Illum previous editions

illum 30 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/855208

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 30 ta' Lulju 2017 | illum Sports 33 tal-futbol internazzjonali... KASPER DOLBERG U DOMENICO BERARDI - Real Madrid qed ifittxu li jakkwistaw lill-attakkant ta' Ajax Kasper Dolberg u lill-attakkant ta' Sassuolo Domenico Berardi dejjem jekk jonqsu milli jiffirmaw lill-istilla ta' Monaco Kylian Mbappe. Iċ-champions Ewropej qed ifittxu li jakkwistaw attakkant ġdid wara li Alvaro Morata ħalliehom biex jingħaqad ma' Chelsea u qed iqisu lil dawn iż-żewġ plejers bħala possibiltajiet attraenti għad-dipartiment offensiv tagħhom li dejjem kien wieħed ta' ċertu klassi. ARTURO VIDAL - Manchester United xeħtu ħarsithom fuq il-plejer ta' Bayern Munich Arturo Vidal hekk kif jinsabu fl-aqwa tat-tfittxija tagħhom għall-midfielder ġdid. Jidher li r-Red Devils se jkun qed ifallielhom it-tragward ta' Nemanja Matic u Eric Dier u qed jittamaw bis-sħiħ biex jipperswadu lil Vidal biex jingħaqad magħhom u mhux ma' Inter. PHILIPPE COUTINHO - Barcelona se jkunu qed jagħmlu offerta ta' €80 miljun għal Philippe Coutinho wara li Liverpool irrifjutaw l-ewwel offerta tagħhom. Għalkemm ir-Reds saħqu li dan il-player mhux se jkun disponibbli biex jinbiegħ għall-ebda somma offruta, il-Katalani se jkunu qed itejbu s-somma minn dik ta' €72 miljun li kienet rifjutata. ANTONIO CANDREVA - Chelsea talbu informazzjoni lil Inter rigward l-akkwist potenzjali tal-winger Antonio Candreva. Il-manager tal-Blues Antonio Conte qed ifittex li joħloq kompetizzjoni għall-players li jimmilitaw mal-ewwel 11 tat-tim tiegħu u qed jara lill-plejer internazzjonali Taljan Antonio Candreva bħala plejer ideali. KYLIAN MBAPPE - Real Madrid offrew lil Karim Benzema bħala parti minn trasferiment biex jiffirmaw lill-attakkant ta' Monaco Kylian Mbappe. Il-Los Blancos qed jersqu iktar viċin li jilħqu ftehim għal dan il-plejer internazzjonali Franċiż, b'Benzema qed jiġi kkunsidrat bħala parti waħda minn dan it-trasferiment biex jiġi mmaterjalizzat. FERNANDO LLORENTE - Għalkemm għadhom kemm laħqu ftehim biex jiffirmaw lill-Ispanjol Alvaro Morata, huwa mifhum li Chelsea xeħtu ħarsithom fuq attakkant Spanjol ieħor - din id-darba l-attakkant ta' Swansea City Fernando Llorente. Antonio Conte jixtieq ħafna li dan il-player jingħaqad mal-Blues hekk kif huwa ammiratur kbir tiegħu wara li diġà kkowċjah fil-passat riċenti ma' Juventus. NABY KEITA - Liverpool jidhru li laħqu ftehim ma' RB Leipzig għal somma ta' madwar €75 miljun ma' RB Leipzig biex jakkwistaw lil Naby Keita. Leipzig jinsabu determinati biex iżommu lil dan il-plejer meqjus fost l-aqwa li għandhom, wara li diġà rrifjuta żewġ offerti mingħand ir-Reds. Madankollu, rapporti qed jisdikaw li l-Ġermaniżi aċċettaw it-tielet offerta mingħand Liverpool għal dan il-plejer, u jinsabu lesti li jbiegħuh lit- tim immexxi mill-manager Ġermaniż Jurgen Klopp. PAULO DYBALA -Paulo Dybala qed jitqies bħala t-tragward numru 1 għal Barcelona biex jieħu post Neymar dejjem jekk dan tal-aħħar jingħaqad ma' PSG, iżda huma jistgħu iħallsu madwar €120 miljun għalih. Neymar jista' jingħaqad mal-ġganti Franċiżi hekk kif huma jidhru li jinsabu f 'pożizzjoni li jonoraw l-klawżola tar-release tiegħu li tammonta għal €222 miljun. ALEX OXLADE-CHAMBERLAIN - Chelsea qed jippjanaw taħdidiet biex jagħmlu offerta għall-player ta' Arsenal Alex Oxlade-Chamberlain. Dan il-plejer internazzjonali Ingliż irrifjuta offerta ġdida fl- Emirates Stadium, u b'hekk Chelsea mistennija japprofittaw minn dan il-fatt u jagħmlu offerta uffiċjali għal dan il-plejer.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 July 2017