Illum previous editions

illum 30 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/855208

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

Nr 563 • 30 ta' Lulju 2017 www.illum.com.mt €1.00 NEWSPAPER POST Ara paġna 10 Minn Albert Gauci Cunningham SENTEJN wara li ma' din il-gazzetta u anke fil-Parlament il-Ministru Carmelo Abela kien wiegħed illi l-Gvern se jaħdem biex kull bouncer f 'Paceville ikun reġistrat u jingħata t-taħriġ meħtieġ, jidher illi għadu ma sar xejn jew ftit li xejn li hu konkret u pubbliku f 'din id-direzzjoni. Abela kien għadda dawn il-kummenti mal-ILLUM nhar il-Ħadd 22 ta' Novembru 2015, ftit ġranet biss wara l-inċident li seħħ fl-istabbiliment PlusOne li ħalla 74 persuna mweġġgħin, tnejn minnhom f 'qagħda kritika. Il-Ministru Abela, dak iż-żmien responsabbli għall- Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, kien sostna hekk; "Se nkunu qed nisħqu fuq ħidma illi tara eżerċizzju mill-pulizija biex kull bouncer ikun reġistrat u jingħata t-taħriġ li hemm bżonn mill-entitajiet kompetenti." Mal-ILLUM kemm Philip Fenech mill-GRTU kif ukoll Mark Grima, sid ta' stabbiliment f 'Paceville ikkonfermaw illi dwar din il-proposta għad m'hemm xejn konkret, bi Grima jmur oltrè u jgħid li lanqas diskussjonijiet ma saru la fuq din il-materja u lanqas dwar proposti għal moniteraġġ 24 siegħa kuljum taż-żona tad- divertiment. • Wegħdi ta' reġistrar u taħriġ għall-bouncers baqgħu fl-arja • Mistennijin laqgħat bejn il-GRTU u Michael Farrugia Sentejn oħra fuq l-ixkaffa Delia u Said ma jaqblux ma' Portelli fuq l-immigrazzjoni Minn Veronica Lynn Mizzi SIGĦAT wara li Frank Portelli stqarr li ma jaqbilx mal-multikulturaliżmu u li 80% tal-immigranti li hawn f 'pajjiżna għandhom jintbagħtu lura, il- kandidati għal kap tal-PN, Adrian Delia u Chris Said qalu li ma jaqblux ma' din il-linja ta' ħsieb. Meta kien qed jitkellem fuq il-programm Dissett, Portelli qal li kull immigrant li mhux refuġjat, m'għandux jitħalla jibqa' f 'pajjiżna. Akkuża li wħud mill- immigranti qed "jimponu" fuq pajjiżna, u esiġa li jkunu ripatrijati. Mal-ILLUM, kemm Said kif ukoll Delia qalu li hemm proċeduri stabbiliti u internazzjonali li jridu jkunu segwiti, "mhux tiddeċidihom persuna waħda." Il-pożizzjoni ta' Portelli tmur kontra dik li dejjem ħaddan il-PN fuq din il-kwistjoni. Portelli qal ukoll li sabiex il-PN ikollu ċans jirbaħ, il-kunsilliera jeħtieġ li jeleġġu 'patrijott'. Ara paġna 6 Tipproponi li jitwaqqfu jew jitnaqqsu l-eżamijiet IDDEPUTATA Laburista Rosianne Cutajar, f 'intervista li qed tidher fuq paġna 9 tistqarr li kieku kellha tressaq mozzjoni fil-kapaċità tagħha ta' deputata (Private Members Bill), din tkun biex jitneħħew għal kollox jew jitnaqqsu n-numru ta' eżamijiet. Filwaqt li tammetti li din il- proposta tista' tkun mill-aktar kontroversjali, Cutajar li hija wkoll għalliema, tisħaq li ma tħossx "li għandna nibqgħu niġġudikaw biss il-kompetenzi u l-futur tal-istudenti tagħna fuq eżami ta' ftit minuti li minħabba diversi fatturi u ċirkostanzi mhux dejjem jista' jirrifletti l-kapaċitajiet tal-istudent." Intant hi tgħid li Private Members Bill oħra li tressaq hija li jkun projbit l-użu ta' ċerti tipi ta' prodotti tal-plastik. Ara paġna 9 'Xemx taqli l-ankri' Qwiel u idjomi marbutin mal-istaġun tas-sajf Ara paġni 14 u 15

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 July 2017