Illum previous editions

illum 30 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/855208

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 30 ta' Lulju 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum IS-SEWWIEQ Ġermaniż ta' Ferrari Sebastian Vettel rebaħ il-pole tal-GP tal-Ungerija, waqt li s-sewwieq Ingliż ta' Mercedes Lewis Hamilton iddiżappunta bil-kbir temm biss fir-raba' post. Vettel għadda bi ftit lil Valtteri Bottaas b'0.254 sekondi li temm fit-tielet post b'Kimi Raikkonen fuq Ferarai jtemm fit-tieni post. Vettel għandu biss punt vantaġġ fuq Hamilton fil-klassifika ġenerali tas- sewwiqea biex b'hekk kollox qed jindika li se jkollna tmiem tal-Kamjpjonat mill- isbaħ u ferm eċitanti. Ta' nota huwa l-fatt li l-Iskoċċiż Paul di Resta daħal fl-azzjoni fejn ħa post il-Brażiljan Felipe Massa fuq Williams u kiseb id-19-il post tal-gradwatorja. Klassifika Sewwieqa Poż. Sewwieq Karozza Punti 1 Sebastian Vettel Scuderia Ferrari 177 2 Lewis Hamilton Mercedes AMG Petronas F1 Team 176 3 Valtteri Bottas Mercedes AMG Petronas F1 Team 154 4 Daniel Ricciardo Red Bull Racing 117 5 Kimi Räikkönen Scuderia Ferrari 98 6 Max Verstappen Red Bull Racing 57 7 Sergio Pérez Sahara Force India F1 Team 52 8 Esteban Ocon Sahara Force India F1 Team 43 9 Carlos Sainz Scuderia Toro Rosso 29 10 Nico Hülkenberg Renault Sport Formula One Team 26 11 Felipe Massa Williams Martini Racing 23 12 Lance Stroll Williams Martini Racing 18 13 Romain Grosjean Haas F1 Team 18 14 Kevin Magnussen Haas F1 Team 11 15 Pascal Wehrlein Sauber F1 Team 5 16 Daniil Kvyat Scuderia Toro Rosso 4 17 Fernando Alonso McLaren Honda 2 18 Stoffel Vandoorne McLaren Honda 0 19 Marcus Ericsson Sauber F1 Team 0 20 Jolyon Palmer Renault Sport Formula One Team 0 21 Antonio Giovinazzi Haas F1 Team 0 22 Jenson Button McLaren Honda 0 Sebastian Vettel jirbaħ il-pole tal-Ungerija u Hamilton itemm biss fir-raba' post Mix-Xellug għal- Lemin: Valtteri Bottas, Sebastian Vettel u Kimi Raikkonen Joe Anastasi u Mark Micallef jiddebuttaw fil-Hill Climb ġewwa Sqallija FI tmiem il-ġimgħa li għadda, żewġ sewwieqa ħadu sehem fit-23 edizzjoni tal-"Coppa val d'Anapo", f 'Sortino, Siracusa, fi Sqallija. Joe Anastasi fuq Mini u Mark Micallef fuq Radical, ħadu sehem f 'din it-tellieqa fuq distanza ta' 7.2 kilometri. Kemm Anastasi kif ukoll Micallef huma żewġ sewwieqa ta' esperjenza u għandhom warajhom numru ta' suċċessi kemm f 'Malta kif ukoll fi Sqallija. Fil-fatt is-suċċessi ma naqsux lanqas din id-darba għaliex Micallef spiċċa l-ġurnata fit-tielet post tal-klassifika. Is-sewwieq veteran, Anastasi, ħa sehem fl-istess tellieqa proprju 37 sena ilu. Huwa ġie ppreżentat bi tliet trofej – waħda għax rebaħ il-klassi tiegħu, l-oħra għax spiċċa fit-tielet post u l-oħra għall-memorja tal-ħabib antik ta' Joe, Piero La Pena li għalih Joe ddedika din it-tellieqa. Is-sewwieq Malti Joe Anastasi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 July 2017