Illum previous editions

illum 30 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/855208

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 30 ta' Lulju 2017 Lejn l-ewwel Kap Għawdxi agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Din il-ġimgħa se nkomplu nħarsu lejn l-ewwel diskorsi tal-kandidati Nazzjonalisti għall- ogħla kariga fil-partit. Wara li l-ġimgħa l-oħra l-ILLUM tat ħarsa lejn l-ewwel diskors ta' Adrian Delia u dak ta' Alex Perici Caclscione, din il-ġimgħa se nħarsu lejn id-diskors li għamel Chris Said f 'Tas-Sliema. Se nħarsu wkoll lejn l-ewwel kummenti li tefa' Frank Portelli fuq il-paġna ta' Facebook. Chris Said: L-esperjenza l-ikbar ċavetta tiegħu.... Naturalment wieħed ma jistax jasal għall-konklużjoni assoluta wara li tkun smajt persuna titkellem darba biss, imma mill-aċċenn qawwi li għamel f 'Tas-Sliema huwa ċar illi Chris Said, il-kandidat Għawdxi għal din l-elezzjoni, se jkun qed juża l-esperjenza bħala ċ-ċavetta ewlenija tiegħu għas- suċċess. Meta kien qed ikellem lill-attivisti f 'Tas-Sliema, Said semma' bosta drabi l-esperjenza u l-għanijiet li laħaq bħala Segretarju Ġenerali tal- PN, kariga li okkupa għal sentejn. Said jagħmel aċċenn partikolari fuq ir-riżultat elettorali tal-PN fl- aħħar elezzjoni għal Kunsilli Lokali, fil-verità l-unika elezzjoni fl- aħħar snin illi fiha l-PN irnexxielu jagħmel kambjamenti numeriċi anke f 'lokalitajiet b'maġġoranza Laburista. Said ifakkar kif bih bħala Segretarju Ġenerali kienet saret il- mira li jerġgħu jintrebħu lokalitajiet tradizzjonalment Nazzjonalisti bħall-Mosta u San Pawl il-Baħar, u din il-mira ntlaħqet. Kif intlaħqet ukoll il-mira li l-partit inaqqas id- distakk mal-Partit Laburista f 'dan il-grupp ta' lokalitajiet. Mira oħra li kient milħuqa. Naturalment, dawn ir- rebħiet huma ta' ftit (jew xejn) konsolazzjoni għal partit li għadu kif ġarrab telfa tant kbira, imma l-verità hija li dawn it-tragwardi milħuqin qed jintużaw minn Said biex juru li 'he means business'. Li b'Said bħala Kap il-PN se jkun qed jikseb ir- riżultati numeriċi bżonjużi biex jegħleb id-distakk bejn iż-żewġ partiti li issa ilu prevalenti sa mill- 2009. Said jagħmel aċċenn għal dan il-ħin kollu. Tant li f 'Tas-Sliema huwa jitfa' mira ċara; l-elezzjoni tal-2019 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali. "Ejja mmorru organizzati, bi strateġija ċara," sostna Said li għamel minn dik l-elezzjoni fi żmien sentejn, tragward importanti li jagħti lill- PN tama bżonjuża li jista' realment jerġa' jegħleb lill-Partit Laburista. Qrib in-nies; mill-festi sal- Fibromyalgia Bħal Kandidati l-oħrajn, imma speċjalment Delia, Said jisħaq diversi drabi dwar l-importanza li l-PN jibqa' qrib in- nies u qrib il-bżonnijiet tagħhom. Iktar minn hekk, Said kien iktar ċar u konxju ta' kif irid li l-partit jagħmel dan. "Xi darba għamilna sforz biex nifhmu aħjar lil dawn in- nies?" staqsa dwar dawk il-mijiet, jekk mhux eluf, li huma membri, dilettanti jew saħansitra li jaħdmu mal-patafjun għaqdiet u każini tal- baned madwar il-pajjiż. Dan juri illi Said għaraf illi l-PN jeħtieġ ikun aktar qrib dawk in-nies li jiffurmaw is-sinsla tal-villaġġi u l-irħula, fejn il-kollettiv huwa importanti tant li jaffetwa wkoll kif ħafna nies finalment jivvutaw. Dan il-kollettiv, biex nagħtu eżempju, huwa dak li l-'Kampanja Shout-Spring Hunting Out' fil-fatt injorat. F'bosta rħula u villaġġi fejn l-għaqdiet u l-festi jġibu lin-nies differenti flimkien kull ġimgħa, kull xahar, jew tal-inqas għal perjodu ta' żmien kull sena jinħolqu ħbiberiji u relazzjonijiet sodi. Hawnhekk isir ħafna mid-diskors soċjali u anke politiku li jifforma l-ħsibijiet ta' mases żgħar ta' nies li flimkien jistgħu jgħaqqdu maġġoranza tal- poplu. Hawnhekk ikollok 'pockets' ta' nies li fl-interazzjoni tagħhom qed joħolqu perċezzjonijiet jew qed jissodawhom. Jekk partit ikun maqtugħ minn din ir-realtà, ikun maqtugħ minn dawn il- perċezzjonijiet u realtajiet u allura l-aġenda tiegħu tibqa' rilvevanti, imma maqtugħa, 'il bogħod, mhux xi ħaġa li tolqot 'lili'. Said dan jidher li beda jagħrfu tant, illi f 'metafora interessanti Said jisħaq li "rridu swaba' f 'kull triq u kull raħal, biex il-PN ikun verament il-partit li jaf x'jixtiequ n-nies." Said jisħaq ukoll dwar il-bżonn li ssir ħidma qawwija ħafna biex terġa' tingħata l-ħajja lill-Kumitati Sezzjonali, xi ħaġa li għamel aċċenn 'Said għaraf illi l-PN jeħtieġ ikun aktar qrib dawk in- nies li jiffurmaw is-sinsla tal-villaġġi u l-irħula, fejn il-kollettiv huwa importanti tant li jaffetwa wkoll kif ħafna nies finalment jivvutaw'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 July 2017