Illum previous editions

illum 19 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/788856

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

Il-Ħadd 19 ta' Frar 2017 | illum 23 Rakkont minn Alfred Consiglio É mile Eudes twieled fit-12 ta' Settembru 1843 f 'Roncy, fil-gżejjer Channel. Huwa beda l-istudju tiegħu f 'Saint- Lô, u wara kompla jistudja l-mediċina f 'Pariġi. Eudes kien Repubblikan konvint, u kien kontra l-Imperu ta' Napuljun III; huwa kien antiklerikali qawwi, u assoċja mal-ħassieba ħielsa, moviment umanistiku assoċjat ma' Victor Hugo (1802-1885). Fl-1886 huwa sar l-editur maniġerjali tal-ġurnal La Pensée Libre (Ħsieb Ħieles). Eudes mexxa wkoll, għal żmien qasir, ħanut tal-kotba progressivi u sar mażun. Flimkien ma' ħassieba ħielsa oħrajn, huwa ssieħeb mas- sezzjoni Franċiża tal-Ewwel Internazzjonal. Madankollu, Eudes kien imxaqleb lejn ideoloġija aktar radikali mill-umaniżmu ta' Hugo jew it-twemmin Mutwalist tas-segwaċi ta' Pierre-Joseph Proudhon (1809-1865). Eudes issieħeb mas-segwaċi revoluzzjonarji tal-veteran revoluzzjonarju Blanqui; ħbiebu inkludew radikali bħal Ernest Granger (1844-1914), Gustave Tridon (1841-1871), Anne Jaclard (1843-1887) u żewġha Victor Jaclard (1840- 1903). F'Awwissu 1870 Eudes kien wieħed mill-mexxejja tal- qawmien, bla suċċess, f 'La Vallette, distrett f 'Pariġi. Eudes, li kemm-il darba kien arrestat, kien arrestat u ssentenzjat għall-mewt. Madankollu, fl-4 ta' Settembru 1870 Franza ġiet ipproklamata Repubblika, u Eudes ħareġ mill-ħabs. Eudes inħatar kmandant tal-Battaljun 138 tal-Gwardja Nazzjonali sabiex jorganizza d-difiża ta' Pariġi kontra l-Ġermaniżi. Huwa ngħaqad mal-Kumitat Ċentrali tal- Għoxrin Distrett, li organizza l-attivitajiet tad-diversi gruppi ta' soċjalisti, anarkisti u repubblikani. Huwa kien kontra n-negozjati ta' paċi li kienu qed isiru mill-Gvern Repubblikan. Fil-31 ta' Ottubru 1870 huwa ħa sehem f 'irvell kontra l-gvern li madankollu ma rnexxiex. Fit-18 ta' Marzu 1871 huwa mexxa lill-Gwardji Nazzjonali fl-okkupazzjoni tal-uffiċċju sindikali. Fl-24 ta' Marzu, il-Kumitat Ċentrali tal- Gwardji Nazzjonali ħatar lil Eudes bħala Kummissarju tal-Gwerra; jumejn wara kien elett għall-Kunsill Ġenerali tal-Komun ta' Pariġi. Huwa mexxa offensiva kontra l-gvern ta' Versailles fit-3 ta' April 1871, iżda din falliet. F'Mejju, Eudes ivvota mal- maġġoranza biex jitwaqqaf Kumitat ta' Sigurtà Pubblika, fuq il-mudell ta' dak tar- Rivoluzzjoni Franċiża. Eudes ħa sehem attivament fil-ġlied matul il-'Ġimgħa Mdemmija' bejn it-22 u t-28 ta' Mejju li mmarkat l-aħħar reżistenza tal-Komun. Huwa rnexxielu jaħrab mit-trażżin brutali; huwa ħarab lejn l-Iżvizzera u wara mar Londra; huwa kien issentenzjat in absentia għall-mewt. Eudes għex fil-faqar. Amnestija ġenerali fl-1880 wasslitu biex irritorna Pariġi. Huwa kkontribwixxa għall- ġurnal Blanquist Ni Dieu ni Maitre (La Alla lanqas Sid), u flimkien ma' Edouard Vaillant (1840-1915) waqqaf il-ġurnal L'Homme Libre (Bniedem Ħieles). Huwa sar membru tal-Kumitat Ċentrali Rivoluzzjonarju Blanquist, stabbilit fl-1881. Fil-5 ta' Awwissu 1888 Eudes kien qed jagħmel diskors f 'Salle Favie meta sofra emorraġija ċerebrali u miet. Referenzi: 1. J.L.Menard: Emile Eudes, 1843-1888: Général de la Commune et Blanquiste, Dittmar, Paris, 2005. 2. "Marx to Emile Eudes", March 9, 1872, Marx and Engels, Collected Works, Volume 44, New York, 2005. Émile Eudes (1843-1888) Stedina kuljum! FILĦWIENET EWLENIN HISTORY OF ORNITHOLOGY IN MALTA Minn Marilyn Bellizzi I l-kliem 'Kulħadd Mistieden ' fuq l-aħħar invit li ġie f 'idi għamel fiċ-ċert li mqar jekk għal ftit nieqaf u nara x'kienet din l-imbierka stedina! Bla ma ntbaħt, l-istess kliem kien akkumpanjani wkoll għal din il-laqgħa... 'Kulħadd Mistieden'. Tassew li kulħadd kien mistieden imma mhux kulħadd attenda! Ir-raġuni għal dan hi waħda pjuttost ovvja - mhux kulħadd kien interessat f 'dik it-tali stedina. Minkejja li invit kapaċi jġegħelna nħossuna speċjali, milqugħin u aċċettati, mhux dejjem nilqgħu kull stedina li jkollna. Il-ħajja għallmitna li diffiċli tolqot il-bżonniijiet u l-gosti ta' kulħadd! Iżda sakemm il-ħaġa hi diffiċli, mhix impossibbli. Dan l-aħħar smajt għanja spiritwali li reġgħet ħaditni lura għal żmien tfuliti. Din tistieden b'mod partikolari lil dawk li jinsabu bil-għatx għall-ħajja, li dawk li jridu jsibu l-paċi, lil dawk li qed jgħixu mingħajr raġuni, lil dawk li jridu jgħixu fl- imħabba, lil dawk li jinsabu magħfusin bil-ħtija, lil dawk li jridu jsibu l-maħfra, lil dawk li qed jgħixu bla ebda tama, u lil dawk li jridu jsibu l-qawwa. Għalkemm il-lirika tal-għanja kont nafha bl-amment, dakinhar intbaħt li qalb dawk il-kliem kien hemm moħbija stedina partikolari għax b'xi mod jew ieħor, għall-kuntrarju ta' stediniet oħra, tolqot lil kull persuna f 'wiċċ id-dinja. Hi stedina li tikkonċernana lkoll. Jekk forsi qed tistaqsi x'tip ta' stedina hi din, l-isem tal- għanja jispjegaha faċilment – 'Ejja wara Ġesù'. Kif tkompli l-għanja stess, kulħadd għandu bżonn imur wara Ġesù għax 'Hu biss it-triq li twassalna, hu l-verità li ddawwalna; hu biss li jagħti l-ħajja.' Tassew il-ħajja mimlija stediniet imma l-akbar stedina hi l-ħajja nfisha. Kull ġurnata hi stedina mingħand Alla biex ngħixu. Nafu li din il-ħajja bil- kumditajiet u t-tlellix kollha li fiha qatt ma tissodisfana kompletament, dejjem irridu aktar. Dan għaliex din il-ħajja hi biss vjaġġ. Vjaġġ li jaf ikun sfidanti, imma bi Kristu magħna dejjem ikollna min jgħinna, jerfgħalna t-tagħbija u jidderiġina fid-destinazzjoni tal-ħajja vera. Mingħajru, l-istorja tkun totalment differenti. Jalla l-Mulej jiftħilna qalbna biex nagħrfu nagħżlu l-aħjar sehem: nafdaw f 'Ġesù, nimxu warajh, infittxuh fl-Iskrittura u nitkellmu miegħu permezz tat-talb. Hekk fl-aħħar ta' ħajjitna nsibu l-bidu tal-ħajja! gospelhopecommunity@gmail.com

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 February 2017