Illum previous editions

illum 29 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/779070

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 29 ta' Jannar 2017 | illum Sports 33 Imniedi l-Kalendarju ta' tlielaq mill-Malta Mountain Bike Association WARA waqfa qasira, il-Malta Mountain Bike Association għamlet ritorn mistenni fl-2016 meta bdiet toffri kalendarju ta' tlielaq diversi għad-dilettanti tal-isport. Il-Kalendarju offra firxa ta' avvenimenti li kkonsistew minn taħlita ta' Cross Country u tlielaq Downhill. Imwaqqfa fl- 1998, il-Malta Mountain Bike Association reġgħet bdiet toffri attivitajiet wara l-elezzjoni ta'kumitat ġdid fl-2016. Id-dixxiplina tal-Cross Country huwa l-iktar wieħed komuni fil-mountain bike u huwa wkoll sport Olimpiku. Din it-tip ta' dixxiplina tikkonsisti f 'rotot qosra bbażati fuq terren off road. Id-Downhill huwa ġeneru ta' ċikliżmu ipprattikat fuq terren wieqaf, art mhux maħduma li spiss il- karatteristiċi huma ta inzul fost serje ta ostakli. Iż-żewġ dixxiplini huma meqjusa li jkunu viżwalment ta' interess għall-ispettaturi għax joffru ħafna azzjoni miċ-ċiklisti. "Filwaqt li l-Assoċjazzjoni kellha daqsxejn ta' perjodu kwiet, il-kumitat il-ġdid ħadem biex jiżviluppa dak li kien inbena fil-passat. Konna kuntenti li l-isforzi li ghamilna is-sena li għaddiet kienu ta' suċċess b'attendenza tajba fit-tlielaq kollha u li fil-Kampjonati Nazzjonali rajna parteċipazzjoni rekord ta' 40 atleta mifruxa fi tliet kategoriji," stqarr Pierre Zammit Endrich, President tal-Assoċjazzjoni. Simili għas-sena li għaddiet, it-tlielaq ta' din is-sena ser iseħħu f 'diversi lokalitajiet b'xenarju mill- isbaħ li wħud minnhom jinkludu Wardija, Majjistral, Miżieb u Ġnejna. Ir-rotot magħżula mhux biss jhuma bazati fuq l-aspett tekniku ta' terren iżda wkoll iżomm f 'moħħu l'aċċessibilità għall-membri tal-pubbliku li jixtiequ jgawdu l-azzjoni. "Is-sena l-oħra, kellna attendenza tajba mill- pubbliku ġenerali u nittamaw li jkollna rispons simili din is-sena - il- Mountain Bike Racing huwa ferm eċitanti, dan huwa wkoll minħabba l-fatt li fit-telllieqa id-dawriet fir- rotta huma miżmuma qosra sabiex ma jkunx hemm pawżi twal matul it-tellieqa," kompla Zammit Endrich. Filwaqt li dawn it-tlielaq jattiraw xi wħud mill-aqwa irġiel u nisa ċiklisti f 'Malta, l-introduzzjoni tal-kategorija Open rat pjuttost numru tajjeb ta' parteċipanti ġodda għall-isport li ħadu ċans sabiex jesperjenzaw l-adrenalina li jipproduċu dawn it-tlielaq. Il-Kalendajru tat-tlielaq ghal din is-sena se jibda bl-ewwel tellieqa Cross Country, ġewwa l-Miżieb, propju llum il-Ħadd 29 ta' Jannar. It-tellieqa tibda fit-8am. Ir-riżultati tat- tlielaq se jiġu kontrollati elettronikament permezz tas-sistema ARTTS. Flimkien mat-tnedija tal- Kalendarju għal din is-sena, l-Assoċjazzjoni ħabbret ukoll is-sħubija tagħha ma' BDO Malta li se jkunu qegħdin jappoġġjaw l-inizjattivi l-Assoċjazzjoni. Mark Attard, Kap Eżekuttiv tal-BDO Malta qal: "Il-BDO Malta huwa kuntent li jappoġġja lil din l-Assoċjazzjoni, u lill-isport taċ-Ċikliżmu, liema sport qed jikber hawn Malta. Din is-shubija, tifforma parti mill-viżjoni ta' BDO Malta sabiex b'din l-għajnuna tkun qiegħda tagħti lura lill-komunità. Nemmnu bis-sħiħ fil-promozzjoni taċ- ċikliżmu peress li mhux biss jipprowmovi stil ta 'ħajja sana, iżda tara wkoll ċiklisti ta 'abbiltajiet differenti jipparteċipaw f 'dawn it- tlielaq li mhumiex facli idza li huma ta' sodisfazzjon." Il-Malta Mountain Bike Association qiegħda tiġi wkoll appoġġjata minn Magri Cycles, Carm & Co Ltd (prodotti SIS) u Island Beverages (H20nly). Il- kampjonat Downhill, se jibda s-Sibt 4 ta' Marzu fil- Wardija, u dan il-kampjonat huwa appoġġjat minn Wheel Wizard, Epic No Limits, HSN Signs, Dacoby Chauffeur Sercives , S-Trek Ltd (prodotti Pro Action).

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 January 2017