiċli biex dawn jixtru għal rashom. Chetcuti qal ukoll li ħafna proprjetà tkun magħluqa għax din ma jkunx hemm domanda għaliha, bħal per eżempju djar antiki, jew djar li jkunu f 'kundizzjoni ħażina u sidhom ma jiflaħx iħallas għall-ispejjeż ta' rinovazzjoni. Chetcuti spjega li għandu jkun hemm distinzjoni bejn proprjetà li mhux tintuża u proprjetà dilapidata. Huwa qal li jekk għandha tidhol xi forma ta' taxxa, għandha tkun fuq proprjetà mitluqa u perikoluża, li tkun maħmuġa u ta' detriment għall-ġirien. F'dawn il-każi, taxxa forsi sservi ta' detriment biex tikkonvinċi lil sid il-proprjetà jbigħa lil xi żviluppatur li jista' jwaqqagħha u jtella' appartamenti flokha. Bħala żviluppatur, Chetcuti spjega kif bħalissa, il-problema hija li hawn ħafna appartamenti żgħar li qed jinkrew lil numru ta' barranin li joqogħdu fi gruppi ta' erba' jew sitta fihom. Minħabba f 'hekk, ikun normali li prezz ta' appartament jitla' 'l fuq minn €800 fix-xahar, għax saret norma li kirja titħallas bejn ħafna persuni. "Kieku jingħataw permessi biex jinbnew aktar appartamenti żgħar, b'kamra tas- sodda waħda jew tnejn," spjega Chetcuti, "ikunu koperti l-bżonnijiet ta' nies singles u separati," hekk kif spjega li kieku l-Awtorità tal-Ippjanar tagħti aktar permess għall-bini ta' appartamenti żgħar, kulħadd igawdi. Min jikri, jagħmel l-istess qligħ (jew aktar) minn fuq tliet appartamenti singoli flok wieħed kbir, filwaqt li min jikri, ikollu disponibbli fuq is-suq appartament żgħir u privat li jista' jgħix fih waħdu u jiflaħ iħallas għalih. Hawn ħafna djar fi stat ta' abbandun, li mhumiex fuq is-suq u mhux se jinkrew