Illum previous editions

illum 30 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/855208

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

15 Il-Ħadd 30 ta' Lulju 2017 | illum Aħbarijiet taħarqu u x-xita tmissu 'Ara dak, ixommu l-bettieħ' ...nużaw din il-frotta u din l-idjoma meta rridu ngħidu li xi ħadd għandu mnieħru kbir u fil-fatt tintuża għax il- bettieħ tkun taf hux ħelu meta xxomm il-frotta qabel ma tinfetaħ. Għal tfajla sabiħa u ħelwa, ħafna bħall-frotta tant tajba tas-sajf nużaw l-idjoma 'donnha ħawħa' imma meta xi ħadd jarma jagħti fuq ras xi ħadd ngħidu li ġabhielu 'qisha dulliegħa'. 'Qum minn hemm se toqgħod tistenna l-bajtra taqa' f 'ħalqek...' ngħidu lil dawk in-nies għażżenin jew inkella li ma jmiddux idejhom għax-xogħol filwaqt li dawk li jagħmlu kollox bil-lajma ngħidulhom 'qisek bajtra'. Naturalment hemm bosta idjomi oħrajn li jmissu mal- frott tas-sajf jew dak il-frott li għandu bżonn ix-xemx, 'qares l-għeneb' nużaw meta xi ħadd ikun kritiku ta' xi ħaġa li ma jistax jakkwista u ' qisu għenba' meta xi ħadd ikollu żaqq kbira. 'Dak beża'...xaqq l-għaraq għalih' U ladarba qed nitkellmu fuq ix-xemx u s-sħana ta' min insemmu wkoll xi erba' idjomi relatati mal-għaraq. Meta xi ħadd jibża' ħafna 'ixoqq l-għaraq għalih' ngħidu, u meta xi ħadd jaħdem kemm jiflaħ biex jakkwista xi ħaġa ngħidu 'bl-għaraq ta' ġbinu'. Ġeneralment il-flus tkun qlajthom bl-għaraq ta' ġbinek. Simili ħafna hija l-idjoma illi xi ħaġa tkun akkwistajta 'bl- għaraq u x-xeraq', jew bit-tbatija u l-ħidma mhux bil-qerq. '...tmurx issa l-baħar għax hemm xemx taqli l-ftajjar' ...jekk l-ankri jew saħansitra l-klieb. Hekk niddeskrivuha x-xemx meta tkun taħraq ħafna, speċjalment matul dan iż-żmien. Imma jekk tmur wara nofsinhar 'tieħdok ix-xemx' wara xi siegħa jew tnejn 'tilgħaq ix-xemx'. Dawn huma kollha idjomi popolari li għadhom popolari u użati ħafna sal-lum il-ġurnata. U min jaf xi persuni akkaniti għall-festa kemm se jgħidu 'aħbi x-xemx u uri lilha' meta jaraw lit-titular tagħhom ħierġa minn ġol-knisja. Hija idjoma li turi l-ġmiel, mhux biss tax-xemx imma wkoll tal-oġġett/persuna li tkun qed tħares lejha. Xi ħadd li jkun qiegħed jipprova jiddieħaq bik jew diżonest ngħidu li qed jipprova 'jgħatti x-xemx bl-għarbiel'. Fil-fatt ngħidu hekk għax qed nagħmlu użu mill-oġġett għarbiel, bl-Ingliż 'sieve', li fil-fatt jintuża biex minnu jgħaddi r-ramel jew dqiq. Għarbiel fil-fatt ma jgħattix ix-xemx u dan allura qed jissimbolizza l-qerq. Nużaw ukoll l-idjoma 'jittanta x-xemx għaddejja' meta nirreferu għal persuna li jagħti fastidju lil kulħadd u ma jħalli lil ħadd bi kwietu. 'Ix-xemx ta' Settembru tiftaħ il-bibien tar-rixtellu', qawl li jfisser illi x-xahar ta' Settembru huwa tajjeb għal biedja.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 July 2017