Illum previous editions

illum 29 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/779070

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 29 ta' Jannar 2017 | illum Programm Operattiv I – Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020 "It-trawwim ta' ekonomija kompetittiva u sostenibbli li tilqa' l-isfidi tagħna" Reklam parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) Rata ta' Kofinanzjament: 80% (Fondi UE); 20% (Fondi Nazzjonali) AVVIŻ – 27 ta' Jannar 2017 Business Enhance ERDF Grant Schemes Open rolling calls – Cut-off dates Programm Operattiv I – Politika ta' Koeżjoni 2014-2020 It-trawwim ta' ekonomija kompetittiva u sostenibbli li tilqa' l-isfidi tagħna Wara it-tnedija tal-ewwel sejħa taħt l-SME Diversification and Innovation Grant Scheme u l-SME Internationalisation Grant Scheme datata 10 ta' Ottubru 2016, bl-ewwel cut-off date għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet stipulata f'nofsinhar tat-Tlieta, 31 ta' Jannar 2017, il-Measures and Support Division fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali (MEAIM), maħtura mill-Awtorità ta' Ġestjoni f'Malta għall-Politika ta' Koeżjoni 2014-2020 biex isservi bħala l-Korp Intermedjarju responsabbli mill-amministrazzjoni tal-iskemi ta' għajnuna għall- intrapriżi taħt il-Fond ta' Żvilupp Reġjonali Ewropew għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, tixtieq tħabbar il- cut-off dates għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet taħt dawn iż-żewġ skemi huma hekk kif elenkati hawn taħt: • L-ewwel Sejħa – SME Diversification and Innovation Grant Scheme Il-cut-off date li jmiss hi: Il-Ġimgħa, 28 ta' April 2017 f'nofsinhar. • L-ewwel Sejħa – SME Internationalisation Grant Scheme Il-cut-off dates li jmiss huma: It-Tlieta, 28 ta' Frar 2017 f'nofsinhar; Il-Ħamis, 30 ta' Marzu 2017 f'nofsinhar; Il-Ġimgħa, 28 ta' April 2017 f'nofsinhar. Minn żmien għal żmien ser jiġu organizzati sessjonijiet ta' informazzjoni għall-applikanti prospettivi. Dati u post ta' fejn ser isiru dawn is-sessjonijiet ser ikunu pubblikati fil-futur. Aktar tagħrif u dokumentazzjoni dwar dawn is-sejħiet, inklużi n-Noti Gwida rispettivi u l-Linji Gwida tal- Implimentazzjoni, kif ukoll informazzjoni dwar is-sessjonijiet ta' informazzjoni jistgħu jinkisbu minn fuq https://businessenhance.gov.mt. Żieda ta' €4 miljun fl-allokazzjoni lill-Kunsilli Lokali din is-sena FL2017, il-Gvern qed jalloka mal-€4 miljun iżjed mis-sena li għaddiet fis-somma li tingħata lill-kunsilli lokali biex jamministraw ix-xogħol tagħhom ta' kuljum kif ukoll biex iwettqu proġetti meħtieġa fil-konfini rispettivi, għall-benefiċċju tar-residenti tagħhom. Għaldaqstant, din is-sena ġew ivvutati mas-€46 miljun, 9% iżjed mill- 2016, bl-akbar żieda f '24 sena kemm ilhom jeżistu l-Kunsilli lokali. Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Stefan Buontempo ħabbar dan waqt li indirizza seminar għar- reġjun taċ-ċentru dalgħodu, fis-sala tal-Kunsill Lokali ta' Birkirkara. Fis-seminar, li hu parti minn sensiela twila ta' laqgħat ta' konsultazzjoni bil-għan li titjieb il- parteċipazzjoni tal-kunsilli fil-ħajja ta' kuljum taċ- ċittadini, ħadu sehem fost l-oħrajn, sindki, kunsilliera u segretarji eżekuttivi tal- kunsilli li jaqgħu f 'dan ir- reġjun. Buontempo spjega li mas-€46 miljun investiti fil-kunsilli, €43 miljun huma allokati għal spejjeż rikorrenti, waqt li t-€3 miljun l-oħra għal spiża kapitali. "Nafu li qatt mhu biżżejjed għall-operat tal-kunsilli lokali u b'hekk qed nagħmlu dak kollu li nistgħu biex inżidu l-allokazzjoni finanzjarja. Bħala gvern, permezz ta' ministeri oħrajn u anke ta' skemi varji, nikkontribwixxu bil-kbir f 'diversi proġetti, bħalma huma r-riġenerazzjoni tal-pjazza ta' Raħal Ġdid, il-promenades ta' Birżebbuġa u ta' Marsaxlokk, u oħrajn simili fir-reġjun", qal is-Segretarju Parlamentari, filwaqt li semma sensiela ta' proġetti li se jitwettqu mill- Gvern Ċentrali. Ħeġġeġ lil dawk preżenti biex jgħinu b'iżjed għaqal u appella lill-kunsilli biex jaħdmu aktar flimkien. B'hekk, ikunu jistgħu jiġu ffrankati l-flus għal kull kunsill u dawk iffrankati jintefqu fuq affarijiet oħrajn. "Il-kunsilli bejniethom qed jonfqu kważi €2 miljun fis-sena għal servizzi professjonali…kieku taħdmu aktar bħala reġjun, faċilment jiġu iffrankati l-ispejjeż. L-istess nistgħu ngħidu għal ċerti tenders". Is-Segretarju Parlamentari żied li, bil-maqlub, hemm kunsilli li jippreferu jġemmgħu l-flus u jħalluhom reqdin il-bank. "Il-flus qegħdin hemm biex jintefqu u jintefqu bil-għaqal. Aħna qed inkomplu ninvestu fikom. Għalhekk, għall- ewwel darba ħloqna inizjattiva finanzjarja ta' €100,000 li ngħataw lil ħames kumitati reġjonali għal pjan fil-komunità li jiffoka fuq l-aspetti ekonomiċi, soċjali u kulturali". Is-Segretarju Parlamenari Buontempo temm jgħid li hu lest jirċievi l-proposti f 'inqas minn xahar ieħor biex jitwettqu mal-Gvern Ċentrali, fejn hemm allokati wkoll xejn inqas minn €1 miljun. "Dan il-gvern tassew jemmen f 'komunitajiet b'saħħithom u qed inwettqu r-rwol tagħna fil-kuntest tal-kunsilli biex insibu soluzzjonijiet innovattivi u kreattivi għad-diffikultajiet soċjali li tiltaqgħu magħhom. Irridu nkomplu nsaħħu l-kunsilli lokali bil-għajnuna tar-reġjuni." "Għall-ewwel darba ħloqna inizjattiva finanzjarja ta' €100,000 li ngħataw lil ħames kumitati reġjonali għal pjan fil- komunità li jiffoka fuq l-aspetti ekonomiċi, soċjali u kulturali"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 January 2017