Illum previous editions

illum 30 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/855208

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 30 ta' Lulju 2017 | illum Sports 29 Christian Formosa u Michelle Vella Wood jirbħu l-aħħar tiġrijiet l-Kampjonat Nazzjonali tat-Time Trial ILKAMPJONAT Nazzjonali tat-Time Trial organizzat mill- Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu ġie fit- tmiem tiegħu nhar il-Ħadd 23 ta'Lulju 2017 bit-tielet tiġrija li saret fuq iċ-ċirkwit Tal-Miżieb fil-Mellieħa fuq distanza ta' 1.1km. Fil-Kategorija tal-Elite, Christian Formosa ta' The Cyclist rebaħ l-ewwel tiġrija staġjonali f 'dan il-Kampjonat tat-Time Trial meta qabeż il-linja f 'ħin ta' 02:17.16. Warajh spiċċaw Etienne Bonello tat-Team Greens CC 02:23.66 u Marco Fiorilla ta' Pro Action All Stars f '02:29.60. Fil-Kategorija Feminili, Michelle Vella Wood tat- Team Greens kisbet rebħa oħra f 'dan l-istaġun f 'ħin ta' tliet minuti u erbatax punt ħamsa ta' sekonda. Fiż-żewġ postijiet ta' wara spiċċaw żewġ ċiklisti ta' Mosta AF Sign Studio CC, Marion Pullicino t-tieni f '03:40.90, filwaqt li Donnah Calleja daħlet it-tielet f '05:04.86 biex telgħet għall-ewwel darba fuq il-podium. Il-Kategorija tal-Juniors intrebħet għal darba'oħra minn Nicholas Attard Montalto ta' The Cyclist meta daħal l-ewwel f 'ħin ta' 02:40.95 biex kiseb suċċess komplet. It-tieni spiċċa sieħbu Isaac Spiteri f 'ħin ta' 02:50.34, filwaqt li t-tielet ikklassifika Gianluca Camilleri ta' B'Kara St.Joseph SC f ' 03:22.91. Ivan Zammit ta' B'Kara St. Joseph SC kiseb rebħa oħra fil-Masters 40+ meta spiċċa l-ewwel f '02:44.57. Għall-Għawdxi Domenic Cutajar ta' Gozo CC din kienet l-ewwel darba li spiċċa fit-tieni post tal-podium meta daħal it-tieni f 'ħin ta' 03:44.91. Id-dedikat Gaetano Degabriele tat-Team Greens spiċċa t-tielet f 'ħin ta' 05:13.65. Il-Kategorija Masters 50+ intrebħet minn Michael Lia ta' Mosta AF Sign Studio CC f '03:14.16, b'Kenneth Zammit ta' The Cyclist jidħol it-tieni f 'ħin ta' 03:26.38. Emmanuel Camilleri ta' Mosta AF Sign Studio CC kiseb it-tielet rebħa tiegħu fil- Masters 60+ fi 03:22.57. Il-Kategorija Feminili tal-Under 15 intrebħet minn Christina Spiteri (The Cyclist) fejn għamlet trippletta f 'ħin ta' 03:44.06. Fit–tieni post spiċċat Veronique Pace Asciak ta' Mosta AF Sign Studio CC f '04:53.24. Il-Kategorija Maskili ntrebħet minn Mika Zammit ta' Agones SFC fi 03:11.81. Warajh spiċċaw żewġ ċiklisti ta' Mosta AF Sign Studio CC, b'Malcolm Vassallo u Matthew Galea Pirotta jispiċċaw rispettivament f 'ħin ta' 03:12.20 u 03:16.12. Il-Kategorija tat-Tfajliet tal-Under 12 intrebħet mill-promettenti Justine De Giorgio ta' Mosta AF Sign Studio CC fi 03:57.16, filwaqt li l-Kategorija tas-Subien intrebħet minn Miguel Galea tat-Team Greens f '04:03.31. Luca Vella ta' The Cyclists daħal it-tieni f 'ħin ta' 04:32.22, mentri Jonas Micallef ta' Mosta AF Sign Studio CC spiċċa t-tielet f '04:51.10. Wara t-tiġrijiet, iċ- ċiklisti rebbieħa kienu ppreżentati bil-midalji minn John Zammit u Joe Bajada, President u Segretarju Ġenerali rispettivament tal- Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu, assistiti minn Euchar Camilleri ta' B'Kara St.Joseph SC. Il-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu tixtieq trodd ħajr lil parteċipanti kollha għal parteċipazzjoni tagħhom, kif ukoll lill- uffiċjali u l-membri tal-klubbs għall- kollaborazzjoni li wrew. Grazzi oħrajn lil ARRTS Timing System immexxija minn Agones Sfc għax- xogħol siewi tagħhom, kif ukoll lil Malta Red Cross Operations, Pulizija, timekeepers u marshals għas-servizz u l-koperazzjoni tagħhom. Mix-Xellug għal-Lemin: Joe Bajada, Etienne Bonello, Christian Formosa, Marco Fiorilla u John Zammit Elite 1. Christian Formosa - The Cyclist 02:17.16 2. Etienne Bonello - Team Greens 02:23.66 3. Marco Fiorilla - Pro Action All Stars 02:29.60 Femminili 1. Michelle Vella Wood - Team Greens 03:27.61 2. Marion Pullicino - Mosta AF Sign Studio CC 03:40.90 3. Donnah Calleja - Mosta AF Sign Studio CC 05:04.86 Juniors 1. Nicholas Attard Montalto - The Cyclist 02:40.95 2. Isaac Spiteri - The Cyclist 02:50.34 3. Gianluca Camilleri - B'Kara St.Joseph SC 03:22.91 Masters 40+ 1. Ivan Zammit - B'Kara St.Joseph SC 02:44.57 2. Dominic Cutajar - Gozo CC 03:44.91 3. Gaetano Degabriele - Team Greens 05:13.65 Masters 50+ 1. Michael Lia - Mosta AF Sign Studio CC 03:14.16 2. Kenneth Zammit - The Cyclist 03:26.38 Masters 60+ 1. Emmanuel Camilleri - Mosta AF Sign Studio CC 03:22.57 Under 15 Feminili 1. Christina Spiteri - The Cyclist 03:44.06 2. Veronique Pace Asciak - Mosta AF Sign Studio CC 04:53.24 Under 15 Maskili 1. Mika Zammit - Agones SFC 03:11.81 2. Malcolm Vassallo - Mosta AF Sign Studio CC 03:12.20 3. Matthew Galea Pirotta - Mosta AF Sign Studio CC 03:16.12 Under 12 Tfaljiet 1. Justine De Giorgio - Mosta AF Sign Studio CC 03:57.16 Under 12 Subien 1. Miguel Galea - Team Greens 04:03.31 2. Luca Vella - The Cyclists 04:32.22 3. Jonas Micallef - Mosta AF Sign Studio CC 04:51.10

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 July 2017