Illum previous editions

illum 30 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/855208

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 30 ta' Lulju 2017 FLEWWEL xahar ta' operazzjoni tagħha, aktar minn 1,500 passiġġier ivvjaġġaw fuq ir-rotta l-ġdida tal-Air Malta lejn u minn Tuneż. Wara nuqqas ta' tmien snin mill-kapitali Tuneżina, fis-26 ta' Ġunju, il-linja tal-ajru Maltija reġgħet bdiet is-servizzi tagħha, inizjalment b'operazzjoni ta' tliet darbiet fil-ġimgħa. Dawn ir-riżultati huma ta' inkoraġġiment kbir u jisbqu l-aspettattivi. Is-servizz il-ġdid huwa riżultat dirett f 'konformità mal-istrateġija ta' tkabbir tal-linja tal- ajru sabiex tinħoloq Air Malta aktar b'saħħitha permezz tal-introduzzjoni mill-ġdid ta' rotot ġodda li mhumiex ipprovduti minn trasportaturi oħra u jiżdiedu fil-frekwenzi fuq isservizzi l-aktar popolari tagħha. Paul Sies, l-Uffiċjal Kap Kummerċjali tal-Air Malta qal hekk; "aħna ninsabu kuntenti u mħeġġin b'dawn iċ-ċifri preliminari u prenotazzjonijiet bil- quddiem. Diġà rċevejna 'l fuq minn 2,000 booking għall-ġimgħat li ġejjin b'aktar minn 40% minnhom li għandhom titjiriet b'konnetività fuq destinazzjonijiet oħra tal- Air Malta. Ħafna persuni qed jivvjaġġaw minn Brussell u Pariġi sabiex ikollhom konnetivita f 'Malta lejn Tuneż. Fit-28 ta' Lulju, l-linja nazzjonali kellha l-ewwel titjira fully- booked lejn Tuneż, u dan seħħ f 'perjodu ta' żmien ferm aktar veloċi minn dak mistenni. Is-servizzi tal-merkanzija, li qed noffru fuq din ir- rotta, qed jaqbdu sew ukoll. L-iżvilupp ta' konnetività mal-Lvant Nofsani u l-Afrika huma parti mill- istrateġija ta' tkabbir tal-Air Malta. "Is-suċċess tal-operazzjoni ta' Tuneż turi biċ-ċar il- potenzjal ta' tali strateġija ta' tkabbir li ser tippermetti titjiriet aktar spissi u titjiriet b'ħinijiet aktar konvenjenti lejn id-destinazzjonijiet l-aktar popolari fin-netwerk tal-Air Malta," sostniet il- kumpanija. "Wara l-aħbar it-tajba minn għand l-Bord tad-Diretturi tagħna fejn approva l-pjanijiet tagħna għad-disa' ajruplan, aħna qed insegwu bir-reqqa studji tas-suq dwar frekwenzi addizzjonali u rotot ġodda għas-Sajf 2018. Jeħtieġ li nkomplu nibnu fuq din l-aħbar t-tajba fil-ġimgħat li ġejjin, b'reviżjoni tal- firxa ta' prodotti tagħna li hija mfassla sabiex tirrevoluzzjona s-servizzi tagħna u finalment tħajjar aktar passiġġieri sabiex itiru magħna," żied Sies. Grazzi għal din ir-rotta, l-Air Malta fetħet gateway ġdida lejn l-Afrika ta' Fuq filwaqt li ffaċilitat il- moviment tal-passiġġieri bejn iż-żewġ kontinenti. Grazzi għal trasferimenti qosra u konvenjenti permezz talAjruport Internazzjonali ta' Malta, dan is-servizz ġdid tal-Air Malta qed joffri konnettività tat-titjira konsistenti bejn it-Tuneżija u l-bliet Ewropej ta' Vjenna, Londra, Ruma, Amsterdam, Praga, Munich, Brussell, Marseille, Catania, Milan u Zurich. F'xahar 1,500 persuna jużaw ir-rotta l-ġdida lejn Tuneż bl-Air Malta Fit-28 ta' Lulju, l-linja nazzjonali kellha l-ewwel titjira fully-booked lejn Tuneż Toroq f 'Tuneż "Is-suċċess tal- operazzjoni ta' Tuneż turi biċ-ċar il-potenzjal tal-istrateġija ta' tkabbir"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 July 2017