Illum previous editions

illum 30 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/855208

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

illum | Il-Ħadd 30 ta' Lulju 2017 Sports 34 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futsal? Ħabib tiegħi kien jilgħab ma' tim fit- Tielet Diviżjoni u kien qalli biex nibda mmur nilgħab magħhom, dak iż-żmien kemm tmur għal-logħob biss bla taħriġ jew l-iktar logħba bejnietna fost il- ġimgħa. Is-sena ta' wara bagħat għalija l-kowċ Kevin Mifsud biex immur mat- tim tiegħu fl-Ewwel Diviżjoni u kellu ambizzjonijiet li jitilgħu u mort u bdiet il-karriera fil-futsal bit-taħriġ u affarijiet oħra. Irrakkontalna l-ewwel esperjenzi li kellek fil-futsal fosthom ma' Taż-Żwejt Boys u Paola Downtown. Kif għidtlek qabel bdejt nilgħab il-futsal mat-tim Unistars fit-Tielet Diviżjoni u kien jintlagħab barra mbagħad bdejt nilgħab u nitgħallem l-logħba propja (indoor), sena wara fl- istaġun 2007/08 fejn mort mal-Pentagon Properties FC u ħadna l-promozzjoni u spiċċajt l-aqwa skorer tal-Ewwel Diviżjoni wkoll. Imbagħad lgħabt sena fil-Premier mal-istess klabb u wasalna sal-playoffs u ġejt magħżul man-nazzjonal għall- ewwel darba. Sena wara mort ma' Paola Downtown fejn l-ambizzjonijiet kienu li nieħdu l-kampjonat. Taż-Żwejt Boys kont il- kowċ tagħhom għal sentejn sħaħ u kienu l-ewwel esperjenzi tiegħi bħala kowċ mat-tim tal-kbar u ta' dan nixtieq nirringrazzja lil Jesmond u lil Karl tal-opportunità fejn flimkien irnexxielna nieħdu żewġ promozzjonijiet bħala champions mit-Tieni għall-Ewwel Diviżjoni u mill-Ewwel Diviżjoni għall- Premier fejn l-isem kien ġie San Ġwann minħabba r-riforma li kienet saret u din kienet sena kbira fejn f 'jumejn kont irbaħt l-Ewwel Diviżjoni bħala kowċ ma' San Ġwann u l-Premier bħala plejer ma' Hibernians! Ta' min nirrimarka wkoll li fl-2014 ħadt il-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni ma' Valletta bħala kowċ ukoll. Int ukoll tikkowċja lit-tfal tal-futsal fl-iskola tal-Futsal immexxija minn Jonathan Pisani u Jean Bert Gatt. Irrakkontalna l-esperjenza tiegħek hemmhekk. Din l-esperjenza bdiet fl-2014 fejn ġejt ikkuntattjat min-nies imsemmija u ma qgħadtx naħsibha darbtejn biex aċċettajt u ta' dan nixtieq nirringrazzjahom ukoll għax għalkemm kienet l-ewwel esperjenza tiegħi mat-tfal dejjem ħallewni fil-libertà li ngħallem il- logħba kif tgħallimta jien minn diversi kowċis Maltin u barranin. Illum għadni nifforma parti minn din l- iskola u għandi t-tfal ta' taħt il-15 u s-16-il sena. Kumment rigward l-iskola li nixtieq nagħmel huwa li din hija skola serja b'kowċis ikkwalifikati kemm fil-futsal kif ukoll fil-futbol u nirrikomanda lil kulħadd biex jieħdu tfal minn età żgħira jilagħbu l-futsal għax huwa ta' ġid kbir għall-futbol. Dan filwaqt li int tikkowċja wkoll lit-tfal fin-nursery ta' San Ġwann. Iddeskrivi l-esperjenza tiegħek hemmhekk u l-kowċing tal-futsal kemm huwa differenti minn dak tal-futbol? L-ewwel esperjenza tiegħi kienet l-istaġun l-ieħor fejn tawni l-opportunità n-Naxxar Youth Nursery u ta' dan nixtieq nirringrazzjahom ukoll! Din is-sena bdejt ma' San Ġwann fejn ta' min jgħid li huwa l-klabb li lgħabt miegħu l-futbol sal-età ta' 19-il sena waqt li huwa wkoll ir-raħal fejn ngħix jien. San Ġwann hija nursery organizzata ħafna u sibt ruħi tajjeb mill-ewwel u kont il-kowċ tal-Under 8 u assistent mal- Under 9 flimkien mal-eks kowċ tiegħi ta' Valletta Futsal Clayton Felice fejn anke ma' Naxxar konna flimkien. It-taħriġ huwa kemmxejn differenti l-aktar minħabba li jintlagħab fuq terf artifiċjali u ballun tal-futbol mhux indoor u ballun low bounce bħall-futsal. Il-bqija l-kunċett f 'din l-età speċjalment huwa l-istess b'ħafna kuntatt mal-ballun. Tista' tilgħab il-futsal u l-futbol fl-istess ħin u jekk iva wieħed kif jgħin lill-ieħor? Jien nemmen li f 'età żgħirait-tfal għandhom jittrenjaw il-futsal kważi kważi nazzarda ngħid bilfors flimkien mal-futbol għax il-futsal hija logħba fi spazji żgħar u awtomatikament it-tfal jitjiebu fit-teknika, fl-aġilità u jaħsbu aktar malajr u meta jikbru u jiġu biex ikomplu jilagħbu l-futbol isibuha aktar faċli fil-kobor. Eżempji ċari ta' dan huma Ronaldinho, Messi u Cristiano Ronaldo fost oħrajn. Iddeskrivi l-esperjenza tiegħek meta rbaħt il-Kampjonat ma' Hibernians. Wara tliet snin ma' Paola Downtown kienet saret riforma u l-klabbs kellhom jingħaqdu ma' klabb lokali tal-futbol u aħna ġejna Hibernians. Konna aħna li ħadna l-ewwel Kampjonat b' din ir-riforma u kienet esperjenza indimentikabbli għax kien ukoll l-ewwel Kampjonat tiegħi personali kif ukoll ta' ħafna minna li konna ilna nipprovaw ma' Paola Downtown fejn konna tlifna finali fl-2011 bil-penalties. Kien Kampjonat missielet ħafna fejn dak iż-żmien il-finali kienet fuq żewġ logħbiet u b' aggregate (kif inhuma semi- finali llum) konna ġejna finali kontra Balzan li kienu rivali kbar dak iż-żmien u konna rbaħna l-ewwel finali bl-iskor ta' 5-0 fejn skurjajt l-ewwel u t-tieni gowl tal-logħba biex imbagħad fit-tieni leg ġejna 2-2 u ħadna l-Kampjonat b'aggreagate ta' 7-2. Nixtieq ngħid grazzi hawn ukoll lill-president Duncan Borg Myatt u lil kull min ħadem miegħu - kumitat, staff u plejers sħabi u partitarji talli dejjem emmnu fija anke meta kelli nagħmel operazzjoni f 'irkoptejja u domt madwar xahrejn nieqes mil-logħob. U dik tal-Kampjonat mirbuħ is-sena l-oħra minn Valletta? Il-Kampjonat ma' Valletta mirbuħ is-sena l-oħra kien xi ħaġa indeskrivibbli għax kien Kampjonat mirbuħ kontra kull mistenni u ma' grupp ta' ħbieb tat-tfulija u għalhekk ir-rebħa kienet speċjali u ta' dan nixtieq nirringrazzja lil kull min kien parti minn dan is-suċċess ukoll ta' din l-esperjenza indimetikabbli! Ġejna semi-finali kontra l-Luxol fejn tlifna l-ewwel leg 6-5 biex imbagħad irbaħna t-tieni leg 4-1 fejn hawnhekk skurjajt ukoll l-ewwel u t-tieni gowl tal- logħba biex għaddejna għall-finali kontra Hamrun b'aggregate skor ta' 9-7. Il-finali mal-Hamrun kienet xi ħaġa kbira għalina l-plejers u għaż-żewġ sets ta' partitarji fejn kellna folla rekord għal dawn il-logħob sakemm wara xi inċidenti ġie deċiż biex it-tielet finali ntlagħbet f 'bibien magħluqa li ngħid għalija personalment kienet disfatta għall-futsal lokali dak iż-żmien! Tlifna l-ewwel finali bil-penalties fejn ukoll kont tkeċċejt (l-ewwel tkeċċija tal-karriera tiegħi) biex imbagħad konna rbaħna t-tieni finali u sfurzajna t-tielet finali li konna rbaħna b' mod konvinċenti u l-ħolma tagħna saret realtà! X' relazzjoni għandek mal-kowċing staff ta' Valletta Futsal u mal-kumitat immexxi mill-president Edward Bartolo? Mal-kowċing staff għandi rapport tajjeb ħafna u rapport ta' ħbiberija kbira. Ta' min jgħid li jien u l-eks kowċ Clayton Felice aħna ħbieb mit-tfulija u kbirna flimkien tista' tgħid. Dan ma jfissirx li waqt it-taħriġ u l-logħob hemm xi favoritiżmu minħabba li aħna ħbieb anzi jżomm il-polz tajjeb u tant ieħor jien għax għandna rispett kbir lejn xulxin anke bħala rapport bejn kowċ u captain jew plejer. Mal-kumitat għandi rapport tajjeb ħafna wkoll fejn kelli anke okkażjonijiet li nattendi għal- laqgħat tal-kumitat li jaħdem qatigħ għall-ġid tat-tim u nixtieq nirringrazzjahom ukoll. Lil Edward Bartolo sirt nafu matul din is-sena u nista' ngħidlek li hemm rapport ta' rispett reċiproku bejnietna, fejn nammira l-mod ta' kif jaħdem bla waqfien għat- tim u għall-mod li ma jitfax pressjoni fuq it-tim fil-mumenti difficli. Nixtieq nawguralu għall-avventura ġdida li ħa jkollu fil-kumitat ta' Valletta FC. Ta' min wieħed jgħid ukoll li għandi rapport tajjeb mas-sapporters Beltin ukoll speċjalment ma' dawk tal-UB999 li jiġu jarawna u jtuna sapport kontinwu u ta' dan nixtieq ngħidilhom grazzi! Għandi rapport tajjeb anke ma' Valletta FC speċjalment ma' Alexander Fenech li llum il- ġurnata nista' nikkunsidrah anke bħala ħabib personali tiegħi u ovvjament L-aktar plejer li qatt lagħab u skorja Cristian Antony Muscat Xavier Saliba - wieħed mill-aqwa plejers li qatt ipproduċa l-futsal lokali f 'kull żmien waqt li għandu wkoll ir-rekord tal-aktar plejer li qatt lagħab u skorja gowls bil-okk tan- Nazzjonal tal-Fustal fejn lagħab 54 partita u skorja 23 gowl. "Fil-ħajja taf kemm taf qatt ma taf biżżejjed jiġifieri jridu jibqgħu jistinkaw u jittrenjaw bis- serjetà f 'kull sessjoni ta' taħriġ daqs li kieku qegħdin jilagħbu logħba kompetittiva għax b'hekk biss ittejjeb il-livell imma dejjem bi tbissima u bi pjaċir ta' dak li jkunu qed jagħmlu!" "Il-Kampjonat ma' Valletta mirbuħ is-sena l-oħra kien xi ħaġa indeskrivibbli għax kien Kampjonat mirbuħ kontra kull mistenni u ma' grupp ta' ħbieb tat-tfulija u għalhekk ir-rebħa kienet speċjali u ta' dan nixtieq nirringrazzja lil kull min kien parti minn dan is-suċċess ukoll ta' din l-esperjenza indimetikabbli!"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 July 2017