Illum previous editions

illum 30 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/855208

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 30 ta' Lulju 2017 | illum Sports 35 ma nistax ma ngħidx grazzi kbira lilu wkoll ta' kemm jgħin lit-tim tal-Valletta Futsal ukoll! Il-futsal kif jgħinek fil-ħajja ta' kuljum f 'dak li għandu x'jaqsam ma' bini tal- karattru? Matul iż-żmien inħoss li bnejt karattru sod mill-esperjenzi li għaddejt minnhom u anke mir- rebħ u t-telf li ħadt f 'dan l-isport. Dan grazzi wkoll għall-grupp ta' nies li ħdimt magħhom u nies b'karattru sod u kariżma kbira li għamiltha u trenjajt magħhom. Inħoss li ġejt aktar responsabbli wkoll. Xi tħoss waqt partita futsal? Ħafna drabi narak emozzjonat u grintuż ferm - tfakkarni ħafna fl-eks plejer ta' AC Milan u tat-tim nazzjonali Taljan, Gennaro Gattuso... Għalija dan huwa kumpliment għax fil- fehma tiegħi Gattuso huwa uniku minn dan l-aspett. Jien karattru minni li kulma nagħmel nagħmlu b'serjetà u dedikazzjoni kbira u l-futsal huwa parti kbira minn ħajti u allura awtomatikament nidħol fil-logħba u l-emozzjonijiet tiegħi jkunu evidenti għal kulħadd. Ħa niġu issa għal dan l-istaġun fejn kontu tant viċin li tirbħu l-Kampjonat iżda tant 'il bogħod hekk kif dan intrebaħ minn Luxol. X'diżappunt ħassejt? Ovvjament meta titlef huwa dejjem diżappunt u xtaqt li kieku rbaħna u kien ikun it-tielet kampjonat personali għalija biss però xorta nħossni kburi bil- prestazzjonijet li tajna u sfurzajna anke tliet finali meta tikkunsidra l-livell ta' barranin u l-livell ta' riżorsi li għandhom il-Luxol xorta konna magħhom sal-aħħar nifs tal-aħħar logħba. X'responsabbilità tħoss li int iġġorr il- faxxa ta' captain ta' Valletta Futsal? Biex tkun captain trid tkun responsabli u allura r-responsabbilità li twassal il-messaġġ ma' sħabek il-plejers ta' ċertu livell u tkun ta' eżempju wkoll tiġi awtomatika. Inħossni kburi li f 'ħajti kont captain mal-Hibernians u Valletta għax huma żewġ klabbs tal-ogħla livell lokalment u rnexxieli nieħu kampjonat magħhom, u t-tieni wieħed bħala captain kien sodisfazzjon ikbar! U li lgħabt il- UEFA Futsal Cup (Champions League) ma' dawn iż-żewġ klabbs bħala captain u kont parti mill-istorja tagħhom għax mat-tnejn li huma ħadna l-ewwel rebħa fl-Ewropa huwa ta' sodisfazzjon ukoll. X'tikkummenta fuq il-Futsal Malta Association? Jien nemmen li l-FMA jekk mhux ħa tissaħħaħ bħala numru ta' nies u tkun immexxija minn nies newtrali qatt ma hi ħa tkun assoċjazzjoni b'saħħitha sfortunatament! Kuntent bil-kontroll tar-referis fil-futsal lokali? Mhux dejjem inkun kuntent imma naħseb li dan kulhadd hekk biss però nemmen li hemm bżonn isir titjieb u jitkabbar il-pool ta' referis. Dan ma jneħħix il-mertu tat-titjib li diġà sar mis- snin passati. Taħseb li jkun hemm biżżejjed sigurtà fil-Padiljun ta' Kordin waqt partiti tal- futsal speċjalment waqt dawk jaħarqu? Jien naħseb li bil-mod kif inhu strutturat il-Padiljun fejn bniedem faċilment jista' jinżel fil-pitch mhux daqshekk faċli li jkollok post sikur 100% biss però dis-sena s-sigurtà kienet waħda tajba ħafna! Kif tiddeskrivi r-riżorsi li fihom tittrenjaw u tilagħbu f 'Malta meta mqabblin ma' dawk li tilagħbu fihom barraminn Malta? Hemm differenza speċjalment meta tmur tilgħab fuq grawnds b'surface tal- parquet biss però l-ikbar differenzi huma fejn jidħlu dressing rooms fost affarijiet oħra! Iddeskrivi l-esperjenza tiegħek mat-tim nazzjonali tal-futsal sa issa fejn int ukoll kont għal diversi drabi captain ta' dan it-tim. L-esperjenza tiegħi mat-tim nazzjonali tal-futsal bdiet fl-2008 fejn kont ġejt magħżul mill-kowċ mir-Repubblika Ċeka, Michaal Stritz, għalija kienet ħolma. Din għax fil-fehma tiegħi, in-nazzjonal huwa l-isbaħ ħaġa li tista' tilħaq. Id- debutt tiegħi kien ġewwa Franza kontra l- qawwa Franċiża fejn konna tlifna żewġ logħbiet bl-iskor ta' 9-0 u 10-0. Minn dakinhar lgħabt 54 logħba fosthom sitta bejn UEFA Euro u FIFA World Cup Qualifiers) skurjajt 23 gowl u kont 10 darbiet captain. Kburi li għandi r-rekord bħala l-akbar ammont ta' logħob milgħuba bil-flokk tan-nazzjonal u r-rekord tal-aqwa skorer tat-tim nazzjonali ta' kull żmien sal-ġurnata tal- lum. Fin-nazzjonal bħala kowċis kelli lil Michael Stritz, l-Olandiż Vic Hermans, u l-Maltin Kevin Mifsud, Mark Marlow u Peter Pullicino. Illum il-ġurnata n-nazzjonal irnexxielu jirbaħ seba' logħbiet bl-ewwel waħda tkun fil-Libja fl- 2010 kontra l-Palestina fejn irbaħna bl-iskor ta' 4-1. Kont preżenti f 'sitta minnhom għax fir-rebħa l-oħra kien għadni kif għamilt operazzjoni f 'irkoppti u ma kontx ġejt mgħajjat ġustament. L-iktar rebħa għal qalbi tibqa' dik ta 2-1 kontra l-Iżvizzera ġewwa darna fejn skurjajt il-gowl tar-rebħa minuta mit- tmiem. Fis-semi-finali tan-Knock-out kontra Luxol fejn intom bħala Valletta ħriġtu rebbieħa bl-iskor kbir ta' 7-2 int lgħabt b'virus fuqek. Kif irnexxielek tagħmel dan? Ma kienx faċli nagħmel dan hekk kif il-virus qabadni ġurnata qabel il-logħba. Ma kontx b' saħħti bħas-soltu imma l-imħabba lejn il-logħba u lejn it-tim irnexxielha tegħleb dan kollu u rnexxieli nagħmilha b'xi mod! Biss però biex irnexxieli nkun preżenti għall-ewwel finali ta' dis-sena fis-26 ta' Mejju meta inqas minn 24 siegħa qabel tlift lil għażiż missieri, nemmen li nista' nissupera kull ostaklu biex nilgħab. Ippermettili nsemmi fatt fejn fil-passat riċenti, int ma kontx ġejt mgħajjat mat-tim nazzjonali tal-futsal mill- kowċ nazzjonali ta' dak iż-żmein Mark Marlow. Int kif kont ħadtha din l-aħbar? Ma kontx ħadta tajjeb għall-fatt li emmint li mbilli l-każ kien wieħed ta' piż żejjed xorta stajt nagħti kontribut lit-tim preżenti. Biss però din l-istorja issa għaddiet. Tant u hekk li xahar wara kont inqast mill-piż u ġejt mgħajjat mill-istess kowċ għall-qualification tournament. X'sagrifiċċji u impenji partikolari jinvolvi l-futsal? Jinvolvi sagrifiċċji kbar għax jirrikjedi ħafna ħin b'mod speċjali filgħaxijiet fejn tkun 'il bogħod mill-familja. Din is-sena kienet l-iktar waħda iebsa għax kelli lil missieri marid id-dar u kont inħalli lil ommi waħedha miegħu u ta' dan nixtieq ngħidilha grazzi kbira għax qatt ma tellfitni milli nkompli mill-ħajja sportiva tiegħi, u 'l bogħod mit-tfajla wkoll fil-każ tiegħi minħabba t-taħriġ u l-logħob. Biex tilgħab fl-ogħla livell u żżomm il-livell trid tittrenja b'mod regolari. Nixtieq ngħid grazzi kbira lit-tfajla tiegħi Donna, tal-paċenzja li tieħu bija u ta' kemm ma ltqajniex minħabba l-futsal u l-kowċing u tas-sapport li ttini speċjalment f 'mumenti diffiċli li jkolli kemm fuq livell ta' futsal kif ukoll fuq livell personali. Taħseb li għad jiġi żmien f 'Malta fejn wieħed ikun jista' jgħix esklussivament mill-futsal? Nemmen li difficli li dan xi darba jseħħ avolja diġà hawn plejers barranin li jagħmlu dan ġo pajjiżna imma għalina l-Maltin għadu naqra kmieni biex wieħed ikollu l-futsal bħala impjieg full-time. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera fil- futsal. Li ngħidilhom huwa li għandhom għalfejn iħossuhom fortunati li għandhom dawn il- faċilitajiet kollha fejn jittrenjaw u li jistgħu anke jittrenjaw il-futsal minn età żgħira. Nixtieq ngħidilhom ukoll li fil-ħajja taf kemm taf qatt ma taf biżżejjed jiġifieri jridu jibqgħu jistinkaw u jittrenjaw bis-serjetà f 'kull sessjoni ta' taħriġ daqs li kieku qegħdin jilagħbu logħba kompetittiva għax b'hekk biss ittejjeb il- livell imma dejjem bi tbissima u bi pjaċir ta' dak li jkunu qed jagħmlu! skorja bil-flokk tan-Nazzjonal tal-Futsal Twieled -20 ta' Frar 1985 f 'Tal-Pietà, għandu 32 sena u joqgħod San Ġwann. Huwa wieħed mill-aqwa plejers li qatt ipproduċa l-futsal lokali f 'kull żmien. Għandu wkoll ir-rekord tal-aktar plejer li qatt lagħab u skorja gowls bil-okk tan- Nazzjonal tal-Fustal fejn lagħab 54 partita u skorja 23 gowl. Matul l-istaġun li ġej, se jkun qed jokkupa l-irwol ta' plejer-kowċ tat-tim tal-Futsal ta' Valletta. XAVIER SALIBA Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 July 2017