Illum previous editions

illum 30 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/855208

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 30 ta' Lulju 2017 | illum Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt It-tensjonijiet fostna I l-kwalità tal-ħajja hija mkejla b'diversi modi. Hija mkejla mill-us l-but, mill-proprjetà li tgħix ha, mill-familja, mill-kuntentizza, miċ-ċirku ta' ħbieb, l-auenza u mill- kundenza k innifsek kif ukoll mis-sens ta' sigurtà k innisfek u anke lil hinn. Jiġieri l-ġid personali huwa importanti imma mhux biss. Pajjiż illi fih tibża' toħroġ f 'ċerti ħinijiet jew fejn hemm tensjonijiet soċjali u razzjali qawwijin, mhux qed joffri ambjent idoneu biex il- kwalità ta' ħajja tal-poplu tkun għolja. Pajjiż illi fih jibdew jinbtu l-ghettos, mhux wieħed illi fih qed togħla l-kwalità tal-ħajja. Mhux qed ngħidu li Malta hija jew saret dan il-pajjiż. Qed infakkru biss dan fid- dawl ta' numru ta' inċidenti wħud ippubblikati fuq il-midja u oħrajn le, li qed iseħħu f 'pajjiżna bħalissa. Minkejja li għall-grazzja t'Alla Malta għadu pajjiż relattivament sigur ma nistgħux nippretendu li dan se jibqa' hekk għal dejjem. Il-ġlieda fil-pjazza ta' Buġibba miġbuda fuq filmat u mxandra fuq is-sit elettroniku tax-xandir nazzjonali, tista' tkun sinjal ta' xi ħaġa ikbar. Tista' tkun sinjal ta' tensjonijiet bejn nazzjonalitajiet differenti li mhux qed tkun ikkunsidrata jew eżaminata biżżejjed. Illum m'għadux il-Malti razzist kontra l-Afrikan jew l-Għarbi, jew għallinqas mhux neċessarjament. Illum għandna sitwazzjoni ta' tensjonijiet reali bejn il- barrani razzist kontra barrani ieħor. Illum qed inħarsu lejn saffi differenti ta' persuni barranin, uħud aċċettati oħrajn inqas u oħrajn riġettati mis-soċjetà li qed jgħixu ħdejn xulxin u ma jridux. Għandek gruppi ta' nies mill- Ewropa tal-Lvant li ma jħarsu xejn pożittiv lejn persuni mill- Afrika ta' Fuq, pereżempju. Żid dan il-fatt ma' dħul miżerabbli u prekarju, nuqqas ta' sodisfazzjon bil-ħajja u livelli għoljin ta' alkoħol, u xi jkollok? Ġlied, diżordni u ġungla. L-eluf ta' Maltin li jgħixu f 'ċerti nħawi f 'Buġibba jistgħu jixhdu kif Malti/ija li tgħaddi minn ħdejn jew tidħol ġo bar mimli b'persuni Afrikani ftit jew qatt ma tkun fastidjata. Fil-fatt iktar għandha ċans tkun fastidjata jekk tgħaddi jew tidħol fi stabbiliment mimli Maltin. Imma mbagħad x'għandek f 'dak l-istess bar b'persuni Afrikani? Għandek min ġej mil-Lvant tal-Afrika, oħrajn ġejjin mill-Punent, għandek nisa u rġiel u għandek ħafna alkoħol li lura fil-pajjiż minn fejn joriġinaw huwa skars. U aħna anke hawn, bejn il-Maltin u l-Għawdxin jeżistu d-differenzi, aħseb u ara bejn pajjiż u ieħor fl-Afrika eluf ta' mili 'l bogħod. L-'Afrikani' huma omoġeni daqs l-Ewropej, f 'kelma oħra kull nazzjon huwa separat u l-popli huma differenti u allura huwa minn ewl id-dinja li meta jkollok għexieren ta' nies minn kulturi differenti, b'użanzi differenti u forsi i preġudizzji kontra xulxin, f 'post wieħed, b'ħafna xorb se jinqala' ċertu ammont ta' inkwiet u tensjoni. Għalfejn qed ngħidu dan? Qed ngħidu dan, għax din il-kwistjoni ta' sigurtà u ta' gruppi differenti ta' barranin jgħixu f 'pajjiżna hija ħafna iktar kumplessa milli naħsbu. Hija ħafna iktar kumplessa minn argumenti b'soluzzjonijiet simplistiċi bħal dik li offra Frank Portelli nhar il-Ġimgħa fuq Dissett, meta ssuġerixxa li nkeċċu 80% ta' dawk il-persuni barra l-UE li ġew Malta jfittxu x-xogħol. Biex ma nħallux tensjonijiet jiżdiedu huwa importanti, mhux biss li nżidu l-Pulizija u s-CCTV madwar it-toroq. Jeħtieġ nibdew billi nifhmu minn fejn ġejjin dawn it- tensjonijiet u x'inhi l-kawża tagħhom. Jeħtieġ imbagħad li l-istat jagħti dinjità lil dawk kollha li qegħdin f 'pajjiżna u li għandhom dritt ikunu hawn, jeħtieġ li kull min qiegħed pajjiżna u jingħata d-dinjità jħallas l-obbligi tiegħu lejn l-istat. Jekk Malti jaqla' €7 fis-siegħa u minnhom iħallas 50ċ taxxa, il-barrani irid jagħmel l-istess. Min-naħa l-oħra, il-Pulizija jeħtieġ tidentifika dawk iż- żoni u anke dawk il-persuni fejn kontinwament qed jinħolqu dawn it-tensjonijiet. Ma' dawk li darba, darbtejn, tlieta jibqgħu jisfidaw, l-id tal-ħadid tal-ġustizzja jeħtieġ tinżel b'qawwa kbira. Dan kollu jeħtieġ jintrabat mal-edukazzjoni kontinwa fl-iskejjel u lil hinn biex il- pajjiż ikattar l-għarfien lejn dak li hu divers u differenti. Jeħtieġ li l-esperiment ta' suċċess permezz tal-iskola ta' San Pawl il-Baħar kemm jista' jkun jiġi ripetut u replikat madwar il-pajjiż. Li tinstiga n-nirien billi tippunta subgħajk lejn 'il-barranin' u tappella biex jitkeċċew hija soluzzjoni li fil-fatt ma ssolvi xejn, għax illum tfajt lil dak 'il barra u għada jidħol l-ieħor. Dan biex ma nsemmux li hemm qafas ta' liġijiet u drittijiet internazzjonali tal-bniedem ma jistgħux jinkisru u jitgħawġu. L-aħjar soluzzjoni, nemmnu aħna, għalhekk hija mibnija fuq 1) – l-identifikazzjoni, 2) – kontrolli, infurzar u pieni ħorox u 3) – edukazzjoni kontinwa li tiċċelebra d-diversità. Ma jfissirx li mhux se jkun hemm tensjonijiet, ma jfissirx li xeni bħal dawk li rajna din il-ġimgħa f 'Buġibba mhux se jseħħu. Ifisser imma li minflok tlablib li jipperpetwa l-injoranza u l-mibgħeda razzjali, inkunu qed nibdew nifhmu u nsolvu parti mill- isfida. Editur: Albert Gauci Cunningham 21

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 July 2017