Illum previous editions

illum 30 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/855208

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

Minn Veronica Lynn Mizzi ILKAP tal-Partit Demokratiku Marlene Farrugia sostniet li l-elezzjoni għal kap tal-Partit Nazzjonalista għandha tiġi sospiża, "jekk il-PN irid ikun tassew il- Partit tan-Nies." F'kummenti li għaddiet fuq il-paġna tagħha ta' Facebook, Farrugia qalet li Simon Busuttil għandu jibqa' Kap tal- Partit sakemm tasal id-data tal-elezzjoni għal Kap, li skont Farrugia għandha tiġi għall-bidu tas- sena d-dieħla u mhux fi ftit xhur. Fil-fatt, Farrugia proponiet li għandu jkun hemm 'membership bid' bil-għan li l-parteċipazzjoni tan-nies tiżdied, waqt li tgħid li min jissieħeb mal-Partit sad-data stabbilita jkun eliġibbli sabiex jivvota f 'din l-elezzjoni. Marlene Farrugia kompliet tisħaq li l-affarijiet kif inhuma, ma jagħmlux sens għaliex "aħna tal-PD li ħriġna għonqna mal-PN fl-aktar żmien diffiċli fl-istorja kontemporanja ta' pajjiżna, u li saħansitra tlajna fil-Parlament fuq il-lista tal-PN, la nistgħu nikkontestaw għal kap jew pożizzjonijiet oħra, u lanqas nistgħu nivvutaw." Fl-istess kummenti li għaddiet, Farrugia titfa' dubju fuq il-kapaċitajiet tal-erba' kandidati li qed jaspiraw li jkunu kap tal- PN u tistaqsi jekk xi ħadd mill-kandidati jistgħu jagħtu lill-pajjiż dak li għandu bżonn fil-mument. illum | Il-Ħadd 30 ta' Lulju 2017 Aħbarijiet Ix-xatt ta' Tas-Sliema ż-żona magħrufa bħala 'Exiles'. Minn din il-ponta ferm popolari fost ħafna għawwiema, tista tara mhux biss il-baħar imma wkoll xejn inqas minn 10 krejnijiet, telgħin fuq il-bini ta' san Ġiljan. Simbolu tal-progress, ikun hemm min jgħid. Oħrajn iħossu li huwa iktar simbolu tal-iżvilupp bla waq en li ilu għaddej f 'Tas Sliema u san Ġiljan għal snin twal, għad-detriment tar-residenti. Ritratt: James Bianchi Ritratt tal-ġimgħa Marlene Farrugia tappella biex tiġi sospiża l-elezzjoni għal Kap tal-PN Sa Ġunju kien hawn 27 persuna lebbruża f 'Malta MINKEJJA li għadha xi ftit jew wisq assoċjata mal-passat u saħansitra minn siltiet u episodji Bibbliċi, l-lebbra għadha madwarna u teżisti, anke illum. TANT hu hekk illi skont ċifri li ħarġu mill- Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika bejn April u Ġunju ta' din is-sena kienu b'kollox 27 persuna li kienu qed jieħdu trattament għal din il- marda b'nefqa ta' €15,000. Dan in-numru baqa' kostanti matul l-aħħar snin li jista' jindika illi l-pazjenti ta' din il-marda dermatoloġika huma l-istess. Fil-fatt kienu 30 li bbenefikaw mill-Assistenza għall-Lebbra matul l-2015 u 28 fl-2016. Dan jindika wkoll li kien reġistrat tnaqqis minimu ta' persuna. Il-lebbra hija infezzjoni li ddum għal ħafna żmien tant li s-sintomi jistgħu jdumu ma joħorġu bejn ġames u 20 sena. Hija ikkawżata mill-batterja Mycobaterium leprae jew Mycrobacterium lepromatosis. Is-sintomi jinkludu infjammazzjoni tan-nervituri, il-pajp tan- nifs, il-ġilda u l-għajnejn. Fl-2012 madwar id- dinja in-numru ta' dawk bil-lebbra kienu jgħoddu l-190,000 meta sas-snin tmenin in-numru kien ilaħħaq il-5.2 miljuni. Il-marda, kuntrarjament għall-perċezzjoni komuni tista tkun ikkurata, fil- fatt xejn inqas minn 16-il miljun persuna ġew ikkurati mill-lebbra. Din il-marda hija komuni l-aktar fejn ikun hemm faqar assolut u nuqqas serju ta' iġene, fil-fatt minkejja li għadha teżisti f 'pajjiżna l-aktar li hija komuni l-lebbra huwa f 'pajjiżi bħall-Indja u pajjiżi tal- madwar kif ukoll fl-Afrika. Il-marda tinxtered l-aktar permezz ta' sogħla u għatis u mhux minn kuntatt sesswali.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 July 2017