Illum previous editions

illum 30 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/855208

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 30 ta' Lulju 2017 Tkompli minn paġna 1 L-erba' kandidati li qed jimmiraw li jkunu kap tal- Partit Nazzjonalista qalu tagħhom fuq diversi oqsma li beħsiebhom jindirizzaw jekk ikunu eletti fil-kariga. Suġġett li wieħed mill- kandidati, ċioè Frank Portelli spiss kien voċiferu dwaru huwa l-immigrazzjoni u fil- fatt, nhar il-Ġimgħa li għadda waqt il-programm Dissett qal li huwa kontra l-multikulturaliżmu f 'pajjiżna u sostna li 80% tal-immigranti għandhom jintbagħtu lura lejn pajjiżhom. Ir-raġuni? Għax skontu dawn huma immigranti ekonomiċi li jiġu fil-pajjiż sabiex isibu xogħol u mhux għaliex qed ifittxu l-ażil. Dan huwa suġġett importanti għal kull min qed jaspira li jkun Kap tal-Oppożizzjoni u eventwalment anke Prim Ministru. Għaldaqstant, il-gazzetta ILLUM għamlet kuntatt mat-tliet kandidati l-oħra għal Kap tal-PN sabiex tistaqsihom x'inhi l-pożizzjoni tagħhom rigward dawn it-temi. Il-kandidati ma qablux mal-viżjoni u l-opinjoni tal-kandidat Portelli, fil-fatt primarjament sostnew li dan huwa suġġett delikat li mhux la kemm titkellem dwaru persuna, iżda huma affarijiet li huma stabbiliti minn istituzzjonijiet differenti. 'Il-PN dejjem kellu pożizzjoni ċara dwar dan' Filwaqt li saħaq li mhux se jgħaddi 'sweeping statements' u jaqbad ifajjar ċifri u figuri bl- addoċċ speċjalment fejn jidħlu l-persuni, il- kandidat Adrian Delia saħaq li wieħed irrid jagħmel distinzjoni bejn l-immigranti legali u dawk illegali. Dwar dawn tal-aħħar, Delia sostna li wieħed irid jara kif dawn waslu fil-pajjiż u fuq kollox tassigura li dawn jibqgħu jgħixu f 'dinjità. Żied jgħid li anke jekk l-immigranti jiġu biex jintbagħtu lura pajjiżhom, il-metodi użati mhux se tiddeċidiehom persuna waħda imma jridu jirrispekkjaw dak li hu maqbul fi strutturi internazzjonali. Fil-fatt, Delia sostna wkoll li l-Partit Nazzjonalista dejjem kellu pożizzjoni ċara dwar dan. Meta mistoqsi dwar il-kwistjoni tal- multikulturaliżmu, il- kandidat Adrian Delia sostna li pajjiżna minn dejjem kien jilqa' numru differenti ta' kulturi, u huwa mibni fuq din it-taħlita ta' kulturi, bil-lingwa tagħna tkun xhieda ta' dan. Fl- istess waqt iżda, Delia saħaq li minkejja li bħala pajjiż nibqgħu nilqgħu lill-barranin, insista li dawn għandhom iżommu rispett lejn it-tradizzjonijiet tagħna, filwaqt li l-Maltin jibqgħu jissalvagwardjaw il-kultura tagħhom. "Min jiġi nilqgħuh imma jrid jirrispetta l-kultura tagħna," temm jgħid Delia lil din il- gazzetta. 'Jirrispettaw il-liġijiet, inkella jkollhom jirrispondu għal għemilhom' Tal-istess opinjoni kien il-kandidat Għawdxi Chris Said li mal-ILLUM saħaq li l-barranin f 'pajjiżna jeħtieġ li jirrispettaw il-liġijiet tal-pajjiż, inkella jkollhom jirrispondu għal għemilhom. "Bħala poplu dejjem nuru solidarjetà, imma dawn għandhom jirrispettaw il- liġijiet tagħna," saħaq Said. Id-deputat Nazzjonalista qal li fil-preżent, pajjiżna għandu proċeduri stabbiliti ta' kif immigrant jingħata d-dritt tal-ażil jew inkella jiġi rifjutat. Dan hu ferm differenti mill-argument ta' Portelli li jrid li jintbagħtu lura lejn pajjiżhom 80% tal-immigranti. Min-naħa l-oħra, Said qal li jemmen li dawk il-persuni li ma jikkwalifikawx għal dan id-dritt, m'għandhomx jinżammu fil-pajjiż fit- tul, iktar milli jkun hemm bżonn. Rigward il- multikulturaliżmu fil-pajjiż, li hi xi ħaġa li l-Maltin jgħixu magħha ta' kuljum, Chris Said sostna li l-multikulturaliżmu f 'Malta mhux ġej biss minħabba dawn l-immigranti, iżda f 'ħafna każi, jkunu persuni barranin li jiġu f 'Malta legalment sabiex jaħdmu fil-pajjiż. Chris Said kompla billi jgħid li llum il-ġurnata, dan huwa stat ta' fatt u hija xi ħaġa li l-pajjiż irid jadatta għaliha. Intant, il-kandidat Alex Perici Calascione, minkejja li ġie kkuntattjat minn din il-gazzetta għall-kummenti tiegħu, ma weġibx il- mistoqsijiet sal-ħin tal- pubblikazzjoni. The Ministry for Health is seeking to recruit an EESSI Technical Administrator – EESSI (Electronic for Exchange of Social Security Information) Connecting Europe Facility 2014-2020. EESSI Technical Administrator Contract • Two year definite contract – 40 hours per week Qualifications and Experience • Be able to communicate in the English Language given that due consideration will also be given to applicants who also have the ability to communicate in the Maltese Language; • In possession of a recognised Master's qualification at MQF Level 7 (subject to a minimum of 60 ECTS/ECVET credits, or equivalent, with regard to programmes commencing as from October 2008) in Information Technology or a comparable professional qualification, plus one (1) year relevant work experience; OR • In possession of a recognised Bachelor's qualification at MQF Level 6 (subject to a minimum of 180 ECTS/ECVET credits, or equivalent, with regard to programmes commencing as from October 2003) in Information Technology or a comparable professional qualification plus three (3) years relevant work experience. Interested persons are to submit their application together with detailed Curriculum Vitae by not later than Friday 11 th August 2017. Applicants who are already in the Malta Public Service must produce a Service and Leave Record Form (GP 47); those applying from outside the Service must produce a Certificate of Conduct issued by the Police or other competent authority not earlier than one (1) month from the date of application and state whether they have ever been in Government Service, giving details. Applications should be addressed to: Resourcing and Employee Relations Directorate, Ministry for Health, Palazzo Castellania, 15, Merchants Street, Valletta VLT 1171. Website: http://health.gov.mt Fax number: +356 22992604 Email address: recruitment.health@gov.mt. Applications can also be submitted through the Online Government Recruitment Portal on http://recruitment.gov.mt by the said closing time and date of this call for applications. More detailed information regarding the above job vacancy can be accessed from the government website http://recruitment.gov.mt and Government Gazette issued on Friday 28 th July 2017. The sole responsibility of this publication lies with the author. The European Union is not responsible for any use that may be made of the information contained therein. 'Mhux se nfajjar ċifri bl-addoċċ fejn jidħlu l-persuni' Adrian Delia u Chris Said ma jaqblux mal-kummenti ta' Frank Portelli dwar l-immigrazzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 July 2017