Illum previous editions

illum 19 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/788856

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

illum | Il-Ħadd 19 ta' Frar 2017 Aħbarijiet 8 Libelli, multi u reġistri...xi t-tibdiliet proposti Kulħadd qed jitkellem dwar l-att dwar il-Media u l-Malafama...imma xi jfi sser eżatt? Lil hinn mil-legaliżmi, l-ILLUM analizzat uħud mill-proposti fl -abbozz tal-liġi l-ġdida mressaq din il-ġimgħa Veronica Lynn Mizzi vmizzi@mediatoday.com.mt MATUL il-ġimagħtejn li għaddew, l-aħbarijiet kollha kienu prattikament iddominati mill- kwistjoni Cardona-Caruana Galizia, wara li l-Ministru għall-Ekonomija talab lill-Qorti sabiex fil-każ ta' libell li huwa fetaħ kontrieha, jiġu sekwestrati €47,460 tal-assi tagħha. Dan il-każ qajjem furur sħiħ, kemm fost il-ġurnalisti li ħafna minnhom ħassew li din l-ordni ta' sekwestru tipperikola l-libertà tal-espressjoni u timpedixxi lill-ġurnalist milli jagħmel xogħlu hekk kif dawn il-flus ġew issekwestrati ferm qabel mal-Qorti bdiet tisma' l-każ ta' libell, kif ukoll fost il-pubbliku ġenerali. Dawn tal- aħħar kienu maqsuma fuq l-opinjoni tagħhom hekk kif uħud sostnew li b'hekk, il-Ministru Cardona kien qed juża l-pożizzjoni tiegħu biex irażżan il-libertà tal-espressjoni, waqt li oħrajn sostnew li Daphne Caruana Galizia kien ħaqqha dan minħabba l-istil ta' kitba tagħha. Is-sostenn lejn Caruana Galizia wassal biex il-kandidat Nazzjonalista David Thake beda kampanja ta' ġbir ta' fondi għal Caruana Galizia, li jammontaw għas-somma ssekwestrata. Minbarra dan, il-Partit Nazzjonalista sejjaħ għal attività politika f 'Tas- Sliema sabiex 'jiġu difiżi d-demokrazija u l-libertà', u llum l-istess Partit qed isejjaħ għal dimostrazzjoni nazzjonali. Dan il-każ wassal sabiex iktar kmieni matul il-ġimgħa, il-Ministru għall- Ġustizzja Owen Bonnici jħabbar abbozz ta' liġi bħala riforma fil-liġi tal-istampa. Fost l-oħrajn, qed jiġi propost li jitneħħa l-libell kriminali u l-mandati ta' sekwestru. L-ILLUM tat ħarsa lejn l-abbozz ta' liġi ta' 22 paġna u elenkat uħud mill-punti ewlenin li dan l-abbozz jitkellem dwarhom. Ara wkoll l-intervisti fuq paġni 12 u 13 Persuna tiġi eskluża mil-liġi tal-malafama jekk il-kitba tagħha tkun ġiet ippubblikata f 'xi ġurnal jew rivista xjentifi ka jew akkademika. Dan diment li l-kitba tkun strettament xjentifi ka jew tal-akkademika, u li l-kitba tkun ukoll waħda li ġiet approvata mill-editur tal-istess ġurnal jew persuna oħra li għandha kompetenza f 'dak il-qasam, fuq l-istess bażi. Fi kliem ieħor, bħala eżempju, persuna tkun eskluża jekk tikteb fuq l-abort minn lat xjentifi ku, imma mhux jekk l-artiklu jkun mibni fuq bażi morali. Id-danni marbuta ma' każi ta' libelli wkoll qed jiġu proposti li jinbidlu. Il-Qorti ma tistax tordna li titħallas somma ta' iktar minn €20,000 f 'danni morali jew telf ta' qligħ. Fil-każ ta' inġurja, jiġifi eri li persuna tħoss li ġiet malafamata minħabba kliem malizjuż li jkun intqal bil-fomm, l-ammont massimu li jitħallas huwa ta' €10,000. Id-deċiżjoni fi nali tas-sentenza tal-Qorti tkun tiddependi minn għadd ta' fatturi u tirrifl etti jekk kienx hemm xi tip ta' inizjattiva sabiex jitranġaw l-aff arijiet bejn iż- żewġ partijiet. Punti li l-Qorti għandha tikkunsidra huma l-gravità tal-malafama, jekk kienx hemm verifi ki qabel ma ġiet ippubblikata l-informazzjoni u fi nalment, jekk kinetx saret xi apoloġija jew kjarifi ka mal-parti li ħassitha malafamata. Jekk jintuża xi kliem malafamanti jew dispreġġjattiv fi l-konfront tal-President, u l-persuna tinstab ħatja, tista' tintbagħat sa tliet xhur ħabs u tingħata multa ta' mhux iktar minn €700. Fl-istess waqt, jekk persuna tinstiga lil ħaddieħor sabiex ineħħi l-ħajja jew il-libertà tal- President ta' Malta jew ta' xi Ministru', jiszta' jeħel sa disa' snin ħabs u sa €5,000 f 'multa. isejjaħ għal dimostrazzjoni nazzjonali. Dan il-każ wassal sabiex iktar kmieni Ara wkoll l-intervisti fuq paġni 12 u 13 Persuna tiġi eskluża mil-liġi tal-malafama jekk il-kitba tagħha tkun ġiet ippubblikata f 'xi ġurnal jew rivista xjentifi ka jew akkademika. Dan diment li l-kitba tkun strettament xjentifi ka jew tal-akkademika, u li l-kitba tkun ukoll waħda li ġiet approvata mill-editur tal-istess ġurnal jew persuna oħra li għandha kompetenza f 'dak il-qasam, fuq l-istess bażi. Fi kliem ieħor, bħala eżempju, persuna tkun eskluża jekk tikteb fuq l-abort minn lat xjentifi ku, żjoni fi nali tas-sentenza tal-Qorti tkun tiddependi minn għadd ta' fatturi u tirrifl etti jekk kienx hemm xi tip ta' inizjattiva sabiex jitranġaw l-aff arijiet bejn iż- żewġ partijiet. Punti li l-Qorti għandha tikkunsidra huma l-gravità tal-malafama, jekk kienx hemm verifi ki qabel ma ġiet ippubblikata l-informazzjoni u fi nalment, jekk kinetx saret xi apoloġija jew kjarifi ka mal-parti li

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 February 2017