Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/788856
Il-Ħadd 19 ta' Frar 2017 | illum Sports 31 Nazzjonali - Min Huma l-Finalisti? minn 50 sena attiv fiċ-ċikliżmu u anke l-fundatur tal-Assoċjazzjoni tal-BMX Malta li tagħha okkupa l-kariga ta' president minn żmien it-twaqqif tagħha 30 sena ilu. Żagħżugħ tas-Sena Kurt Cassar (Basketball) Minkejja li għad għandu 17-il sena Kurt iddistingwa ruħu fix- xena tal-basketball tant li jilgħab fil-Kampjonat tas-Serie B mat-tim Stella Azzurra Roma. Ġie magħżul ukoll sabiex jieħu sehem f 'kamp internazzjonali ta' taħriġ imtella' mill-NBA u mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Basketball bl- isem Basketball Without Borders, li sar f 'Helsinki. Luke Galea (Karate) Ħa sehem f 'bosta kompetizzjonijiet barra l-pajjiż fosthom spiċċa fit-tieni post fil- kategorija Juniors fl-Open tal- Italja, spiċċa fl-ewwel post fl-Open Internazzjonali tal-Iskozja, it-tielet fil-Kampjonati Ewropej tal-Karate li saru f 'Malta u t-tielet fil-Grand Prix internazzjonali li saret fil- Polonja. Gary Giordimaina (Lotta) Huwa ċ-Champion tal- Commonwealth fil-kategorija Juniors fil-kampjonati li saru fil-Kanada. Fil-Kanada wkoll, Giordimaina rebaħ midalja tal-fidda f 'tournament ieħor internazzjonali. Huwa r-rebbieħ tal-midalja tal-fidda fil- Kampjonati tal-Mediterran li saru f 'Madrid. Rebaħ ukoll midalja tal- fidda fil-Flatz Open tal-Awstrija u kiseb riżultati oħra tajbin f 'tournaments internazzjonali f 'Bolton u ġie mistieden jattendi training camp mat-tim nazzjonali Taljan f 'Ruma. Matthew Magro (Ten Pin Bowling) Rebaħ midalja tal-fidda fis-singles u deheb u bronż fid-doppji matul l-Open tal-Iżvizzera. Magro rebaħ deheb fit-tim event u bronż fl- individwali fil-Kampjonati tal- Juniors li saru f 'Norwich. Huwa spiċċa fil-ħames post fl-Open ta' Franza fil-kategogrija tal-youths. Ben Plumpton (Waterpolo) Fil-bidu tas-sena 2016 fl-età ta' 17-il sena, Ben ġie magħżul fit-tim nazzjonali Malti tal-kbar sabiex jikkompeti fil-finali tal- Kampjonati tal-Ewropa li saru fis- Serbja. Kien ukoll parti mit-tim ta' taħt id-19-il sena li ħa sehem fil- Kampjonati Ewropej taż-Żgħażagħ li saru fl-Olanda u li spiċċaw fl-14- il post. Flimkien ma' żewġ plejers oħra tal-klabb ta' San Ġiljan, Ben intgħażel ukoll sabiex jingħaqad mal-klabb Vojvodina fis-Serbja sabiex jilgħab fil-Kampjonat Serb. Kijan Sultana (Squash) Spiċċa fit-tieni post fil-Grand Prix tal-Awstrija. Rebaħ l-Open Internazzjonali ta' Malta kemm fil-kategorija ta' taħt il-15-il sena u anke fil-kategorija ta' taħt is-17-il sena. Sultana rebaħ l-Open tal- Kroazja fil-kategorija ta' taħt it-13- il sena, spiċċa fit-13-il post minn 45 fl-Open tal-Olanda u r-raba' fl-Open tal-Belġju fost l-oħrajn. Żagħżugħa tas-Sena Hannah Al Tumi (Basketball) Ilha tifforma parti mit-tim nazzjonali ta' taħt it-18-il sena għal dawn l-aħħar sentejn fejn it-tim rebaħ żewġ midalji. Al Tumi intgħażlet biex tkun parti mit-tim tal-kbar minkejja l-età tagħha, liema tim rebaħ id-deheb f 'Ġibiltà. Matul l-2016 hija ffirmat mat-tim mis-Serie B, Florence Basket. Nicole Attard Gliveau (Atletika) Nicole hija fost l-atleti lokali żgħażagħ li qegħdin dejjem jispikkaw fix-xena tal-atletika lokali. Hija ċ-champion nazzjonali fl-400 metru. Is- sena li għaddiet ħadet sehem fil-Kampjonati Ewropej taż- Żgħażagħ. Attard Gliveau spiċċat fir-raba' post waqt il-Kampjonati tal-Atletika għall-Pajjiżi ż-Żgħar meta kienet parti mit-tim Żvediż tar-relay. Sana Grillo (Ġinnastika) Rebħet midalja tad-deheb fil- Logħob tal-Gżejjer li saru f 'Palma di Mallorca. Rebħet bronż fl-istess kompetizzjoni fit-team event. Helene Pellicano (Tennis) Rebħet il-Kampjonat Ewropew ta' taħt l-14-il sena tat-Tennis li sar fir-Repubblika Ċeka. Rebħet ukoll it-tournament prestiġjuż ta' taħt is-16-il sena ta' Biella l-Italja. Kienet ir-rebbieħa ta' avveniment ta' taħt it-18-il sena organizzat mill-Federazzjoni Internazzjonali tat-Tennis fil-Montenegro u l-Wilson Trophy fir-Rumanija. Victoria Schultheis (Ibburdjar) Bla dubju hija waħda mill-aħjar atleti fix-xena tal-ibburdjar lokali. Wara bosta suċċessi fis-sena 2015, is-sena l-oħra kompliet ittejjeb dejjem aktar il-prestazzjoni tagħha sabiex f 'Ġunju saret iċ- champion tad-dinja tal-Optimist fil-kampjonati li saru f 'Vilamoura l-Portugall. Sara Xuereb (Ten Pin Bowling) Hija r-rebbieha ta' midalja tad- deheb fl-individwali u bronż fid-doppji fl-Open tal-Iżvizzera. Xuereb rebħet il-midalja tad-deheb fit-team event fil-Kampjonati taż- Żgħażagħ li saru f 'Norwich. Sara Xuereb hija ċ-champion lokali tal- kategoriji ta' taħt is-16-il sena u ta' taħt it-23 sena. Apparti minn hekk, Xuereb hija ċ-champion lokali wara 11-il sena ta' dominju minn Sue Abela. Tim tas-Sena Tim Nazzjonali Basketball Nisa Rebbieħ ta' midalja tad-deheb fil-Kampjonat Ewropew għall- Pajjizi ż-Żgħar li saru f 'Ġibiltà. It-tim Malti mmexxi minn Angela Adamoli spiċċa dawn il-Kampjonati mingħajr telfa. Fil- finali kontra l-favoriti l-Irlanda, it-tim Malti rnexxielu jirkupra żvantagg ta' 10 punti għal rebħa prestiġjuża ta' 67 għal 59 punt. Tim Nazzjonali Futbol U21 Kiseb rekord ta' punti fl-istadju ta' kwalfikazzjoni tal-Kampjonati Ewropej ta' taħt il-21 sena. It- tim immexxi minn Silvio Vella irnexxielu jikseb total ta' 11-il punt fi Grupp 1, waqt li rreġistra tliet rebħiet, tnejn minnhom kontra l-Latvja u waħda kontra l-Moldova u żewġ draws kontra l-Montenegro u l-Moldova rispettivament. Tim Snooker (Alex Borg & Brian Cini) Huma r-rebbieħa tal-Kampjonati Ewropej tal-isnooker li saru fil- Litwanja filwaqt li waslu sal-kwarti tal-finali tal-Kampjonati tad-Dinja li saru fl-Eġittu. Waterpolo (Tim Nazzjonali A) It-tim immexxi minn Karl Izzo kwalifika u spiċċa fil-15-il post tal-Kampjonati Ewropej li saru fl- Olanda u fis-Serbja. Waterpolo (Tim Nazzjonali U19) It-tim immexxi minn Anthony Farrugia rnexxielu jikkwalfika u jispiċċa fl-14-il post tal- Kampjonati Ewropej taż-Żgħażagħ li saru fl-Olanda. Uffiċjal tas-Sena Esther Azzopardi (Futbol) F'sena mimlija sodisfazzjon Esther ġiet magħżula biex tirreffja fit- Tazza tad-Dinja ta' taħt is-17-il sena tan-Nisa, filwaqt li baqgħet tingħata regolarment logħob mill-UEFA Champions League fil- kategorija femminili u logħob ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tan-Nisa. F'Diċembru hija ngħatat il-midalja għall-Qadi tar-Repubblika. Joseph Borda (Rugby Union) Ħadem b'dedikazzjoni kbira sabiex iwaqqaf skola tar-rugby bi gruppi li jvarjaw mill-ħamsa sat-18-il sena. Organizza wkoll sessjonijiet dwar ir-rugby fi skejjel tal-istat sabiex ikabbar l-għarfien dwar dan l-isport. Terry Camilleri (Snooker) Minn kemm ilu li sar referi professjonali fl-2001, matul is-sena li għaddiet kompla jikkontrolla logħbiet fl-ogħla kompetizzjonijiet tas-snooker internazzjonali fosthom il-World Championship fi Crucible u l-European Masters fir-Rumanija. Jesmond Caruana (Weightlifting) Elett bħala membru fil-bord eżekuttiv tal-Federazzjoni Ewropea tal-Weightlifting kif ukoll viċi- president tal-Konfederazzjoni Ewropea tal-istess dixxiplina. Intgħażel sabiex jikkontrolla bosta kompetizzjonijiet internazzjonali fosthom il-Kampjonati tad-Dinja li saru l-Malażja, l-Kampjonati Ewropej li saru fin-Norveġja, il- Polonja u l-Iżrael kif ukoll it-Tazza tal-Mediterran li saret fi Spanja. Paul Sultana (Basketball) Bħala president tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Basketball għen sabiex it-tim nazzjonali Malti tan-nisa rebaħ midalja tad-deheb fil- Kampjonat Ewropew għall-Pajjizi ż-Żgħar li saru f 'Ġibiltà fejn it-tim irnexxielu jirbaħ il-logħbiet kollha. Għen biex jintlaħaq ftehim mal- Gvern li bih il-Padiljun tal-Isport f 'Ta Qali f 'Mejju li ġej se jinbidel f 'padiljun iktar modern. Bħala Direttur fl-isport fil-Kumitat Olimpiku Malti kien strumentali biex tibda skema ta' finanzjament taż-żgħażagħ li minnha qed jibbenefikaw l-assoċjazzjonijiet kollha. John Zammit (Ċikliżmu) F'Marzu tas-sena li għaddiet, fil-Portugall John Zammit, president tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċiklizmu kien onorat bil- Merit Award mill-president tal-Assoċjazzjoni Ewropea taċ- Ċiklizmu matul l-Assemblea Ġenerali 2016. Zammit ilu iktar minn 50 sena attiv fiċ-ċiklizmu u anke l-fundatur tal-Assoċjazzjoni tal-BMX Malta li tagħha Zammit okkupa l-kariga ta' president minn żmien it-twaqqif tagħha 30 sena ilu.