Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/788856
Il-Ħadd 19 ta' Frar 2017 | illum Sports 33 FILJIEM li għaddew, Simon Busuttil, Kap tal- Oppożizzjoni u Mexxej tal-Partit Nazzjonalista, għamel żjara ta' korteżija fl-uffiċini tal-MFA, u fl- Istadium Nazzjonali, f 'Ta' Qali. Busuttil, flimkien mal- Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport, David Agius, iltaqa' mal-uffiċjali u l-istaff waqt żjara li saret u li fiha dar l-uffiċini u l-faċilitajiet kollha tal-MFA fil-Millennium Stand u anki fiċ-Ċentru Tekniku. Norman Darmanin Demajo, il-President tal- Malta Football Association, iddeskriva l-appoġġ kemm tal-Gvern u anki tal- Oppożizzjoni bħala vitali biex il-futbol Malti jkompli jikber. "Hu importanti għalina li naħdmu dejjem kemm mal- Gvern tal-ġurnata u kemm mal-Oppożizzjoni għax, għall-proġetti li għandna f 'moħħna, hu imperattiv li dejjem jkollna l-appoġġ tal-politikanti kollha," qal il-President tal-MFA, f 'indirizz qasir lill-media lokali qabel maż-żewġ delegazzjonijiet poġġew għall-diskussjoni fis-sala tal- Eżekuttiv tal-MFA. "Inkun onest ngħid li, fil- passat, kemm ilni president, dejjem sibt li għall-futbol, kulħadd jieħdu f 'vena daqsxejn differenti. Dan hu importanti ħafna għax nagħtu servizz importanti għall-futbol. Il-futbol hija logħba popolari ħafna fil- livelli kollha u kif inħobb ngħid, jibqa' fik matul ħajtek kollha." Filwaqt li rringrazzja lill-President tal-MFA talli laqa' lid-delegazzjoni tal-PN, Busuttil qal: "Jien, bil-preżenza tagħna, irrid nibgħat il-messaġġ preċiż li għadek kif għamilt. Aħna qegħdin hawnhekk biex nappoġġjaw l-isport, biex nappoġġjaw lill-futbol b'mod sħiħ." "Aħna naraw l-isport fid-dimensjonijiet kollha tiegħu, speċjalment mill- perspettiva tal-promozzjoni u biex wieħed jgħix stiel ta' ħajja b'saħħitha," żied jgħid Busuttil. Il-Kap tal-Oppożizzjoni faħħar ukoll l-isforzi tal-MFA fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl- isport, u żied li l-partit tiegħu jappoġġja b'saħħa l-inizjattivi kollha li qed jittieħdu fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Waqt il-laqgħa bejn l-uffiċjali tal-PN u l-uffiċjali tal-MFA ġew diskussi diversi temi, fosthom, il-kummerċjaliżazzjoni tal-faċilitajiet sportivi, il- proposta dwar l-għoti ta' ċittadinanza għall-mertu u fuq il-possibiltà ta' roħs fit- tariffi tad-dawl lill-entitajiet sportivi. Parteċipanti Maltin jattendu għal Talent & Mentor seminar organizzat miċ-Ċentru Tekniku tal-FIGC f 'Firenze BEJN is-Sibt 4 u l-Ħadd 5 ta' Frar, is-Settur Tekniku tal-Associazione Italiana Arbitri (AIA – l-Assoċjazzjoni Taljana tar-Referees), taħt l-awspiċi tal-Konvenzjoni UEFA, organizza Talent & Mentor Seminar f 'Coverciano (magħruf ukoll bħala 'Casa Italia'). Il-Malta FA kienet mistiedna u rappreżentata mis-Settur tar-Refereeing permezz ta' Stephen Mallia (Kap ta' COREMALTA u responsabbli wkoll mill- Programm Talent & Mentor f 'Malta) u Darryl Agius (referi li jifforma parti mill- Programm Talent & Mentor f 'Malta), flimkien ma' 107 referis promettenti u s-27 mentor tagħhom minn 19-il reġjun fl-Italja. Dan is-seminar intensiv u formattiv immens tmexxa b'mod impekkabbli minn Alfredo Trentalange – Uffiċjal Inkarigat mis-Settur Tekniku tal-AIA - u membri mill-istaff tekniku, bil- parteċipazzjoni importanti tal-instructor tal-UEFA u l- FIFA Francesco Bianchi mill-Iżvizzera. Il-parteċipanti kienu indirizzati wkoll mill- President tal-AIA Marcello Nicchi, mill-membru tal-Kumitat Nazzjonali Maurizio Gialluisi, kif ukoll ingħataw it-testimonjanzi u l-esperjenzi mir-referis tas- Serie A Giancarlo Calvarese, Marco Di Bello u Luca Pairetto. Stephen Mallia kien ukoll mistieden jindirizza l-miġemgħa. Fis-seminar ġew imressqa għar-riflessjoni diversi punti: ta' livell tekniku; dak etiku fir-rigward tas-sehem tar-referi fil-komunità tal- futbol, fis-soċjetà b'mod ġenerali u fl-Assoċjazzjoni; u d-differenza bejn li wieħed jikkontrolla partiti u fil-verità x'inhu meħtieġ biex persuna ssir referi. Is-sessjonijiet kienu jinkludu waħda atletika fil-gym, u oħra f 'wieħed mit-training grounds ta' Coverciano fejn il- parteċipanti esperjenzaw personalment il-'FIFA 11+ protocol' għall-prevenzjoni biex ma jweġġgħux. Fi tmiem il-jumejn ta' dan is-seminar intensiv u ferm informattiv, il-parteċipanti kollha ġew mogħnija b'esperjenza ta' livell għoli li għandha tiggwidahom u ssaħħaħhom fil-karriera tagħhom ta' referis. Il-parteċipanti kollha li ħadu sehem waqt it-Talent and Mentor Seminar Żjara ta' korteżija lill-MFA minn Simon Busuttil Norman Darmanin Demajo jippreżenta okk simboliku lil Simon Busuttil Ritratt : Paul Zammit Cutajar / MFA