Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/788856
Il-Ħadd 19 ta' Frar 2017 | illum Opinjoni 19 F 'dinja globalizzata, fejn in-numri u l-istatistika saru fundamentali, hemm riskju li ċertu interessi jaqgħu lura fl-aġenda tal-pajjiż. Nemmen f 'ekonomija b'saħħitha li tkun kapaċi twieżen u tindokra lil dawk il-faxex tas-soċjetà l-aktar li jkollhom bżonn. Teżisti tendenza li 'taħbi' l-faqar modern. Faqar li iktar milli hu finanzjarju, huwa faqar emozzjonali u psikoloġiku maħluq minn mentalità individwalista. Fost dawn il-faxex hemm dik tat-tfal, faxxa li mhux dejjem aħna konxji mill-problemi u l-isfidi li tkun għaddejja minnhom. It-tfal mhux dejjem għandhom dak il-leħen li jinstema', m'għandhomx il-faċilità li jipprotestaw jew li jiktbu fil-midja. Bosta tfal ikunu qed jgħixu fil-biża' jew il-mistħija li l-istess problema poġġiethom fiha. Mhux faċli li jiftħu qalbhom u ma jafdawx. Inħares lejn din il-faxxa bħala l-preżent u l-futur ta' pajjiżna u li hemm bżonn ta' politika iktar ċara u strutturata sabiex tagħti futur aħjar lil uliedna. It-tfulija huwa żmien interessanti fejn il-ġenituri jew dawk li jrabbu qed jesperjenzaw żvilupp kontinwu f 'uliedhom. Huwa f 'dan il-perjodu tal- ħajja li tkun qed tara l-karattru jifforma, il-ħsibijiet, il-gosti u dak kollu li f 'qasir żmien ser jifforma l-personalità t'uliedek. Bħal zokk dgħajjef li jkollu l-ħtieġa ta' bastun li jintrabat miegħu sabiex jitla' dritt, daqstant ieħor uliedna għandhom bżonn trobbija tajba u stabbli. Il-preżenza tagħna l-ġenituri hija neċessarja fl- iżvilupp ta' uliedna u għalhekk għandna nħarsu lejn it-trobbija ta' uliedna bħala investiment. Punt fundamentali fit-trobbija ta' uliedna huwa l-istabbiltà u l-kontinwità. Tajjeb li naraw li uliedna qed jitrabbew fl-aħjar ambjenti possibli kemm dawk materjalistiċi, bħad-djar, ħwejjeġ u dak kollu li bniedem għandu bżonn sabiex jgħix fis-soċjetà tal-lum. Nuqqasijiet f 'dawn l-oqsma, hemm il-possibbiltà, li jitfgħu t-tfal fil-problema tal-'bullying'. L-imġiba tagħna l-adulti hija kruċjali fl-iżvillupp ta' uliedna. Dak li ngħidu, li nieklu, li nilbsu u l-postijiet li niffrekwentaw huma fost l-attitudnijiet tagħna li rridu naraw x'effett qed ikollhom fuq l-iżvilup t'uliedna. Hemm ħtieġa t'iktar edukazzjoni u għarfien dwar l-importanza tal-imġieba tagħna l-'kbar' quddiem uliedna. Forsi mhux dejjem qed nirrealizzaw li dak li nkabbru llum se jkun il-frott fi żmien qasir. Inutli ngħidu fiex ġejna jekk mhux aħna stess se nkunu protagonisti fl-iżvillup tat-trobbija t'uliedna. Uliedna jrid ikollhom punt ta' riferenza f 'ħajjithom sabiex fil-mument diffiċli li toffri l-ħajja jsibu l-wens għand min verament jixtiqilhom il-ġid. Huwa fatt stabbilit li l-ewwel tliet snin fil-ħajja tal-bniedem huma kruċjali għall-iżvillupp tiegħu u għalhekk li l-preżenza tal-ġenituri f 'ħajjithom hija fundamentali u għandha tkun meqjusa bħala investiment. Gvernijiet Laburisti tas- sebgħinijiet ħasbu fost l-oħrajn għall-benefiċċji soċjali sabiex jassistu fit-trobbija tat-tfal u bnew oqsma tal-bini sabiex joffru appoġġ. Iżda dan m'għandux ikun id- destinazzjoni finali, għandu jservi bħala punt tat-tluq għall-aktar miżuri. Irridu nkomplu nibnu u niżviluppaw iktar miżuri ta' sostenn sabiex flimkien ma' ekonomija b'saħħitha jkollna ukoll soċjetà b'saħħitha. Roderick Cachia huwa kandidat tal-Partit Laburista fuq il-ħames distrett roderick@ cachiaroderick.com Uliedna…Investiment Gvernijiet Laburisti tas- sebgħinijiet ħasbu fost l-oħrajn għall- benefiċċji soċjali sabiex jassistu fit-trobbija tat-tfal u bnew oqsma tal- bini sabiex joffru appoġġ The Flying Carpet Importers of hand-knotted Oriental carpets THE FLYING CARPET - OLD RAILWAY TRACK, ATTARD Mon - Tues, Thurs - Sat 10am – 12pm • Wednesday morning closed Mon - Fri – 4.30pm - 7pm Importers of: Various hand knotted carpets and Kilims, Non Slip Underlay, Dry and Liquid shampoo. Mobile No. 7953 7664 RODERICK CACHIA