Illum previous editions

illum 30 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/855208

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

13 Il-Ħadd 30 ta' Lulju 2017| illum Aħbarijiet Argument f 'Ħaż-Żabbar iħalli raġel bi ġrieħi serji ...l-inċident seħħ kmieni lbieraħ filgħodu bejn żewġt irġiel li jgħixu flimkien KMIENI lbieraħ filgħodu, għall- ħabta tat-3:00 a.m. il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm argument f 'residenza li tinstab fi Triq A. Caligari, Ħaż-Żabbar. Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kien seħħ argument bejn raġel ta' 59 sena u ġuvni ta' 27 sena t-tnejn jgħixu fl-istess residenza. Jidher li waqt l-imsemmi argument intużat arma li taqta' u bil-ponta. Peress li r-raġel sofra xi ġrieħi, fuq il-post issejħet ambulanza li ħaditu l-isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji. Il-ġuvni ta' 27 sena qiegħed jinżamm mill-Pulizija għal aktar stħarriġ. Il-Maġistrat tal-Għassa ġiet infurmata bil-każ fejn ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għadejjin. Titjib fil-promenade f 'San Pawl il-Baħar L-MTA tintervjenti biex isiru xogħlijiet fuq il-promenade ta' San Pawl il-Baħar WIĊĊ ġdid għall- promenade f 'Tal Għażżelin f 'San Pawl il-Baħar ifisser aktar spazju miftuħ disponibbli għat-tgawdija tat-turisti, residenti u familji. Iż-żona tippermetti li filwaqt li wieħed igawdi minn xeni naturali, jammira wkoll it-Torri ta' Wignacourt, li l-bini tiegħu jmur lura għall-1610. Il-promenade kien ingħata wiċċ ġdid fl-2010, iżda biż- żmien, il-materjal kellu bżonn ammont ta' ħidma riparattiva. Huma diversi l-elementi li wasslu biex il-promenade ttiekel, fosthom ix-xemx kostanti, l-ilma baħar u anke fatturi oħra, bħall-preżenza ta' ħamiem fl-akwata. L-Awtorità Maltija għat- Turiżmu (MTA) intervjeniet, biex issa t-800 metru ta' promenade jinsab fi stat tajjeb mill-ġdid. Sfida partikolari kienet tinsab fil-fatt li l-materjal li ntuża oriġinarjament biex issir il-promenade nbidel xi ftit fl-għamla tiegħu u ma kienx disponibbli eżatt kif kien fil-bidu. Għaldaqstant instab materjal simili ħafna u li permezz tiegħu ż-żona ħadet ir-ruħ, kemm bħala dehra u kemm bħala aċċessibbilità. Tul din il-medda art wieħed isib anke bankijiet, li huma frekwentati ħafna. L-Awtorità Maltija għat- Turiżmu qed taħseb biex eventwalment toħroġ sejħa għall-offerti, sabiex il- promenade tkompli tissebbaħ u tagħmel ġieħ liż-żona li fiha tinsab. Il-Kap Eżekuttiv tal-MTA, Paul Bugeja, stqarr li l-MTA tħares lejn proġetti ta' dan it-tip bħala mod kif il- prodott Malti jista' jkompli jissaħħaħ u jitjieb. Żied jgħid li kunċetti bħall-aċċessibilità u l-estetika f 'kull aspett tal- prodott Malti huma kruċjali biex l-esperjenza tat-turist f 'pajjiżna tkun waħda tassew pożittiva. Il-bajja ta' Fra Ben żgumbrata mid-deckchairs L-MTA u l-Awtorità tal-Artijiet ineħħu madwar 100 deckchair u 33 umbrella F'AZZJONI konġunta bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u l-Awtorità tal-Artijiet, ilbieraħ saret ħidma ta' infurzar biex tneħħew oġġetti li kienu qed jintramaw fil-bajja Ta' Fra Ben fil-Qawra. Għall-ħabta tas-sebgħa tal-bieraħ filgħodu, tneħħew madwar mitt sunbed u 33 umbrella, fost għamara oħra bħal bażijiet li fuqhom jitwaħħlu l-umbrelel. B'kollox inġarru żewġ trakkijiet b'oġġetti li kienu fuq din il-bajja. Qabel ma ttieħdet din l-azzjoni, l-operatur kien imwissi diversi drabi, li l-mod li bih kien qed jarma l-affarijiet imur kontra r-regolamenti stabbiliti. Huwa kien imħeġġeġ isegwi dawn ir-regolamenti u ntqal lilu li jekk ma jagħmilx dan, kienet se tittieħed azzjoni. Il-ħidma konġunta hija parti minn kampanja li għandha l-għan li tiżgura li r-regolamenti li jikkonċernaw il-bajjiet ikunu rispettati f 'kull ħin. Diġà ttieħdet azzjoni simili fil-bajjiet tal-Armier u Little Armier, filwaqt li f 'postijiet oħra madwar Malta u Għawdex, operaturi qed jirregolarizzaw ruħhom b'mod volontarju biex jevitaw dan it-tip ta' inforzar. Il-ħidma bejn l-MTA u l-Awtorità tal-Artijiet għalhekk qed isservi biex għal darba oħra jerġa' jasal il-messaġġ li l-abbuż mhux se jkun ittollerat.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 July 2017