Illum previous editions

illum 30 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/855208

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 30 ta' Lulju 2017 Sports 32 X'qed jinħema mix-xena tal-futbol NEYMAR - Lionel Messi u Luis Suarez ikkonvinċew lil Neymar biex jibqa' ma' Barcelona għalkemm kien hemm spekulazzjoni li huwa seta' jingħaqad ma' PSG. Dan l-istilla Brażiljana ġie rrapurtat li seta' jingħaqad ma' PSG għas-somma rekord ta' €222 miljun, iżda sħabu l-plejers tal-Katalani kkonvinċewh biex jirrifjuta l-offerta magħmula minn PSG u jibqa' fil-Camp Nou. NEMANJA MATIC - Juventus temmew l-interess tagħhom fil-midfielder ta' Chelsea Nemanja Matic, u b'hekk ħallew il-bieb miftuħ għal Manchester United biex jiffinalizzaw dan it-trasferiment. Il-Blues qed jitolbu s-somma ta' €40 mijun għal dan il-plejer internazzjonali Serb, b'Juventus ma jinsabux f 'pożizzjoni li jilħqu dan l-ammont. SAMUEL NASRI - Kuntrarju għal Neymar li sħabu l-plejers ta' Barcelona iriduh jibqa' magħhom, sħab il- plejers ta' Nasri ma' Manchester City ma jixtiqux li Nasri jibqa' magħhom. Huwa fadallu sentejn kuntratt ma' Manchester City, iżda jidher li fid-dressing room mhux persuna popolari, fejn l-attitudni tiegħu xejn ma tinżel tajjeb mal-plejers sħabu u b'hekk jixtiequ li huwa jinbiegħ lil xi klabb ieħor. ALEXIS SANCHEZ - It-trasferiment potenzjali ta' Alexis Sanchez ma' PSG jinsab f 'dell ta' dubju minħanba li aspetti finanzjarji interrompew it-taħdidiet bejn Arsena u l-ġganti Franċiżi. Iċ-Ċilean kien issemma ħafna li seta' jingħaqad ma' PSG mingħand Arsenal wara li kien diġà ltaqa' mad-direttur sportiv ta' PSG, Antero Henrique. Iżda għalkemm ġie nnutat progress fit-taħdidiet, issa ġew irrapuratti xi ntoppi li se jkunu qed iwasslu biex dan it-trasferiment ma jiġix immaterjalizzat. WILFRIED BONY - Swansea City laħqu ftehim ma' Manchester City għat-trasferiment ta' Wilfried Bony iżda jinsabu konċernati rigward it-talbiet tiegħu ta' €130,000 fil-ġimgħa bħala salarju. B'Fernando Llorente jidher li se jkun qed iħalli lill-Iswans, dawn tal-aħħar iridu lil Bony bħala sostitut, iżda ma jidhrux f 'pożizzjoni li jilħqu t-talbiet astronomiċi tas-salarju tiegħu. MARCO VERRATTI - Marco Verratti ilu jisħaq li jixtieq iħalli lil PSG u donnu li qed jgħodd il-ġranet biex iħalli lill-Pariġini. Issa daħlu fit-trattattiva r-Red Devils ta' Mancheser United b'Jose Mourinho għandu stima kbira ta' dan il-plejer u jixtieq li jingaġġah f 'Old Trafford fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin. Għadu mhux magħruf kemm Manchester United huma lesti li joffru għal dan il-plejer. MARCO ASENSIO - Marco Asesnsio irid ikun ippremjat minn Real Madrd għall-progress li għamel matul l-istaġun li għadda wara interess fih ġej minn Arsenal, Manchester United u Juventus. Il- president tal-Madrileni, Florentino Perez jinsab determinat li ma jbiegħx lil Asensio, iżda l-attakkant qed jitlob irwol importanti fit-tim immexxi minn Zinedine Zidane u mistenni jiffirma kuntratt ġdid li jkun in linja ma' dawk offruti lilu minn Arsenal u Manchester United. minn Cristian Antony Muscat ASHLEY YOUNG - Jose Mourinho se jkun qed jirrifjuta offerti għal Ashley Young hekk kif jidher li dan il-plejer jinsab fiċ-ċentru tal-pjanijiet tal-manager Portugiż. Stoke City jinsabu ddisprati f 'dan il-plejer ta' 32 sena, iżda Mourinho qed iqisu bħala plejer essenzjali għat-tim tiegħu u żgur li mhux se jkun qed iħalli lit-tim minn Old Trafford. WILLIAM CARVALHO - Arsenal qed jippreparaw li jagħmlu offerta ta' £30 miljun għall-midfielder ta' Sporting Lisbon William Carvalho. Dan tal-aħħar jixtieq li jmur jilgħab fil-Premier League fl-Ingilterra wara snin twal ta' spekulazzjoni jissemma' li seta' jingħaqad ma' Arsenal. Iżda issa l-Gunners jinsabu lesti li jakkwistaw lil dan il-plejer hekk kif din hija x-xewqa primarja ta' Arsene Wener. Interessati f 'dan il-player hemm ukoll Liverpool.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 July 2017