Illum previous editions

illum 30 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/855208

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

Aħbarijiet 10 illum | Il-Ħadd 30 ta' Lulju 2017 Il-GRTU se titlob għal preżenza konstanti tal-Pulizija f 'PV Sid jappella biex jitneħħa r-rekwiżit ta' 5 snin esperjenza għal bouncers Tkompli minn paġna 1 Il- kummenti ta' Fenech u Grima mal-ILLUM jiġu hekk kif din il-ġimgħa l-midja Maltija reġgħet 'xegħlet' bl-attakk mill- aktar salvaġġ li sar fuq tnejn minn nies li ma tħallewx jidħlu f 'gentleman's club partikolari. Il-filmat li ġie mxerred fuq is- sit tvm.com.mt qajjem għagħa, b'bosta jistaqsu dwar is-sigurtà f 'din iż-żona ta' divertiment. Mal-ILLUM Fenech ikkonferma iżda li se jkunu għaddejjin diskussjonijiet bejn il-GRTU u l-Ministru l-ġdid li se jmexxi dan id-dekasteru, Michael Farrugia, biex ikun hemm immaniġġjar suret in-nies ta' kif jopera Paceville "mhux management by crisis". Mistoqsijiet ta' din il-gazzetta lill-Ministru Abela, dwar fejn kien wasal il-proċess ta' taħriġ u reġistrazzjoni tal- bouncers li kien wiegħed, sa meta kien għadu Ministru hu b'dan il-portafoll baqgħu ma twieġbux sakemm morna għall-publikazzjoni. Fenech jisħaq mal-ILLUM illi huwa dejjem ħażin li bouncer juża forza eċċessiva, "imma wieħed irid jifhem ukoll illi inti għandek bżonn li jkollok lill-Pulizija li jkunu lesti. Tifhimnix ħażin," jisħaq Fenech, "mhux qed ngħid li l-Pulizija mhix tagħmel xogħolha sew, imma li hemm bżonn li jkollok struttura f 'postha għal Paceville bi preżenza kostanti ta' pulizija għax dak li ma jiġrix is-Sibt jista' jiġri kwalunkwe ġurnata oħra." Fenech jipproponi li jkun hemm sorveljanza 24 siegħa kuljum, xi ħaġa li jaqbel magħha wkoll Grima. Dan tal- aħħar sostna li s-sitwazzjoni f 'Paceville, "jeħtieġ tinbidel, hemm bżonn li jkollna kamera ta' sorveljanza (CCTV) 24 siegħa kuljum, li tkun qed tiġi segwita minn nies apposta. U jekk jinqala inċident tkun imsejħa l-Pulizija mill-ewwel." Grima jappella għal żewġ affarijiet fir-rigward tal- bouncers li jaħdmu f 'stabbilimenti f 'Paceville. L-ewwel li hemm bżonn li jsiru korsijiet u jingħata taħriġ suret in-nies lill-bouncers, u t-tieni u fl-istess ħin mat-taħriġ, li jitneħħa r-rekwiżit ta' ħames snin esperjenza biex persuna ssir bouncer. Grima sostna ma' din il-gazzetta illi b'dan ir-rekwiżit, is-sidien qed isibuha diffiċli jekk mhux kważi impossibbli li jimpjegaw bouncer, jekk mhux xi ħadd li ma jkollux esperjenza u allura mhux skont il-liġi. Fenech, li huwa proprjetarju huwa wkoll ta' stabbiliment f 'Paceville jfakkar li din iż-żona hija waħda ta' divertiment u li bħal kull post tad-divertiment fejn ikun hemm ammont kbir ta' nies u ammont ta' xorb ikkunsmat huwa impossibbli li tipprevjeni milli qatt ikun hemm inċident. "Għalhekk jeħtieġ li jkun hemm struttura f 'postha, biex il-bouncers jieħdu ħsieb dak li huwa tal-istabbiliment u jikkontrollaw is-sitwazzjoni fl-istabbiliment, filwaqt li l-Pulizija jieħdu s-sitwazzjoni f 'idejhom meta din tispiċċa fit-triq." Għal dan il-għan il-GRTU mistennija tiltaqa' mal- Ministru Farrugia biex tiddiskuti l-bżonn ta' mmaniġġjar "totali" taż- żona, preżenza kostanti ta' pulizija u sistemi ta' sorveljanza. Lura fl-2015 il-Ministru, dak iż-żmien Carmelo Abela kien sostna li, "wieħed ma jistax ma jqanqalx il-kwistjoni ta' dawk li jissejħu bouncers u kemm dawn huma mħarrġin u għandhom għarfien li jgħinu f 'każ ta' xi emerġenza li tista' tinqala', kif fil-fatt seħħ fil-weekend li għadda. Inħoss għalhekk li mhux biss għandu jsir eżerċizzju mill-pulizija li jaraw li kull min qed jagħmel dan it-tip ta' xogħol ikun irreġistrat kif suppost, iżda li flimkien ma' awtoritajiet oħra jaraw x'rekwiżiti għandu jkollhom u li jkunu obbligati li jilħqu, wara li jingħataw it-taħriġ...Fis-snin li għaddew Paceville kien il-post fejn seħħew diversi inċidenti. Dejjem ikun hemm għagħa fil-midja, iżda wara ftit jintesa kollox u ma jinbidel xejn jew ftit li xejn. Nassigurakom mill- impenn tiegħi li din id-darba ma jiġrix l-istess." Mhux l-ewwel darba... L-inċident li seħħ din il-ġimgħa la kien l-ewwel u mhux se jkun l-aħħar, imma l-preżenza jew in-nuqqas tagħha f 'din il-lokalità frekwentata minn eluf ta' żgħażagħ kull ġimgħa, speċjalment bħalissa fix-xhur tas-sajf, dejjem kienet xi ftit ta' uġigħ ta' ras. Lura fl-20 ta' settembru 2015 uffiċjali għolja fil-Korp tal- Pulizija kienu spjegaw kif waqt attakk li Libjan kien wettaq permezz ta' mus, kien hemm biss erba' pulizija preżenti f 'Paceville. Wara kellhom jissejħu l-Pulizija minn distretti oħrajn. Aktar qawwija kienet il- kritika mis-sorsi tagħna qrib il-Korp tal-Pulizija f 'rapport ieħor nhar it-22 ta' Novembru 2015. Meta mistoqsi dwar pjan ta' kontinġenza wieġbu lil din il-gazzetta retorikament "pjan ta' kontinġenza? Xi pjan hu dan? Biex ikollok pjan ta' kontinġenza jeħtieġ li jkollok pulizija li huma mħarrġin sew u lesti biex jilqgħu għall-isfidi li jiffaċċjaw f 'Paceville. Bħalissa, filli jkollok pulizija stazzjonat il-Ħamrun u l-għada jistazzjonawh Paceville. Dak il-pjan ta' kontinġenza?" sistemi ta' sorveljanza. €1.00 Nr 466 • 20 ta' Settembru 2015 www.illum.com.mt NEWSPAPER POST Fil-qalba tal-isfidi tal-futbol Taljan Ara intervista mal-President tal-FIGC, Carlo Tavecchio f 'paġni 38 u 39 Erba' pulizija biss waqt il-ħin tal-attakk DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt UFFIĊJALI għolja fi ħdan il-Korp tal-Pulizija qalu li dak il-ħin li ġara l-inċident f 'Paceville fejn diversi nies sfaw feruti minn Libjan armat b'mus, kien hemm biss erba' uffiċjali tal- pulizija għassa mad-distrett kollu, liema distrett ikopri San Ġiljan u Paceville. Fil-fatt, il-gazzetta ILLUM hija infurmata li fil-ħin tal-attakk li seħħ fis-sigħat bikrin ta' nhar il-Ħadd 13 ta' Settembru, kellha saħansitra tissejjaħ l-għajnuna ta' uffiċjali tal-pulizija li kienu stazzjonati fit-Tramuntana ta' Malta, fosthom dawk li kienu fuq xogħol l-Għadira. Madankollu, f 'imejl mibgħuta mit-Taqsima tal- Komunikazzjoni tal-Pulizija, ntqal li matul dak il-lejl, u mhux speċifikament waqt il-ħin tal-attakk, kien hemm b'kollox tmien pulizija. Huma spjegaw ukoll li r-raġuni għalfejn in-numru ta' pulizija stazzjonati Paceville kien żgħir minħabba impenji oħrajn f 'partijiet oħra tal- pajjiż. Ma' dan il-ġurnal, bosta uffiċjali tal-pulizija sostnew li l-inċident tal-ġimgħa l-oħra jixhed stampa ċara tan- nuqqas ta' pulizija li hemm Paceville, xi ħaġa li sostnieha wkoll is-sindku ta' San Ġiljan Karl Gouder li mal-ILLUM spjega kif ir-riżorsi tal- pulizija fil-lokal ilhom għal bosta snin jiġu mġebbda, u li ma jistgħux ikopru man- numru ta' inċidenti li jseħħu ta' kuljum. Tkompli f 'paġna 3 Nħallsek bil-ħwejjeġ "MA nistax inħallaslek il-paga kollha bi flus, aqbad erba' flokkijiet u ħu lilhom minflok." Jidher li dan it-tip ta' "ħlas" huwa wieħed mill-prattiċi riċenti li xi impjegati qed ikollhom jiffaċċjaw fejn numru, anke jekk żgħir, ta' employers qed iħallsu parti mill-paga tal-ħaddiema bi prodotti li jinbiegħu fil-ħanut stess. Dan jiżvelah is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Tony Zarb f 'intervista li qed tidher f 'paġni 16 u 17 ta' din il-gazzetta, fejn jagħti wkoll numru ta' eżempji oħrajn ta' kundizzjonijiet tax- xogħol prekarji. Fost dawn huwa jsemmi każi ta' skrivani li qed jintalbu jħallsu għall-uniformi tagħhom u postijiet tax-xogħol fejn qed tittieħed €20 minn kull paga biex tkopri ħsarat u spejjeż relatati mal-kompjuters tal- impjegat. Zarb isemmi kif fil-qasam tas- sigurtà, hemm ukoll diskrepanzi fil-paga hekk kif persuna li tmur għassa ma' post tal-Gvern titħallas tant u persuna li tmur għassa ma' kumpanija privata titħallas inqas. Ara paġna 11 Lejn rebħa li se tintesa' malajr il-ħin tal-attakk 'Jien ma nemminx fil-multikulturaliżmu' Frank Portelli jgħid li jekk il-Kunsillieri tal-PN iridu li l-partit jirbaħ jeħtieġ jivvutaw lil patrijott Minn Albert Gauci Cunningham FLEWWEL dehra tiegħu, fil-kampanja għall-kariga ta' kap tal- PN, waqt il-programm Dissett il-Kandidat għat- tmexxija tal-PN Frank Portelli qal illi jekk il- Kunsillieri tal-PN iridu li l-partit jirbaħ jeħtieġu jeleġġu 'patrijott', filwaqt li asserixxa li jekk hu jkun elett Kap u eventwalment PM lil 80% tal-immigranti jibgħathom lura pajjiżhom għax huma immigranti ekonomiċi, mhux refuġjati. "Ripatrijazzjoni, ripatrijazzjoni," sostna Portelli filwaqt li qal li hu ma jemminx fil- multikulturaliżmu. F'referenza għall-inċident li seħħ f 'Buġibba matul din il-ġimgħa fejn numru ta' rġiel ġew fl-idejn huwa qal li wħud minn dawk li qed jiġu pajjiżna "qed iġibu l-gwerer tagħhom hawnhekk." Intant, dwar il-vot li rrigwarda Żwieġ Ugwali Portelli qal li "Joseph Muscat mhux vera favur il-gays, lill-gays qed jużahom bħala karta politika."Intant mistoqsi dwar il-proġett tal-Isptar Mater Dei, Portelli qal li l-kumpanija Skanska għamlu l-bużullotti u li serquna, filwaqt li sostna li l-każ tal-konkos tal- Mater Dei juri kif dak li kien qal hu dwar dan il-proġett, meta implika li saret il-korruzzjoni, kien korrett. Ara paġni 1u 6 Phillip Fenech Mark Grima

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 July 2017