Illum previous editions

illum 30 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/855208

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Il-Ħadd 30 ta' Lulju 2017 24 L-Oroskopju Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Issa li beda ż-żodijaku ta' Leo, għal din il-ġimgħa hemm il-possibilità li tinħall minn din ir-ras iebsa meta ser ikun hemm suġġeriment li se jġiegħlek taħseb li wasal iż-żmien li tibdel l-istilel ta' madwarek. Ipprova Twebbisx rasek għax din il-bidla hija bżonjuża kemm għal dak li hemm ġej għalik fil-ġimgħat li ġejjin kif ukoll biex tagħraf trattab l-ebusija ta' rasek biex timxi aħjar u hekk tibda tħossok aktar komda. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li se toffrilek sens ta' sigurtà din il-ġimgħa ġejja minn Gemini Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Issa li beda ż-żodijaku ta' Leo, dan ser joffrilek responsabbilità ġdida u int taf tibda taqta' qalbek imma dan m'għandux ikun il-każ. Anzi din is- sitwazzjoni ser tagħmlek persuna aktar matura u ddixxiplinata. Din l-esperjenza se tagħtik nifs ġdid u bis-saħħa tagħha sejra tlaqqgħek ma' persuni b'ideat friski bi probbabilità ta' pjanijiet ġodda. Biss trid tagħraf li tkun imġejji sew għal dan u tagħraf temmen fil-kapaċitajiet tiegħek. Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li se toffrilek sens ta' sigurtà din il-ġimgħa ġejja minn Cancer Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Issa li beda ż-żodijaku ta' Leo, bħal qisek ser tħoss rabja ġewwa fik meta ssir taf li persuna madwarek se tkun weġġgħatek. Bħalissa l-ħsibijiet ta' tpattija u vendetta qegħdin fil-quċċata tal-ħsibijiet tiegħek imma l-parir hu biex kemm tista' żżomm il-kalma u tagħmel l-ebda azzjoni. Prova tgħallem mill-esperjenza ħalli ma terġax tirrepeti ruħha. Il-ħażin m'għandux jitpatta b'ieħor. Agħraf aktar minn issa 'l quddiem. Kuluri favoriti ma' Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li se toffrilek sens ta' sigurtà din il-ġimgħa ġejja minn Leo Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Issa li beda ż-żodijaku ta' Leo, qiegħed tħoss il- pożizzjoni finanzjarja tiegħek sejra ħażin u dan qiegħed joħloq ċertu pressjoni madwarek. Imma jekk int minn issa tagħraf tagħmel forma ta' pjan sabiex tibda tikkontrolla l-infieq tiegħek, dan se jkun ta' gwadann fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin. Dejjem nitgħallmu minn ċertu żbalji u grazzi għal dan il-pjan se tkun tista' tikkalkula aħjar. Kuluri favoriti ma' Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li se toffrilek sens ta' sigurtà din il-ġimgħa ġejja minn Virgo Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Issa li beda ż-żodijaku ta' Leo, il-pressjoni ta' madwarek qiegħda toħloqlok stress. Ipprova bbilanċja kollox. Dan il-mument kważi deċiż għall- kumplament ta' din is-sena huwa importanti li toħroġ bil-qawwa kollha possibbli. Għalkemm in-nies ta' madwarek mhumiex jaraw li ħa jirnexxielek dan il-pass kbir li se tagħmel. Ibqa' żgur li se tħalli lil kulħadd sorpriż b'dak li se tagħmel. Kompli aqdef avolja l-kurrenti kollha kontrik. Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li se toffrilek sens ta' sigurtà din il-ġimgħa ġejja minn Libra Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Issa li beda ż-żodijaku ta' Leo , ħsieb li qed idur madwarek jekk hux minnu li l-pożizzjoni fl- imħabba hix waħda korretta jew inkella hemm xi ħaġa ħażina għaddejja. Dan ħa tkun tafu fil-ġimgħat li ġejjin. Int żomm kawt u osserva dejjem ħalli tkun tista' tanalizza dak kollu li hu għaddej sabiex tkun tista' tagħraf eżatt x'inhi s-sitwazzjoni ta' madwarek ħalli kif jgħidu ż-żejt sa fl-aħħar jitla' f 'wiċċ l-ilma u l-verità tkun taf aħjar. Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li se toffrilek sens ta' sigurtà din il-ġimgħa ġejja minn Scorpio Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Issa li beda ż-żodijaku ta' Leo, problema li qiegħed tiffaċċja min għalik li mhux se jirnexxielek tegħlibha imma dan mhux minnu. Huwa vera li kollox għandu ż-żmien tiegħu imma din il-fażi li sejjer toħroġ minnha basta li timxi b'moħħok u mhux b'qalbek. Tajjeb li tagħraf li għalkemm inti tħobb timxi waħdek jista' jkun li wasal iż-żmien li tieħu forma ta' parir li dan jaf ikun ta' forma ta' gwida f 'din il-fażi u b'hekk issaħħaħ aktar l-abbiltà li għandek bżonn bħalissa. Kuluri favoriti ma' Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li se toffrilek sens ta' sigurtà din il-ġimgħa ġejja minn Sagittarius Leo huma magħrufin kemm huma nies umli Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Issa li beda ż-żodijaku ta' Leo, aħbar li ilek tant tistenna u forsi kkaġunatlek xi ftit stress, daqt tirċiviha u minn din l-aħbar int tkun tista' tibda tippjana dak li kellek f 'moħħok. Ma' dan ukoll persuna li kont ilek ma tiltaqa' magħha se Titfaċċa u din taf tagħtik forma ta' parir li jaf jikkombina ma' dan kollu li int tkun qed tippjana. Għalhekk issa hu l-mument tiegħek u tgħaġġilx għax kif jgħid il-Malti, qattusa għaġġelija frieħ għomja tagħmel. Kuluri favoriti ma' Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li se toffrilek sens ta' sigurtà din il-ġimgħa ġejja minn Capricorn Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Issa li beda ż-żodijaku ta' Leo, dan sejjer iġiblek pjan ta' investiment tajjeb li int kont ilek tħejji għalih u dan ser ikun ta' spint f 'dak li tagħmel. Irid isir kemm pjan tajjeb u teħid ta' parir tajjeb finanzjarjament tajjeb ukoll ħalli mhux jinqala' xi ħaġa u teħel. Ħaġa marbuta ma' dan hija li wasal iż-żmien li tibda tanalizza aktar is- sitwazzjonijiet waħdek u ma ddaħħal lil ħadd madwarek sabiex dan ikun biss sodisfazzjon tiegħek. Kuluri favoriti ma' Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li se toffrilek sens ta' sigurtà din il-ġimgħa ġejja minn Aquarius Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Issa li beda ż-żodijaku ta' Leo, dan ser ilaqqgħek ma' persuna li kienet viċin tiegħek imma minħabba dak li kien inqala' kontu nfridtu. Issa reġa' wasal iż- żmien li din is-sitwazzjoni tissewwa u titranġa u din taf tkun opportunità tajba għalik. Wasal il-mument li din il-ferita tkun imfejqa ħalli int wara li dan se tagħraf kemm kien utli li dan sar sabiex int tkompli miexi aktar 'il quddiem f 'dak li huwa utli għalik. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li se toffrilek sens ta' sigurtà din il-ġimgħa ġejja minn Pisces Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom Sagittarius mill-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru Issa li beda ż-żodijaku ta' Leo, dan se joħloq ftit ta' tensjoni madwarek. Din se tibqa' għaddejja għal ftit taż-żmien mhux ħażin u dan jaf joħloq ftit tal- pressjoni madwarek. Minħabba f 'hekk jaqbel li inti tieħu ftit ħin għall-mistrieħ u forsi tibda tmur il-gym jew tibda timxi ħalli int toħloq attività madwarek ħalli sa kemm jgħaddi dan il-proċess int tkun medi b'affarijiet li tħobb tagħmel. Dan kollu għandu jgħaddi sa żmien għaxart ijiem oħra. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li se toffrilek sens ta' sigurtà din il-ġimgħa ġejja minn Aries Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Issa li beda ż-żodijaku ta' Leo, dan se joffrilek laqgħa ma' persuna biex tipproponilek opportunità. Trid tagħraf is-sagrifiċju li trid tagħmel sabiex int tkun tista' twettaq din l-opportunità li ġiet offruta lilek. Trid tagħraf ukoll li minħabba f 'hekk trid tagħraf iżżomm bilanċ ukoll fl- imħabba tiegħek għalhekk int għandek tpoġġi bilqiegħda u tagħmel analiżi profonda ta' din l-opportunità ħalli meta tidħol is-sitwazzjoni tkun kapaċi tagħraf iżżomm il-bilanċ meħtieġ. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li se toffrilek sens ta' sigurtà din il-ġimgħa ġejja minn Taurus Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom L-Oroskopju PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal- oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit- Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' żżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste. Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Imwassal lilkom minn PaulJon Kummenti ta' 7 qarrejja 1. Nicole Sammut minn San Ġiljan: PaulJon għandek paġna verament informattiva. L-oroskopju kont narah bla sens, imma kemm ili naqra l-oroskopju tieghek bdejt ninduna kemm twassal messaġġ dirett, ġennint lili u lil sħabi. Għandi kurżità kbira kif tagħmlu għax dejjem tajjeb. Proset 2. Svetlana Portelli mir-Rabat: PaulJon jien persuna li nsegwi l-oroskopji mill-internet għax qatt ma nsegwi lokali, rajt update tiegħek fuq facebook u mort nixtri l-gazzetta 'Illum' dan kien f'Marzu u bqajt insegwik. Tal-ġenn. L-oroskopju li tikteb vera fi h x'tagħrbel. Proset Pj. 3. AnnMarie Callejja mill-Mosta: PaulJon jien qatt ma kont xtrajt l-'Illum' sinċerament. Konna fuq il-vapur t'Għawdex u l-partner xtara l-gazzetti li sab u fosthom kien hemm l-'Illum' u malli wasalt fi l paġna tiegħek bqajt sorpriza bl-oroskopju ferm dettaljat. Nistennik kull nhar ta' Ħadd. Tassew nixtieq niltaqa' miegħek PaulJon. 4. Eliza Sultana min-Nadur: PaulJon jien inħobb insegwi l-oros- kopju imma meta xhur ilu ħabiba tatni l-paġna tiegħek inġbidt bla mistenni lejn din il-paġna. Għandek paġna interessanti. Ħabiba tiegħi qaltli li kont tikteb ir-rakkonti, għaliex m'għadekx? Mistgħaġbin kemm kellek rakkonti bis-sens. Proset PaulJon. 5. Marlene Farrugia miż-Żurrieq: PaulJon jekk f'Malta hawn bosta oroskopji, iżda tiegħek huwa l-aqwa oroskopju li hawn. Vera jixraqlek tingħata għarfi en għal din il-paġna tassew mimlija b'informazzjoni, però jispikka dan l-oroskopju li nista' ngħidlek li kulħadd jitkellem kif ta' kull ġimgħa jirnexxilek twasslu. Proset PaulJon. 6. Jessie Micallef minn Marsascala: PaulJon jien naħseb ili nsegwik aktar minn sena, għandek biex tkun kburi f'din il-kitba ta' dan l- oroskopju, min jifhem sew dwar l-oroskopju jaf li dan l-oroskopju li ta' kull ġimgħa qed twassal int fi h xi ħaġa differenti. PaulJon kapaċi mill-kitba tiegħek twassal messaġġ dirett. Proset 7. Margaret Cardona minn Birkirkara: PaulJon naħseb li jekk dan l-oroskopju mhux l-aktar wieħed miktub tant f'dettall imma żgur wieħed mill-aqwa. Kull ġimgħa għandek oroskopju informattiv, oroskopju dettaljat, oroskopju li verament joffrilek gwida, nam- mirak ta' vera, nixtieq niltaqa' miegħek. Proset PaulJon Dawn is-7 qarrejja rebħu l-gazzetta ILLUM għal xahar b'xejn bil- posta inkluża Ibagħtu l-kummenti tagħkom b'email lil pauljon.aquilina13@gmail. com u kull xahar jintgħażlu l-aħjar 7 kummenti. Il-ktieb li dan is-sajf trit taqra: 7 Rakkonti veri, imwassla kollha minn nies li esperjenzaw il- paranormali. Skont ta' 25% min jordnah mill-paġna. Book Mark speċjali mal-ktieb b'xejn ILLUM b'xejn mal-ktieb u delivery għal kullimkien b'xejn Ċempel fuq 99013600 sabiex tordna kopja.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 July 2017