Illum previous editions

illum 30 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/855208

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

11 Il-Ħadd 30 ta' Lulju 2017 | illum Aħbarijiet STOCK TAL-GVERN MALTA GOVERNMENT STOCKS (b'Offerti b'Irkant) Investiment Sod Ħruġ ta' €40,000,000 fil-Malta Government Stocks – B'Rata ta' Mgħax Fissa (soġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar sa massimu ta' €35,000,000) Stocks tal-Gvern ta' Malta B'Rata ta' Mgħax Fissa It-Teżor iħabbar il-ħruġ ta' €40,000,000 Stock tal-Gvern ta' Malta b'Rata ta' Mgħax Fissa soġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar sa massimu ta' €35,000,000, kif ġej: (i) 1.4% Stock tal-Gvern ta' Malta (It-Tielet Ħruġ) – Fungibility Issue li jimmatura fl-2023, u (ii) 1.5% Stock tal-Gvern ta' Malta (L-Ewwel Ħruġ) – Fungibility Issue li jimmatura fl-2027, jew (iii) F'ammonti miż-żewġ Stocks imsemmija f' (i) u (ii) b'valur nominali flimkien ta' € 40,000,000 L-applikazzjonijiet magħmulin f'offerti b'irkant għal minimu ta' €500,000 u multipli ta' €100,000 kull waħda jiftħu l-Erbgħa 2 ta' Awwissu, 2017 fit-8.30a.m. u jagħlqu f'nofsinhar tal-istess jum, jew aktar kmieni fid- diskrezzjoni tal-Accountant General. L-offerti fuq il-formoli preskritti għandhom jintbagħtu fuq fax 2596 7210 jew permezz ta' e-mail fl-indirizzi indikati fuq il-formola tal-applikazzjoni jew jintefgħu fil-Kaxxa tal-Offerti tat-Teżor, Floriana. Il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu mingħand il-Membri kollha tal-Borża ta' Malta u Provdituri ta' Servizzi ta' Investiment oħra awtorizzati, jew jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor, (www.treasury.gov.mt). GĦAL INVESTIMENT SOD U LIKWIDITA` FEJN L-IMGĦAX JITĦALLAS SA DAK IL-JUM LI L-ISTOCKS JINBIEGĦU SIGURTA` LIKWIDITA` IMGĦAX KULL SITT XHUR (Il-valur tal-investiment jista' jitla' jew jinżel sa meta jimmatura) Dipartiment tat-Teżor, Development House, Level 2-3, Triq Sant'Anna, Floriana, Malta. Adrian Delia jagħti palata tajba lix-xogħol ta' Claudio Grech fil-PN Adrian Delia jipproponi lista ta' inizjattivi favur in-negozji ż-żgħar u jesiġi li l-PN jerġa jsir il- partit tas-self employed "ILPN irid jerġa jsir il-partit naturali tas-self employed." Hekk qal Adrian Delia, kandidat għall-elezzjoni ta' Kap PN meta ndirizza l-ġurnalisti fi Triq Merkanti fil-Belt Valletta lbieraħ filgħodu. Delia ħabbar il-proposti tiegħu għas-settur tas- self employed, proposti li għandhom jibdew jitwetqu mill-Oppożizzjoni. "Ħu sodisfaċenti li minn partit li jobgħod lis-self employed il-Partit Laburista tgħallem tul is-snin li dam fl-oppożizzjoni u sar iżjed 'friendly' ma dan is-settur. Issa jmiss lilna li nerġaw insibu dak li dejjem kien jagħmilna l-partit tal-ħolqien ta l-opportunitajiet, il-partit li daħħal lil Malta fl-UE propju għaliex emmen fis-suq ħieles," qal Dr. Delia. Delia qal li d-dokument imħejji mid-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech tul il-leġiżlatura l-oħra kien wieħed eċċellenti, "li lanqas il-Gvern Laburista, bil- konsulenti kollha li impjega, ma kien kapaċi jagħmel wieħed bhalu. Jien nixtieq nibni fuq dak id-dokument u nżid iżjed proposti," sostna Delia, f 'dik li tidher illi hija palata tajba lil Claudio Grech, Deputat Nazzjonalista li kien mistenni li jitfa' ismu wkoll għal din it-tiġrija. Grech iddeċieda li dan ma jagħmlux u indika livell ta' skuntentizza bil-mod illi bih qed jitmexxa l-PN bħalissa. "Jekk ningħata l-privileġġ li nsir Kap tal-PN se nitlob immedjatament lill-fergħat li jirrappreżentaw dan is-settur biex flimkien iħejju pjan sabiex il-PN joħloq 'Business Clinic' - one-stop shop għal persuni self employed li għandhom diffikultajiet biex jimxu l-quddiem. Mill- Oppożizzjoni se nibdew nofru l-għajnuna u malli nkunu fil-Gvern noħolqu aġenzija speċifika għal dan-il għan," sostna Adrian Delia. Hu qal li rridu wkoll noħolqu 'Access Point' għal dawk is-self employed li għandhom bżonn aċċess għal pariri kif jieħdu soft- loans, ikunu tax-compliant, permessi tan-negozju u affarijiet oħra tekniċi li ġieli jxekklu persuni b'kapaċita li jiġġeneraw in-negozju iżda li jeħlu minħabba l-burokrazija żejda. "Flimkien ma l-assoċjazzjonijiet tan- negozju irridu nidentifikaw il-problemi u nagħtu vuċi kontra min qed joħnoq il- kompetizzjoni ġusta billi ma jonorax l-obbligi meħtieġa, bhal pereżempju dawk li jibiegħu online," qal Adrian Delia li għandu esperjenza vasta ta' 25 sena fil-qasam tal- liġi u tan-negozju. Proposta oħra hi li "noħolqu 'Data Bank' fejn dawk li jridu jkunu aġġornati dwar opportunitajiet u tibdil fil- qafas leġiżlattiv fejn jidħol in- negozju jkollhom aċċess dirett għal din l-informazzjoni kif ukoll opportunita li din tiġi spjegata lilhom fi kliem li jinftiehem minn kulħadd," qal Dr. Delia. Barra minhekk, irridu nfasslu programm biex ngħinu individwi li jixtiequ jibdew negozju ġdid u nagħtu għajnuna għal ħolqien ta' 'Start Ups' qal Dr. Delia. "Biex dawn il-proposti jseħħu mill-Oppożizzjoni il-PN jagħmel 'Out Reach Programme' biex dawk kollha li jridu jgħinu lill-partit joffru 'Assistance Buckets' ta' siegħat għad-dispożizzjoni tas-self employed li jfittxu l-għajnuna," qal Adrian Delia. Adrian Delia jindirizza lill- ġurmalisti l-Belt Valletta 'Irridu nifhmu s-soċjetà biex insiru aġenti tal-bidla' "SABIEX nassiguraw li l-Partit Nazzjonalista jkun tabilħaqq partit li jifhem l-aspirazzjonijiet tan-nies, l-ewwel irid jifhem is-soċjetà tagħna u l-bidliet li seħħew u qed iseħħu. Minn sitwazzjoni fejn il-PN kien aġent tal-bidla fl-aħħar snin sar spettatur passiv. Din jeħtieġ li tinbidel. Irridu nifhmu s-soċjetà biex insiru aġenti tal-bidla. Għalhekk, bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista u allura bħala Kap tal- Oppożizzjoni se nniedi, ftit wara li nkun elett Kap tal-PN, studju soċjoloġiku tas-soċjetà liema studju se jiffoka fuq dawn l-oqsma." Dan qalu l-kandidat għal Kap tal-PN Chris Said meta s-Sibt filgħodu ndirizza konferenza tal-aħbarijiet akkumpanjat minn persuni li jirrappreżentaw firxa wiesa' tas-soċjetà. Ix-Shadow Minister Chris Said qal li Kap tal-PN ikun ukoll Kap tal-Oppożizzjoni u Prim Ministru prospettiv, għalhekk li hu qed jispjega x'se tkun il- viżjoni tiegħu għal pajjiżna biex miegħu kulħadd ikun jaf fejn hu. Chris Said spjega kif l-istudju se jiffoka fuq il- familja; l-ħaddiema; l-kwalità tal-ħajja; ledukazzjoni u l-komunikazzjoni fost oħrajn. Dan l-istudju se nikkummissjonah biex isir minn esperti fil-qasam tas- soċjoloġija, l-ekonomija, l-istudju demografiku, kif ukoll rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, min iħaddem, il-ħaddiema u l-NGOs. Bħala Kap tal-PN u Kap tal-Oppożizzjoni rrid li l-PN jerġa' jsir aġent mhux spettatur tal-bidliet soċjali f 'pajjiżna, qal Chris Said.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 July 2017