Illum previous editions

illum 30 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/855208

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

illum | Il-Ħadd 30 ta' Lulju 2017 Opinjoni 16 I l-bidliet li wettaqna fl-aħħar erba' snin qed nibdew naħsdu l-frott tagħhom u tintebaħ b'dan mill-affarijiet iż- żgħar. Meta kont għadni nservi ta' avukat u kien jiġini persuna akkużat b'xi ħaġa, kien jiġini b'karta mitwija fejn jitniżżlu l-akkużi kontrih u miegħu mehmuża affidavits u kopja tal-istqarrija. Waqt l-arrest l-iktar li seta' jagħmel kien li jċempilli qabel jagħti l-istqarrija- daqs li kieku jien mid-dar stajt nagħmillu xi ħaġa! U anke dan "id-dritt" kien iddaħħal wara ħafna kwistjonijiet jaħarqu fil- Parlament u wara interventi ta' deputati ta' kuxjenza miż-żewġ naħat tal-Kamra. Illum meta persuna tkun akkużata b'xi ħaġa, fi stadju ta' arrest tingħata karta bid- drittijiet tagħha miktuba b'lingwa li tifhem. Jingħatalha d-dritt ukoll li mhux biss iċċempel avukat, imma li jkollha avukat preżenti waqt l-arrest b'regoli ċari li ddaħħlu bi qbil bejn il-Kamra tal-Avukati u l-Pulizija. U għalhekk meta mbagħad jirċievi l-akkużi, l-Avukat ikun diġà għex il-każ miegħu u jista' jagħtih għajnuna u difiża aħjar. U b'hekk ukoll jonqos il-periklu – veru jew mistħajjel – ta' ksur ta' drittijiet tal-bniedem bħal frame ups u arresti illegali. Dawn id-drittijiet kollha ma kinux jeżistu qabel l-2013. Il-Pakistan biss ma nafx jekk għandhomx dawn id-drittijiet. Li hu żgur hu li l-fatt li dawn id-drittijiet ddaħħlu biss taħt Gvern Laburista jgħid ħafna dwar l-istat tad-dritt li konna fih qabel l-2013. Vulnerabbli Ikun hemm min jgħidli: imma għaliex trid taqbeż daqshekk għall-kriminali u min kiser il-liġi? Il-kwistjoni mhijiex li rridu naqbżu għall-kriminali u li rridu nagħtu iktar drittijiet a skapitu tal-Pulizija. Il-kwistjoni hi li waqt arrest bniedem hu fl-iktar stat vulnerabbli tiegħu u allura f 'dak l-istat ta' vulnerabbilità wieħed ikollu bżonn min jassistih u min jiggarantilu li ma jkunx hemmx abbużi. Hemm regola tad-deheb li mill-ewwel titgħallimha kif issir Ministru tal-Ġustizzja: li n-nies tkun trid l-eħrex pieni u l-eħrex proċeduri kontra l-arrestati sakemm l-arrestat ma jkunx xi ħadd għażiż għalih. Meta l-arrestat ikun xi ħadd għażiż għal dak li jkun id-diska tinbidel u f 'daqqa waħda l-pulizija ssir, f 'għajnejhom, awtorità krudili u bla qalb. Naħseb is-soluzzjoni la hi waħda u lanqas l-oħra. Is- soluzzjoni hi li jkun hemm liġijiet u proċeduri ġusti, ħorox fejn hemm bżonn u inqas ħorox fejn ikun hemm inqas bżonn, li però jassiguraw li fl-iktar mument vulnerabbli wieħed arrestat ikollu l-garanziji meħtieġa kontra l-iżball jew l-abbuż. Esperjenza Is-sistema kriminali mhijiex bħall-isptar. L-isptar kulħadd xi darba jew oħra mar għal darba, darbtejn, tlieta u anke erba'. Il-Qorti ħafna drabi dak li jkun qatt ma jersaq f 'ħajtu u jekk jersaq darba jibqa' jirrakkuntaha għall-bqija ta' ħajtu. Tista' tkun qaddis timxi fl-art: kulma trid biex tispiċċa fis-sistema kriminali hu li tkun sfortunat u tkun involut f 'inċident involontarju: biżżejjed taqa' qasrija bir-riħ fuq xi ħadd biex tidħol fis- sistema. F'dawk il-mumenti tkun taf kemm huma importanti dawn id-drittijiet kollha li daħħalna. Aħseb u ara meta mbagħad niġu biex nitkellmu fuq ċerti reati speċjalizzati u tekniċi ħafna li bejn il-ħtija u l-innocenza jkun hemm ħajta rqiqa fin-nofs. Dewmien Kruċjali però li waqt li ndaħħlu dawn id-drittijiet u garanziji kollha, il-proċedura ma tittaqqalx b'mod li s-sistema tiġġenera dewmien żejjed. Bħalma fl-ewwel erba' snin ħdimna u ħloqna strutturi biex jitħaffu l-proċeduri fil- kamp ċivili, din il-legiżlatura se tibqa' mmarkata għar-riformi li se ndaħħlu biex jitħaffu l-proċeduri fil-kamp kriminali. L-ewwel fil-mira: is-sistema tqila u kontro-produttiva tal-kumpilazzjonijiet li fl- aħħar mill-aħħar tistupra kull kunċett ta' ġustizzja li tiġi servuta fil-ħin. Iktar awtonomija lill-Qrati tagħna Diġà sar ħafna biex insaħħu s-sistema tal-ġustizzja u rridu nagħmlu iktar: miżura prinċipali se tkun dik li bħalma saħħaħna l-awtonomija amministrattiva tal-Parlament, hekk ukoll insaħħu l-awtonomija amministrattiva tal-Qrati tagħna. Il-Qrati jiddependu mill-amministrazzjoni biex jiffunzjonaw u fuq ir-rieda tajba ta' min imexxi. M'għandix dubju li kull Gvern kellu l-iktar rieda tajba biex il-Qrati jiffunzjonaw bl-aħjar mod mil-lat amministrattiv. Biss, ma nixtieqx li dan ikun jiddependi mir-rieda tajba ta' min imexxi. Hu kruċjali li l-Qrati jkollhom l-aħjar servizz amministrattiv u ta' support f 'kull ħin. Hawnhekk irrid nieħu l-opportunità li nirringrazzja mill-qalb id-diriġenti kollha tal-Qorti u l-istaff kollu li tant jagħmlu xogħol tajjeb u li jien tant kburi bihom. Ħrafa dwar Egrant Għalhekk ma nistax nifhem għala l-ġurnalist tas-soltu Ivan Camilleri ddeċieda li joħloq gidba mill-bidu sal-aħħar meta "ħabbar" li l-Gvern naqas milli jagħti l-flus li hemm bżonn biex ix-xogħol tal-esperti fl-inkjesta Egrant jimxi 'l quddiem. Il-fatti kienu bil-maqlub: appena ftit jiem wara l-għoti tal-inkarigu lill- Maġistrat Bugeja, il-Gvern kien ta l-clearance finanzjarju meħtieġ biex jitqabbad kwalunkwe espert, Malti jew barrani. Jiġifieri dak li Ivan Camilleri qal li ma sarx, kien sar tliet xhur qabel. Affarijiet tal-inkredibbli. U nżid oħra: il-Gvern jagħmel ħiltu kollha li f 'kull inkjesta jagħti s-support amministrattiv meħtieġ lill- Ġudikatura. Sfidi jkun hemm kemm trid: biżżejjed ngħid li f 'inkjesta minnhom kellna nsibu post fejn naħżnu fdalijiet ta' ajruplan. Ma jimpurtax. Aħna l-isfidi lesti għalihom u negħlbuhom. Il-gideb però jweġġa' ħafna lil ħafna ħaddiema fl-istaff tal- Qorti li jagħmlu sagrifiċji kbar għall-aħjar amminsitrazzjoni tal-Ġustizzja. Sovraintendenza tal- Patrimonju Kulturali Kien hemm diversi persuni li ġibduli l-attenzjoni li l-proċessi fi ħdan is-Sovraintendenza tal-Patrimonju Kulturali qed itulu u jieħdu wisq żmien. Qed inkun sensittiv għal dawn l-ilmenti u qed naġixxu. Jidher li d-diffikultà ddur ma' pressjoni kbira ta' xogħol li waqgħet fuq is-Sovraintendenza wara bidliet li kien hemm fil-liġi – fejn is-Sovraintendenza ngħatat iktar importanza biex tipproteġi l-wirt storiku – u wara t-tkabbir ekonomiku bla preċedent li għall-grazzja t'Alla rajna fl-aħħar snin. Aġixxejna mill-ewwel billi assenjajna esperti minn Heritage Malta għal mas-Sovraintendenza u żidna support staff. Se nkomplu nżidu l-għajnuna biex is-servizz jitjieb u jmur 'il quddiem. Diġà kellna sfidi simili u għelibnihom. Niftakar ir-Reġistru Pubbliku, pereżempju, bid-diffikultajiet li kellu. Jew ir-Reġistru tal- Artijiet. Illum dawn iż-żewġ reġistri jiffunzjonaw tajjeb immens bis-saħħa ta' interventi fil-proċeduri u f 'riżorsi umani li wettaqna. L-istess se jiġri fi ħdan is-Sovraintendenza. Intant, nieħu gost jekk nilqa' feedback dwar dan is-suġġett fuq owen. bonnici@gov.mt sabiex inkunu widnejna mal-art waqt li ntejbu s-sistemi u l-ħidma. OWEN BONNICI Din il-legiżlatura se tibqa' mmarkata għar-riformi li se ndaħħlu biex jitħaffu l-proċeduri fil-kamp kriminali. L-ewwel fil-mira: is-sistema tqila u kontro- produttiva tal-kumpilazzjonijiet Il-valur li jagħti l-logħob tan-nar lill- prodott kulturali huwa imprezzabbli u għandna obbligu li nagħtu għajnuna u kuraġġ lil dawn id-dilettanti Iktar drittijiet għalik

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 July 2017