Illum previous editions

illum 19 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/788856

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Aħbarijiet 9 Il-Ħadd 19 ta' Frar 2017 | illum reġistri...xi jfissru fil-liġi tal-media Dan l-abbozz jipproponi li qabel ma każ bħal dan jitressaq fi l-Qorti sabiex jibda jinstema' u eventwalment tinqata' s-sentenza, ikunu eżawriti l-mezzi alternattivi kollha possibbli. Jekk il-Qorti tara li l-każ kapaċi jissolva b'medjazzjoni jew ftehim bejn iż-żewġ partijiet, dan għandu jsir fi żmien stipulat, u jekk ma jsir xejn, il-każ jipproċedi bil-Qorti. Jipproponi wkoll li jekk l-awtur lest li jagħmel apoloġija li jaqblu magħha ż-żewġ naħat, il-kawża taqa', bid-danni li jitħallsu, jekk jiġi deċiż li jsir dan, ma jkunux ta' iktar minn €1,000. Alternattiva oħra hi dik li l-Qorti tisma' verżjoni mqassra tal-każ, u tiddeċiedi abbażi ta' dan. Jekk il-Qorti ssib lil parti ħatja ta' malafama, tista' tordna biex l-artiklu in kwistjoni jew il-parti malafamanti titneħħa minn fuq is-sit online u anke twaqqaf it-tixrid jew id-distribuzzjoni ta' tali dikjarazzjonijiet. Fl-istess waqt, jeħtieġ li l-persuna li nstabet bħala vittma tal-malafama għandu jkollha dritt ta' risposta fi żminijiet partikolari stipulati. Dan id-dritt ta' risposta għandu jkun ippubblikat mingħajr ħlas u fl -istess mod li bih kienet ġiet pubblikata oriġinarjament id-dikjarazzjoni. Tippreċiża wkoll iżda, li din qiegħda hemm għall-fi ni ta' korrezzjoni u spjegazzjoni u mhux għal opinjonijiet diff erenti. Din għandha imbagħad tiġi ppubblikata sa massimu ta' numru ta' ġranet wara, skont it-tip ta' mezz ta' media li dehret fi ha. Per eżempju f 'każ ta' xandira, din ir-risposta għandha tixxandar f 'ħin li jilħaq l-istess ammont ta' nies u l-ħin ikun id-doppju ta' dik li fi ha kien hemm l-ilment. L-abbozz ta' liġi jipproponi li f 'każ ta' malafama, dan jibda jinstema' fi żmien qasir fi l-Qorti. Fil-fatt, proposta partikolari tgħid li f 'perjodu ta' 20 ġurnata, il-Qorti trid tkun sabet data għal smigħ preliminari tal-kawża. Il-persuna li tħossha li kienet ġiet malafamata b'xi kitba jew kumment, u trid tieħu azzjoni bil-Qorti dwar dan, trid titkellem fi żmien sena. Dan għaliex l-azzjonijiet isiru preskritti meta tkun għaddiet sena mid-data tal- pubblikazzjoni. Tista' tittieħed azzjoni ta' malafama fi r- rigward ta' persuna mejta, mill-familja diretta tiegħu, jiġifi eri, ġenituri, aħwa jew ulied jew anke eredi, sa għaxar snin minn wara mewtu. Dan jgħodd biss jekk il-persuna tista' tipprova li l-kummenti li saru aff etwaw b'mod negattiv lir-reputazzjoni tiegħu. negattiv lir-reputazzjoni tiegħu. Kull min hu editur ta' gazzetta, servizz ta' xandir jew sit elettroniku, għandu jirreġistra lilu nnifsu bħala l-editur mar-Reġistratur tal- Media, li se tkun persuna li tkun maħtura direttament mill-Prim Ministru. Jekk ma jsirx dan, l-editur jista' jkun imġiegħel iħallas multa ta' mhux iktar minn €1,000. Dan ir-reġistru għandu jinkludi fi h id-dettalji tal-edituri u dettalji oħra li l-Prim Ministru jista' jiddeċiedi dwarhom permezz ta' regolamenti. Din l-informazzjoni tkun disponibbli għal kull min ikun irid jaraha, jekk iħallas miżata. Ir-Reġistratur se jkollu l-awtorità li jħassar minn fuq ir-reġistru kwalunwe sit, gazzetta jew servizz tax-xandir jekk dan ma jibqax jiġi ppubblikat jew jeżisti għal tliet xhur, skont it-tip ta' gazzetta. Fil-każ tax-xandir, dan jiġi kkanċellat minn fuq ir-reġistru jekk ma jibqax ikun liċenzjat. L-abbozz ta' liġi jgħid ukoll li d-dritt tal-protezzjoni tas-sorsi li għandhom il-ġurnalisti jibqa' japplika biss għal dawk li jkunu reġistrati mal-istess Reġistratur tal-Media. jsirx dan, l-editur jista' jkun

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 February 2017