Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/788856
Aħbarijiet 11 Il-Ħadd 19 ta' Frar 2017 | illum kollaterali, bħall dawk psikotiċi u li jqabbdu dipendenza. L-istess rapport iżda ma jiċħadx li f 'ambjent domestiku, u b'kapaċitajiet partikolari, wieħed jista' jipproduċi l-istess proċess għal użu personali, iżda jikkontestaw fuq kif jista' jkun hawn kontroll dwar jekk hux qed jiġi użat il- proċess it-tajjeb u kif jista' jiġi kontrollat l-abbuż. Għaldaqstant, ir-rapport jisħaq li l-kontroll huwa neċessarju biex jiggarantixxi li l-pazjenti li jagħmlu użu mill-kannabis jagħmlu dan b'mod sikur għall- kndizzjoni tagħhom, mingħajr riskji ta' effetti sekondarji perikolużi. Imma min jiddeċiedi x'inhu legali jew le? Filwaqt li r-rapport preżenta provi xjentifiċi dwar il- benefiċċju ta' dożi kontrollati f 'forma ta' spray, pilloli u żejt tal-kannabis u wissa dwar effetti sekondarji ta' meta l-kannabis titpejjep, f 'ebda punt ma ċaħad li minkejja li t-tipjip tal-kannabis fih effetti ħżiena, il-benefiċċji xorta ma jintilfux. Għaldaqstant nagħlqu dan l-artiklu b'kumment u mistoqsija interessanti li għamel qarrej tal-ILLUM, li staqsa b'liema dritt il- kumpaniji farmaċewtiċi ħadu l-poter f 'idejhom biex jiddeċiedu huma x'inhu legali jew le. Dan il-qarrej saħaq li jekk ħadd ma jiċħad l-effetti benefiċi tal-kannabis minkejja l-ftit effetti negattivi, għaliex din tibqa' illegali, filwaqt li s-sigaretti, li għandhom effetti ħżiena ikbar, imma benefiċi xejn, huma legali, riklamati u disponibbli faċilment minn kullimkien? Thursday TVM 20:50 għall-kannabis mediċinali kieku titkabbar pjanta d-dar • Minn pjanta illegali, saret mediċina tiswa l-'belli liri' • Żewġ tobba Taljani jgħidu li l-kontroll tal-użu huwa neċessarju • Min jgħid IVA u min jgħid LE. Diversi qarrejja tal-ILLUM jirreaġixxu b'mod diff erenti dwar din il-kwistjoni Spray derivat mill-Kannabis jagħti doża kontrollata lill-pazjenti