Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/788856
Aħbarijiet 7 FTIT tax-xhur ilu, sar ftehim bejn il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) u l-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST). Dan il-ftehim jiffoka fuq l-oqsma tal-komunikazzjoni tax-xjenza kif ukoll fil-gwidi għall-karrieri. Il-ftehim bejn iż-żewġ entitajiet hu bbażat fuq ir-rieda tal-partijiet li jikkoperaw biex iżidu l-popolarità tax-xjenza fost il-poplu, speċjalment fost iż- żgħażagħ. Dan qalu l-Ministru għall- Edukazzjoni u x-Xogħol, Evarist Bartolo b'risposta għall-mistoqsija mressqa lilu fil-Parlament mid-Deputat Laburista Anthony Agius Decelis. Bartolo qal li "dan il-ftehim sar biex jintlaħaq l-għan li aktar żgħażagħ jagħżlu karrieri fix-xjenza u oqsma relatati." Il-Ministru spjega wkoll li l-partijiet ftehmu li jkomplu jikkoperaw biex joffru internships u esperjenzi ta' xogħol lill-istudenti tal- MCAST ġewwa l-MCST u fiċ-ċentru xjentifiku tal- ESPLORA. "Inizjalment, l-internships se jiġu offruti lil numru ta' studenti proposti mill- MCAST għal perjodu qasir ta' żmien, imbagħad, issir selezzjoni ta' studenti li ser jaħdmu matul ix-xhur tas- sajf." L-MCST u l-MCAST qablu ukoll li jaħdmu flimkien biex jesploraw u jikkollaboraw fuq inizjattivi xjentifiki li jiġu identifikati minn żmien għal żmien. Bartolo spjega li dan il- ftehim se joħloq sinerġija bejn l-MCST u l-MCAST li tkompli tiżviluppa r-relazzjoni bejn l-entitajiet. "Il-ftehim se joħloq ukoll inkoraġġiment biex jintagħżlu suġġetti tax- xjenza, kif ukoll se jgħin lill-istudenti jiżviluppaw professjonalment u personalment," żied jgħid il-Ministru, hekk kif saħaq li dan se jgħin ukoll fit- tranżizzjoni mill-ħajja akkademika għad-dinja tax- xogħol għaliex l-istudenti se jkunu esposti għal esperjenzi u opportunitajiet f 'diversi oqsma relatati max-xjenza u l-arti, jitgħallmu jaffaċċjaw l-isfidi li toffri d-dinja tax- xogħol hands on u joħorġu mill-esperjenza mħarrġa u lesti anke bil-prattika li tgħallmu fit-teorija. "Barra minn hekk, Esplora ser tgħin biex l-istudenti jifhmu aħjar fejn jixtiequ jispeċjalizzaw fil-linji relatati max-xjenza," temm jgħid Bartolo. Il-Ħadd 19 ta' Frar 2017 | illum Għax xjenzati t'għada... Ftehim bejn l-MCST u l-MCAST se jgħin biex aktar żgħażagħ jagħżlu karrieri fix-xjenza u oqsma relatati Lill-Għarusa tal-Mosta... se jirranġawlha l-ġnien Bdew ix-xogħlijiet fi Ġnien l-Għarusa tal-Mosta, li għal snin sħaħ tħalla f 'abbandun u fi stat ta' telqa ILMINISTRU għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima José Herrera żar Ġnien l-Għarusa tal-Mosta fejn bħalissa għaddej ix-xogħol f 'dan il-masġar li jagħti għal fuq Burmarrad u San Pawl il-Baħar. Ix-xogħlijiet qed isiru wara li fl-aħħar baġit, il-Gvern approva l-fondi biex dan il-ġnien u Ġnien Dom Mintoff f 'Ħal Tarxien jibdew jitranġaw. Il-ġnien, li għal snin sħaħ tħalla f 'abbandun u fi stat ta' telqa u kien lok għall-abbużi, se jiġi trasformat f 'post ta' rikreazzjoni għall-familja kollha. Il-perit li qed tieħu ħsieb dan il-proġett spjegat dwar x'se jikkonsistu x-xogħlijiet. Bħalissa qed jitħawlu siġar taż-żebbuġ maturi li qed jieħdu post is-siġar mejta tal-lewż. Fost ix-xogħol li hemm ippjanat li jsir se jkun hemm l-installazzjoni ta' rail fit-triq prinċipali qabel id-daħla tal-ġnien, pavimentar ġdid, bankijiet, planters, gazebo, dwal u bins, it-tiswija ta' ħitan li bħalissa huma mġarrfa u ż-żbir ta' siġar u ta' arbuxelli, qlugħ ta' siġar mejta u tħawwil adattat ta' siġar li se jieħdu post dawk mejta. Bħala parti mill-proġett se tiġi mfassla sistema ta' irrigazzjoni, flimkien mat-tiswija u restawr tal-ġibjun. Speċjalment fejn hemm il-ġebel maqlugħ, se jsir ukoll restawr tal-Victoria Lines . Ix-xogħlijiet huma suġġetti għall-applikazzjoni u għall- proċess tal-permessi meħtieġa. Il-Ministru José Herrera spjega li dan il-ġnien mhux biss hu fost l-akbar u l-isbaħ fil-Gżejjer Maltin iżda jgawdi wkoll minn wirt dinji u patrimonju nazzjonali bħall- Victoria Lines u bħal shelters kbar ta' żmien it-Tieni Gwerra Dinjija, li jinkludu wkoll war rooms li jinsabu pass 'il bogħod mill-fortizza li twassal għal Wied il-Għasel. "Dan il-ġnien għandu potenzjal enormi li sfortunatament għad m'aħniex narawh, bħal festivals tat-tip Għanafest, festivals fi żmien l-Imnarja, wirjiet, u teatru peress li dan il-ġnien għandu wkoll Teatru Grieg b'veduti mill-isbaħ fuq l-ambjent rurali ta' Burmarrad", qal il-Ministru Herrera. Il-Ministru Herrera temm jgħid li malli jitlestew ix- xogħlijiet ippjanati ma jkunx ifisser li x-xogħol kollu jkun spiċċa. Għall-kuntrarju għad fadal aktar xogħol xi jsir u jrid jitkompla b'mod regolari sabiex dan il-ġnien jibqa' jinżamm dejjem fi stat tajjeb, jitgawda mil-poplu kollu, u ma jerġax jispiċċa fl-istat li jinsab fih bħalissa. Il-ġnien se jerġa' jieħu l-ħajja wara snin sħaħ ta' telqa u ta' abbandun u li l-Mostin tant ilmentaw dwarhom. Il-Ministru radd ħajr lid- Direttorat tal-Parks u qal li dan id-direttorat għandu l-irwol ċentrali li jkompli jsebbaħ uħud mill-wesgħat li għandna f 'pajjiżna. Sorveljanza u sigurtà aħjar f 'Ħaz-Żabbar PERMEZZ ta' fondi mill-gvern ċentrali, il-Kunsill Konsultattiv għan- Nofsinhar ta' Malta wettaq proġett f 'Ħaż-Żabbar biex tiżdied is-sorveljanza fl-inħawi permezz tal- installazzjoni ta' diversi CCTV cameras f 'Misraħ San Ġakbu, post frekwentat minn bosta residenti Żabbarin inklużi familji, anzjani u żgħażagħ. F'konferenza tal-aħbarijiet f 'Ħaż-Żabbar, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli qalet li "din l-akwata kienet identifikata wara diversi ilmenti li saru fosthom dwar vandaliżmu u serq kontinwu." Dalli żieded tgħid li issa, permezz tas- sistema ta' CCTV cameras li kienet installata fl-aħħar jiem, se tiżdied is-sigurtà u se tgħin aktar lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet tagħha. Fl-istess waqt il-Ministru Dalli appellat biex min jinnota kwalunkwe aġir mhux f 'loku, jirrapporta mal-ewwel lill-Pulizija, anke b'mod anonimu. Dalli ħabbret li bis-saħħa ta' dan il-proġett u b'ħidma konġunta mal-Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali kienet installata wkoll sistema ta' wifi fl-inħawi biex ir- residenti u l-pubbliku jkunu jistgħu jagħmlu użu mis- servizz tal-internet bla ħlas waqt il-ħin liberu tagħhom fi spazju pubbliku. Dalli fakkret li din kienet waħda mill-wegħdi elettorali ta' dan il-gvern li jipprovdi servizz ta' wifi b'xejn f 'postijiet strateġiċi f 'ħafna lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. "Se nkomplu nkunu viċin il-komunitajiet tagħna fosthom fin-naħa ta' isfel ta' Malta biex nagħmlu aktar proġetti li bihom intejbu l-ħajja tan-nies", temmet tgħid il-Ministru Dalli. Il-Ministru Helena Dalli tinawgura sistema ta' 'CCTV cameras' u wifi b'xejn