Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/779070
illum | Il-Ħadd 29 ta' Jannar 2017 Aħbarijiet 6 Tkompli minn paġna 1 Wieħed mill-bejjiegħa li tkellem mal-ILLUM, Kurt Aquilina, sostna li fi Triq l-Ordinanza, sejrin ħafna aħjar, hekk kif bħala żona din hija aħjar kemm għalihom kif ukoll għall- klijenti. Aquilina saħaq li forsi għax aktar viċin tad-daħla tal-Belt, il-post huwa aktar aċċessibbli għal aktar nies. Il-bejjiegħ sostna li ra wkoll żieda fil-klijenti barranin. "Fejn konna qabel, konna qisna minsijin," saħaq il-bejjiegħ, li stqarr ukoll li ż-żieda fil-bejgħ qiegħda tinkoraġġixxi aktar bejjiegħa jinvestu fi prodotti differenti u aħjar. Ħafna mill-bejjiegħa li tkellmu ma' din il-gazzetta qalu li minkejja li ilhom biss sitt xhur fi Triq l-Ordinanza, s'issa kollox juri li d-dħul għalihom se jkunu aħjar minn kif kienu meta l-monti kien fi Triq il-Merkanti. Roderick Mangion, bejjiegħ ieħor tal-monti stqarr li fi Triq il-Merkanti, speċjalment fin-naħa t'isfel, ħafna mill-bejjiegħa kienu viċin li jfallilhom in-negozju. "Il-post aħjar u l-frekwenza tan-nies li jiġu hawn, għamlet differenza kbira għal ħafna minna," qal Mangion. Vince Grima, bejjiegħ li ilu 46 sena jarma fuq il-monti, iħoss li n-negozju sejjer aħjar minn meta l-monti mexa fi Triq l-Ordinanza, għax bħala post, jilħaq aktar nies. Bħala qligħ, Grima qal li s'issa baqa' fejn kien, it- turisti ma naqsux u la jibda s-sajf, fiduċjuż li jara aktar progress. Il-Milied kien batut u f 'Jannar il-monti spiss ma ramax minħabba l-maltemp Bejjiegħ ieħor innota li minn Awwissu, kellhom bidu tajjeb, li mill-ewwel wera differenza għall-aħjar minn Triq il-Merkanti. Huwa żied jgħid li lejn l-aħħar tas-sena, in-negozju naqas, speċjalment fil- Milied, li hu ddeskriva bħala l-agħar Milied li qatt ra. L-istess bejjiegħ innota wkoll li minkejja li Triq l-Ordinanza hija aħjar bħala lqugħ mill-elementi u aktar ċentrali, huwa ħass li tilfu ħafna turisti tal-'cruiseliners' li kienu jitilgħu mill-lift tal- barrakka u jibdew iż-żjara fil-Belt bi Triq il-Merkanti, u l-monti. Minkejja dan, l-istess bejjiegħ fiduċjuż li kif it-temp ikun aħjar u joqrob is-sajf, issa li anke l-Maltin draw il-post, in-negozju jirpilja, bil- possibiltà li jmur tajjeb daqs qatt qabel. Pauline Buhagiar, mara li ilha snin tarma fuq il- monti qablet li l-aħjar ħaġa minn Triq l-Ordinanza hija l-ilqugħ mill-elementi. Hija qalet li s'issa hi ma kellhiex xi differenza kbira fil- qligħ, "la għall-aħjar, imma tal-inqas qatt għall-agħar." Buhagiar temmen li l-fatt li qegħdin fid-daħla tal-Belt ma jagħmilx xi differenza kbira, għax xorta ma' ġenb qegħdin. Minkejja dan, anke hi kuntenta bil-post il-ġdid fejn qed jarma l-monti u "issa nistennew is-sajf biex vera naraw kif immorru" 'Il-post tajjeb, ikun biss aħjar jekk isiru bankarelli fissi' Fl-2016 qabel mal-monti mexa għal Triq l-Ordinanza kien intagħżel disinn partikolari għall-bankarelli, li ma ntlaqax tajjeb mill- bejjiegħa minħabba nuqqas ta' funzjonalità adegwata għall-ħtiġijiet tagħhom. Peress li s'issa, għadu ma ntlaħaqx qbil fuq id-disinn, il-banakrelli li għadhom jintramaw sal-lum fi Triq l-Ordinanza, huma l-istess bankarelli l-qodma li kulħadd imdorri jara fi Triq il-Merkanti, li l-bejjiegħa jarmaw u jżarmaw kuljum. Mario Aquilina stqarr mal-ILLUM li filwaqt li n-negozju sejjer tajjeb fi Triq l-Ordinanza, l-affarijiet ikunu ħafna aħjar għall- bejjiegħa kollha kieku jsiru xi forma ta' gabbani fissi, bħalma issa se jsiru fi Pjazza Tritoni. Aquilina jemmen li bħala dehra għad-daħla tal- Belt, ikunu aktar xierqa, speċjalment issa bil-V18. Aquilina, flimkien ma' numru oħra ta' bejjiegħa li tkellmu mal-ILLUM jemmnu li b'bankarelli fissi huma jiffrankaw il- kedda li jarmaw u jżarmaw kuljum u jkunu aktar prattiċi għalihom biex iħallu l-merkanzija msakkra fihom. Permezz ta' dan, jitnaqqas ukoll it-traffiku u l-konfużjoni ta' vannijiet kull filgħodu waqt il-ħin tal-armar. Ħafna mill-bejjiegħa qablu li jkunu lesti jħallsu kera raġonevoli għall-bankarelli fissi u li jissakkru. Minnbarra l-prattiċità, bejjiegħ ieħor żied jgħid li meta bħal dan ix-xahar, ħafna ġranet il-monti ma ramax minħabba l-maltemp, għad-detriment tal-bejjiegħa li ma jagħmlu ebda qligħ f 'dik il-ġurnata, kieku jkollhom bankarelli fissi, anke fix-xita jkunu jistgħu jiftħu mingħajr periklu li l-prodotti tagħhom issirilhom il-ħsara. "Apparti minn hekk, almenu b'gabbana.... xi ħadd li jidħol il-Belt bilfors għax- xogħol, anke fil-maltemp forsi jgħaddi jixtri xi ħaġa." AVVIŻ L-Aġenzija Iden ty Malta x eq nforma lill-pubbliku li d-dipar men msemmija hawn taħt li jinsabu ġewwa Evans Buildings mhux ser ikunu disponibbli nhar il-Ġimgħa 3 ta' Frar 2017: Ċi adinanza Residenza Uffiċċju tal-Passapor Reġistru Pubbliku Niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent. www.iden tymalta.com Antiċipazzjoni mill-bejjiegħa biex isiru bankarelli għall-monti Bidla għall-aħjar għall-bejjiegħa tal-monti rilokati fi Triq l-Ordinanza Iż-żieda fil-bejgħ qiegħda tinkoraġġixxi aktar bejjiegħa jinvestu fi prodotti differenti u aħjar