Illum previous editions

illum 19 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/788856

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

illum | Il-Ħadd 19 ta' Frar 2017 Aħbarijiet 6 TALBA GĦAL PROPOSTI Il-Ministeru għal Għawdex huwa interessat li jikri binja ta' madwar 200 metru kwadru f'post ċentrali f'Għawdex. Il-binja identifikata jrid ikollha l-karatteristici prinċipali li ġejjin: - - Ikollha entratura indipendenti fil-livell tat-triq - Tkun faċilment aċċessibbli għal persuni b'diżabilità - Tkun konformi mar-regolamenti tal-bini lokali u l-istandards - Ikollha l-permessi meħtieġa kif mitlub mill-awtoritajiet rispettivi - Ikollha sistema tal-elettriku u tal-ilma u sistema ta' drenaġġ li hija funzjonabli - Irid ikollha kitchenette u restroom. Il-ftehim inizzjali se jkun għal perjodu ta' sena li, fid-diskrezzjoni tal-kerrej u bi ftehim mas-sid, jista' jiġġedded għal perjodu/i ulterjuri. Informazzjoni dettaljata, inkluż pjanta tal-binja fuq skala u pjanta tal-bini, flimkien ma' indikazzjoni tar-rata tal-kera annwali proposta, għandhom ikunu magħluqa f'envelop li jkun immarkat b'mod ċar u ssiġillat u jiġi ddepożitat fil-kaxxa tal-offerti fil-Procurement Unit, fil-Ministeru għal Għawdex, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex sa mhux aktar tard minn nofsinhar ta' nhar l-Erbgħa 1 ta' Marzu, 2017. Sottomissjonijiet jiġu ttrattati b'kunfidenzjalità stretta. Il-Ministeru għal Għawdex iżomm id-dritt li jirrifjuta kwalunkwe offerta rigward din it-Talba għal Proposti. MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Skont Fitch, pajjiżna għandu tkabbir aħjar minn dak ta' pajjiżi b'rating simili ta' A FITCH Ratings affermat mill-ġdid ir-rating tajjeb ta' 'A' għall-ekonomija ta' pajjiżna. L-aġenzija internazzjonali żammet ukoll previżjonijiet pożittivi dwar ir-rating ta' pajjiżna wara li fir-rapport preċedenti kienet tejbet il- previżjonijiet tagħha dwar Malta u b'hekk matul din il- leġiżlatura, it-tliet aġenziji internazzjonali tar-ratings kollha rrevedew 'il fuq l-outlook tagħhom dwar ir-rating ta' pajjiżna. Dan jikkuntrasta mat-tnaqqis fir-ratings li pajjiżna kellu matul l-amministrazzjoni preċedenti. L-analisti ta' Fitch qalu li 'dan il-prospett pożittiv jirrifletti fuq il-ħsieb tagħna li l-proporzjon tad-dejn pubbliku/PGD qabad triq 'l isfel u t-tkabbir ekonomiki se jibqa' jkun aħjar minn dak ta' pajjiżi oħra b'rating simili'. Filwaqt li l-Oppożizzjoni tgħid li t-tkabbir ekonomiku mhux jinħass mill-familji u mhuwiex sostenibbli, l-esperti ta' Fitch jgħidu li 'qed inbassru li l-ekonomija Maltija tibqa' tikber b'pass iktar mgħaġġel mill-medja fost il-pajjjiżi ta' rating A, b'medja ta' 3.3% tul l-2017-2018. Dan permezz ta' tkabbir ekonomiku b'saħħtu, introjtu disponibbli dejjem jogħla minħabba t-titjib kontinwu tal-pagi u t-tħabbir ta' proġetti ġodda fil-qasam tas-saħħa, edukazzjoni u trasport.' Dan jikkonferma li skont analiżi oġġettiva ta' esperti barranin, it- tkabbir ekonomiku se jibqa' ogħla mill-medja u jfisser aktar impjiegi u pagi għoljin. Filwaqt li l-Oppożizzjoni tirreżisti l-proġetti li qed twettaq din l-amministrazzjoni u tgħid li m'hemmx bżonnhom, l-esperti barranin isostnu li dawn se jwasslu biex pajjiżna jmur aħjar minn pajjiżi oħra. Ir-rapport ta' Fitch juri li sa tmiem l-2016 il-piż tad- dejn nazzjonali waqa' taħt 60% tal-ġid nazzjonali għall- ewwel darba mill-1998. L-esperti internazzjonali qed ibassru li dan il-piż se jkompli jonqos fis- snin li ġejjin. Kontra dak li ssostni l-Oppożizzjoni, il-qagħda fiskali se tkompli titjieb filwaqt li t-tkabbir ekonomiku se jkompli jkun robust. Wara ċ-ċertifikat eċċellenti mogħti lil pajjiżna fil- Winter Economic Forecast tal-Kummissjoni Ewropea, għal darb'oħra analiżi indipendenti ta' esperti barranin tikkonferma s-saħħa tal-ekonomija tagħna. Pajjiżna llum huwa fost l-aqwa fl-Unjoni Ewropea fit-tkabbir ekonomiku u fit-tnaqqis tal-qgħad. Fi stqarrija, il-Gvern qal li fix-xhur li ġejjin se jkun qed iwettaq miżuri oħra biex il-ġid ikompli jasal għand kulħadd. 'Fid-diżabbiltà, malta wettqet rivoluzzjoni siekta Justyne Caruana tiftaħ konferenza dwar 'L-impjieg ta' Persuni b'Diżabilità fis-suq tax-xogħol' "LINKLUŻJONI soċjali u l-aċċessibilità sħiħa kienu u jibqgħu l-pern tal-ħidma kollha tal-Gvern fil-qasam tad-diżabilità u dan il-għan jintlaħaq bis-sehem sħiħ tal- entitajiet kollha li b'xi mod jaħdmu f 'dan is-settur." Dan qalitu s-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana meta iktar kmieni din il- ġimgħa fetħet konferenza f 'Malta għal delegati Maltin u Ewropej dwar "L-impjieg ta' Persuni b'Diżabilità fis-Suq tax-Xogħol". Caruana fissret l-importanza ta' forom diversi, maħsubin biex iressqu lil dawn il-persuni lejn id-dinja tax-xogħol. Qalet li jsir ħafna xogħol ta' tħejjija meħtieġa biex mhux biss ikunu mħarrġin fl-aspetti differenti tal-impjieg, imma wkoll jaddattaw irwieħhom għall-ambjent li jidħlu fih. "F'dan il-passaġġ bejn ħajja dipendenti għal dik ta' għajxien indipendenti, hemm ħafna fatturi li jaffettwaw kemm lil dawk b'diżabilità kif ukoll dawk b'abilitajiet oħra," saħqet Caruana. Hija fissret kif dan jinvolvi persuni mħarrġin apposta li jiggwidaw u jgħinu lil dawk b'diżabbiltà jibnu attitudni ta' kollaborazzjoni mal-bqija tal- ħaddiema kif ukoll għal dawn l-istess ħaddiema biex jifhmu aħjar il-kunċetti u l-prattiċi ta' aċċettazzjoni tad-diversità u inklużjoni xierqa. Hija ddeskriviet il-ħidma tal-Gvern f 'dan is-settur, li wassal biex mijiet ta' persuni bħal dawn sabu għajxien indipendenti, meta sa ftit snin ilu anqas biss kienu joħolmu li xi darba jistgħu jfittxu impjieg. Is-Segretarju Parlamentari Caruana fissret kif il- konsultazzjoni kontinwa mal-għaqdiet volontarji, u ma' dawk kollha involuti - fuq kollox l-istess persuni b'diżabbiltà, kienu fatturi ewlenin biex f 'dan il-qasam Malta wettqet rivoluzzjoni siekta. Hija kkonkludiet billi fakkret li f 'dan il-qasam, Malta tkompli tagħti sehemha f 'livell Ewropew ukoll, u proprju tul il- Presidenza Maltija tal- Kunsill tal-Unjoni Ewropea se taħdem bis-sħiħ biex issaħħaħ il-proċess meħtieġ għall-adozzjoni finali tal-Att tal-Unjoni Ewropea dwar l-Aċċessibilità.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 February 2017