Illum previous editions

illum 30 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/855208

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 30 ta' Lulju 2017 | illum Opinjoni 17 F i żmien meta wħud mill- politiċi, u dawk ta' madwarhom, ikunu fl-aħbarijiet dwar dak li qed jaħtfu jew japprofittaw ruħhom minnu, hu ta' kuraġġ li tisma' b'wieħed li qiegħed fl-aħbarijiet għal dak li qed jagħti. Qed nikteb dwar Ivan Bartolo, Membru Parlamentari tal-PN, li iktar kmieni din il-ġimgħa kien fl-aħbarijiet minħabba donazzjoni ta' kilwa minn tiegħu lil persuna li ma jafx biex din il-persuna tkun tista' tgħix ħajja aħjar. Id-donazzjoni ta' organi umani, għal min ikun qed jirċievi d-donazzjoni hi daqs li jkun twieled mill- ġdid. Hi l-isbaħ rigal li qatt jista' jingħata. Jekk li tħalli l-organi tiegħek biex jintużaw wara mewtek hu ġest nobbli u ta' min ifaħħru, kemm hu iktar minn hekk jekk id-donazzjoni tagħmilha inti stess bir-rieda esklussiva tiegħek waqt li għadek ħaj. Il-ġest nobbli ta' Ivan Bartolo hu opportunità biex niffukaw fuq il-ħtieġa ta' iktar donazzjonijiet ta' organi umani. Kemm biex ikunu salvati ħajjiet, kif ukoll biex ikun possibli li titjieb il-ħajja ta' bosta. Tirrikjedi kuraġġ kbir biex f 'ħajtek tagħti donazzjoni ta' wieħed mill-organi tiegħek. Dan hu ġest li xi minn daqqiet isir minn ġenituri biex jgħinu lil uliedhom morda inkella hu ġest li jsir bejn l-aħwa biex jgħinu lil xulxin f 'sitwazzjoni ta' ħajja jew mewt. Ivan mar lil hinn minn solidarjetà bejn membri tal-istess familja. Id-donazzjoni tal-kilwa tiegħu lil persuna li ma jafx hi l-milja tas-solidarjetà umana: Ivan Bartolo huwa s-Sammaritan it-tajjeb tal-21 seklu. F'Malta, bħal f 'bosta pajjiżi oħra, id-diskrepanza bejn id- domanda għall-organi umani meħtieġa għat-trapjant u d-disponibbilità ta' dawn l-istess organi qiegħda dejjem tiżdied. Biex tkun indirizzata din id-diskrepanza, fl- 2016 il-Parlament approva liġi li tipprovdi l-qafas legali tant meħtieġ għal organizzazzjoni aħjar ta' dawn id-donazzjonijiet ta' organi kif ukoll biex tkun protetta din l-informazzjoni tant sensittiva. Din il- leġiżlazzjoni tipprovdi l-mekkaniżmi meħtieġa biex ix-xewqat ta' dawk li jixtiequ jagħmlu donazzjoni ta' organu jew organi tagħhom wara mewthom għal skop ta' trapjant tkun implimentata billi tkun magħrufa mill- awtoritajiet tas-saħħa. Informazzjoni dwar kif tista' tirreġistra tinkiseb minn fuq is-sit elettroniku tal- Ministeru tas-Saħħa (www. health.gov.mt). Id-donazzjoni ta' organu uman biex dan jintuża għal trapjant jista' jsalva l-ħajja inkella jtejjeb sostanzjalment il-kwalità tal-ħajja ta' min jirċivih. Il-ġest nobbli ta' Ivan Bartolo hu ta' eżempju lil kulħadd dwar dak li hi s-solidarjetà umana. Grazzi Ivan. L-awtur hu Viċi Chairman ta' Alternattiva Demokratika. cacopardocarm@gmail.com , http://carmelcacopardo. wordpress.com Skont Cacopardo... Ivan Bartolo: is-solidarjetà fl-aqwa tagħha "F'Malta, bħal f 'bosta pajjiżi oħra, id- diskrepanza bejn id-domanda għall- organi umani meħtieġa għat-trapjant u d-disponibbilità ta' dawn l-istess organi qiegħda dejjem tiżdied" "Id-donazzjoni tal-kilwa tiegħu lil persuna li ma jafx hi l-milja tas- solidarjetà umana: Ivan Bartolo huwa s-Sammaritan it-tajjeb tal-21 seklu" CARMEL CACOPARDO Ivan Bartolo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 July 2017