Illum previous editions

illum 30 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/855208

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

5 Il-Ħadd 30 ta' Lulju 2017 | illum Aħbarijiet Għawdxi mill-Indipendenza...? għaliha wkoll Alex Perici Calascione, f 'wieħed mill-10 proposti li ressaq għall-ġid tal- partit. Said jagħmel aċċenn ukoll għall- bżonn li l-PN jiltaqa' u jagħmel kuntatt ma' għaqdiet diversi. Fosthom isemmi għaqdiet ta' persuni bil-Fibromyalgia. Fil-fatt kien il-Partit Laburista li għamel aċċenn għal din il-kundizzjoni waqt il-kampanja elettorali, meta wiegħed illi Gvern Laburista se jkun qed jibda jagħti l-pensjoni tad-diżabilità lil dawk li jbatu mill-Fibromyalgia. Said fehem kif maġġoranza hija magħmula minn ħafna interessi differenti u ma jistax ikollok maġġoranza jekk dawk l-interessi mhumiex imħarsa jew mismugħa. Il-bżonn ta' viżjoni biex il- PN jirbaħ "It-telf massiċċ ta' appoġġ mill- 2003 jindika biċ-ċar li l-PN kellu s-saħħa, kellu raġuni għall-eżistenza tiegħu meta kellu missjoni għall- pajjiż. Meta kellu viżjoni li jara lil pajjiżna fuq il-mejda ma' pajjiżi Ewropej, bl-istess saħħa, bl-istess vuċi u bl-istess drittijiet. Minn meta l-ħolma ta' 'Ngħidu Iva' u mill-vot ta' Malta Ewropea, settur kbir tal-popolazzjoni ma baqgħetx tara jew tħoss il-bżonn li tingħaqad jew tappoġġja lill-PN, għax il-kolla dabet." Din hija silta mill-editorjal tal- ILLUM ta' nhar Il-Ħadd 11 ta' Ġunju. Dakinhar u f 'bosta drabi oħrajn minn dawn il-paġni kien hemm aċċenn partikolari dwar il-bżonn li l-PN ikollu viżjoni li tgħaqqdu jekk irid ikollu ċans jirbaħ. Jidher, għall-inqas mill- ewwel ftit tal-kampanja għall-Kap tal-PN, illi din hija xi ħaġa li Said fehem. F'Tas Sliema huwa qal li l-PN jeħtieġ ikollu viżjoni biex minflok isegwi u jirreaġixxi jkun partit illi jmexxi hu, bil-poplu jimxi wara l-istess viżjoni li tħares għat-tul. Hawnhekk Said qed iħares 'il quddiem u qed jara illi l-akbar problema tal-PN hija dik il-'kolla' msemmija fl-editorjal, li mingħajrha l-PN ma jistax jirbaħ. "Meta jkollna viżjoni nkunu nistgħu nerġgħu nirbħu mill-ġdid." Minkejja li ma jgħidx x'inhi din il-viżjoni r-realizzazzjoni minnha nnifisha tal-bżonn illi l-PN jerġa' jkollu viżjoni hija pass 'il quddiem, anke jekk hija biss l-ewwel pass. Fil-fatt, l-akbar sfida se tkun dik li l-partit joħloq viżjoni attraenti biżżejjed biex tiġbed lejha in-nies u toħloq mill-ġdid ġenerazzjoni ta' nies li jemmnu li l-PN, jista' jkun Gvern alternattiv. Għal dan il-għan Said jieħu wkoll spunt interessanti dwar il-bżonn li l-PN jerġa' jkollu madwaru klassi ta' ħassieba minn kull qasam tal-ħajja; professjonisti, ħaddiema u bosta oħrajn. Dan juri illi Said qed iħares lejn is-suċċessi tal-PN fis-snin 80, 90 kif ukoll sas-sena 2003 meta kellu ħassieba u persuni influwenti li kienu qed jaqsmu l-ħsibijiet tagħhom mat- tmexxija tal-partit, primarjament Fr. Peter Seracino Inglott. Said jidher illi rrikonoxxa li l-agħar li jista' jkun imdawwar bihom mexxej politiku, hu min hu, huma nies li se jbaxxu rashom dejjem u jgħidu iva dejjem. Difiża qawwija ta' Simon Busuttil Minkejja dak li sejjaħna 'endorsement' ta' Alex Perici Calascione, Said offra l-akbar difiża u front favur Simon Busuttil. Din taf tkun tattika ferm importanti biex f 'każ ta' tiġrija aħħarija bejnu u Adrian Delia jkun jista' jxaqleb il- miżien ta' dak is-settur mdaqqas ta' tesserati, Kunsillieri u uffiċjali tal- PN li huma leali lejn Busuttil, lejh. Fil-fatt minkejja li huwa Kap uxxenti, Busuttil għad għandu saħħa konsiderevoli fil-partit u minkejja li din il-gazzetta hija infurmata li għal xi żmien ma tantx kien hemm xi relazzjoni ottima bejn Busuttil u Said, jista' jkun li Said xorta jibqa' l-għażla sigura għal settur fi ħdan il-PN. Huwa hawn li Said jaf qed jilgħab l-aktar karta importanti li tagħtih rebħa. Matul il-ġimgħa l-oħra mar fuq l-attakk bis-saħħa kontra Konrad Mizzi u Keith Schembri, xi ħaġa li l-kandidati l-oħrajn m'għamlux biżżejjed b'saħħa. F'Tas- Sliema Said irrepeta għal bosta drabi l-"appoġġ sħiħ" tiegħu lejn Busuttil. Mill-kandidati kollha huwa Said ukoll li qed jidher illi se jżomm il- battalja kontra l-korruzzjoni l-aktar ħajja, anzi hu wiegħed li bih bħala Kap "il-ġlieda kontra l-korruzzjoni se tirdoppja," filwaqt li sostna wkoll li "huwa dmir ta' Simon Busuttil li jkompli jiġġieled il-korruzzjoni." Dan huwa differenti ferm mill- attitudni ta' Delia, li għalkemm qed jitkellem dwar din il-kwistjoni, fl-ewwel konferenza tiegħu, ħareġ b'ħafna inqas forza. Għal darb'oħra u bħal, fil-każ ta' Calascione, s-suċċess ta' Said se jiddependi fuq dak li qed ifittxu l-Kunsillieri u t-tesserati. Qed ifittxu li s-'siġra' tinqala' mill-qiegħ u bl-għeruq? Jew li tinżabar waħda tajjeb, biss? L-ewwel xenarju jibqa' jiffavorixxi lil Delia, wiċċ ġdid, b'kampanja qawwija u prospetti ta' xi ħaġa differenti. It-tieni xenarju jiffavorixxi lil Said, li qed joffri kontinwità imma wkoll bidliet fuq diversi fronti, speċjalment fil-livell tal-għeruq. L-appell ta' Said, fl-immaġini, huwa inqas minn dak ta' Delia. Kieku kien Kunsill Ġenerali biss bil-vot ta' 1,400 probabilment qed inħarsu lejn rebħa għal Said. B'23,000 vot tat-tesserati, Said se jkollu jgħaqqad l-esperjenza u l-għarfien vast tiegħu ta' kif jaħdem il-partit mal-fanfarri ta' kampanja qawwija bi strateġija b'saħħitha. Frank Portelli; l-ewwel battuti Frank Portelli kien għadu ma kellux attività għall-istampa meta kienet qed tinkiteb din l-analiżi u ma kienx jidher li kellu attivitajiet ppjanati. Għalhekk din il-gazzetta tat ħarsa lejn l-ewwel ħsibijiet tiegħu espressi fuq il-paġna ta' Facebook. Portelli, f 'filmat sostna li ġurnalist partikolari m'għandux jitħalla jxandar fuq l-istazzjon nazzjonali, u jekk dan jitħalla tkun qed tinkiser il-kostituzzjoni minħabba li qabel l-elezzjoni kien qal li mhux se jivvota PN. Hu ma semmiex l-isem tal-persuna li kien qed jirreferi għaliha. Għadda kumment ukoll dwar il- fatt li l-fornitur tal-karta li fuqha tiġi stampata l-gazzetta tal-PN hija l-kumpanija Kasco, li tagħha s-sid huwa Keith Schembri. Huwa ddeskriva dan il-fatt bħala xi ħaġa 'tal-ġenn'. Frank Portelli qala' ħafna kritika u ċiniżmu. Imma lil hinn minn dan wieħed jeħtieġ jara wkoll kif qed jaħsbu l-Kunsillieri u dawk li se jagħżlu. Ħafna jħossu li Frank Portelli, bħal Alex Perici Calascione, m'għandux ċans u se jinqala' fl-ewwel vot nhar it-2 ta' Settembru. Min jaf! Dark horse, anyone? 'Said se jkollu jgħaqqad l-esperjenza u l-għarfien vast tiegħu ta' kif jaħdem il-partit mal-fanfarri ta' kampanja qawwija bi strateġija b'saħħitha'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 July 2017