Illum previous editions

illum 30 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/855208

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 30 ta' Lulju 2017 | illum Sports 31 Ir-Rolex Middle Sea Race 2017 tattira numru sabiħ ta' kompetituri BI ftit inqas minn 100 jum sabiex jingħata bidu għat-38 edizzjoni tal-Rolex Middle Sea Race, il-lista tad-dħul kurrenti turi kull sinjal huwa simili man-numru reġistrati u d-diversità tal-jottijiet tas-snin riċenti. Waħda mill-ftit tlielaq ta' 600 mili nawtiċi, ir-Rolex Middle Sea Race hija meqjusa sewwa bħala klassika, u waħda li tissemma sew fil-komunita tal-ibburdjar. Sa issa hemm ħmistax in-nazzjon rapprezentati min 38 jott li jvarjaw minn 35 sa 72 pied. Għal darb'oħra r- Royal Malta Yacht Club (RMYC) qed jistenna li jospita flotta internazzjonali kompetittiva ħafna. Il-Commodore tar-RMYC, Godwin Zammit stqarr hekk: "Il-preparazzjonijiet qegħdin fis-seħħ sabiex ir-Rolex Middle Sea Race terġa tkun avveniment tassew memorabbli u ta' suċċess. Il-Klabb għaddej b'ħafna xogħol biex jiżgura li kollox ikun fis-seħħ meta l-kompetituri jaslu f 'Ottubru. " Ir-rekord ta' partecipazzjoni ġie rregistrat fis-sena 2014, meta kienu ħadu sehem 122 jott. L-aħħar snin raw in-numru ta' parteċipanti regolarment jaqbez il-100 dgħajsa. L-aspettattivi huma għal attendenza simili, speċjalment minħabba ż-żieda kontinwa fl-interess fit- tlielaq offshore kif jidher mill-aħħar edizzjonijiet tal-Rolex Fastnet u Rolex Sydney Hobart. Sa'issa l-ikbar dgħajjes reġistrati huma l-Maxi 72 Momo ta' Dieter Schön u l-Marten 72 Aragon mdaħħla minn Lucy Jones tal- Performance Yacht Charter. Momo kien ipparteċipa fil-Rolex Middle Sea Race tal-2015, meta dan l-jott Ġermaniż wasal biex kwazi tellef l-unuri lil-jott favorit, Rambler. Momo spiċċa biex rebaħ il-klassi tiegħu u fit-tielet post fil-klassifika ġenerali. Ftit wara li spiċċa it-tellieqa fl-2015, Schön spjega id-diffikulta ta' din it- tellieqa: "Kien bidu tajjeb għalina u naħseb li aħna kellna strategija tajba fir-rotta lejn Sqallija iżda, kif kien mistenni, l-ewwel lejl kien diffiċli ħafna. Għaddejna mill-Istrett ta' Messina tajjeb ħafna, u bqajna sejrin tajjeb sa kemm għaddejna minn hdejn Stromboli. Quddiem Palermo, ir-riħ naqas xi ftit u il-pass batta għal xi ħames sigħat. Irkuprajna xi ftit iżda kellna waqfa oħra f 'Lampedusa. Peres li kien hemm ħafna jottijiet fis- sitwazzjoni taghna, kienet daqxejn diffiċli biex tbaħħar madwarhom". L-inċertezza tat-temp hija waħda mir-raġunijiet li ir-Rolex Middle Sea Race hija tant popolari. It-tellieqa tagħti sfida qawwija għan-navigaturi biex jieħdu d-decizjonijiet tajbin. Wieħed irid jikkonsidra ukoll il-ħin tal-mistrieħ għall-ewkipaġġi sabiex jkunu iffukati sakemm ikunu qedin itellqu. Raġuni oħra għaliex l-ekwipaggi jibqgħu jirritornaw huwa ix-xenarju, li jesperjenzaw matul il-korsa li tikkonsisti f ' ċirkumnavigazzjoni ta' Sqallija, b'bidu u tmiem f 'Malta. George David, li stabbilixxa r-rekord tal-korsa f 'ħin ta ġurnata 23 siegħa 55 minuta u 3 sekondi fl-2007 bid-dgħajsa Rambler preċedenti, irrimarka s-sena li għaddiet li: "Il-Rolex Middle Sea Race hija dejjem pjaċevoli. Din hija l-aktar korsa sabiħa fid-dinja. Il- gżejjer f 'jum ċar huma spettakolari. Nibqaw nerġgħu lura minħabba s-sbuħija ta 'Malta, l-ospitalità tan- nies, ix-xenarju u mhux wisq anqas ir-riħ li jista' jinzerta tajjeb iżda ukoll frustranti. " L-iżgħar jott li ġiet reġistrata sa'issa hija Crusader, minn New Zealand, li hija mibnija b'fibra tal-karbonju u għandha canting keel. B'kundizzjonijiet favorevoli, Crusader tista tkun dgħajsa b'cans ta'rebħa anke jekk wieħed irid imur lura għall-2002 biex isib l-aħħar darba li jott ta' dan id-daqs u tip rebaħ it-tiġrija fuq handicap. Crusade se jikkompetu fil-Rolex Fastnet Race fix-xahar li ġej u b'din il-partecipazzjoni joffru indikazzjoni bikrija ta 'forma potenzjali f 'din il- parti tad-dinja. Il-Rolex Middle Sea Race tibda nhar is-Sibt, il-21 ta' Ottubru 2017 u ċ-ċerimonja tal-premijiet issir nhar is-Sibt, it-28 ta' Ottubru 2017. Ir-reġistrazzjonijiet jgħalqu nhar il-Ġimgħa 6 ta 'Ottubru iżda l-ekwipaġġi huma mħeġġa jissottomettu r-reġistrazzjonijiet tagħhom mill-iktar fis possibli. Aktar informazzjoni dwar ir-Rolex Middles Sea Race tinsab fuq is-sit uffiċjali - www.rolexmiddlesearace.com jew għamlu kuntat mar-Royal Malta Yacht Club permezz ta' email fuq info@rmyc.org jew fuq in-numru tat- telefown, 21333109. Jott li ħa sehem waqt waħda mill-edizzjonijiet passati tar-Rolex Middle Sea Race Neville Ciantar jerġa' jispiċċa fit-tielet post fil-King of Wales NEVILLE Ciantar u Malcolm Paul Gauci tan-Nusu Offroad Racing Team għamlu suċċess ieħor ġewwa Wales. Ciantar u Gauci flimkien mat- tim tagħhom hadu sehem f 'din it-tellieqa li hija parti mill-Kampjonat Ewropew ta' Ultra 4 Europe, b'din ta Wales hija magħrufa li hi waħda mill- aktar diffiċli. L-attività ttellgħet bejn il-Ġimgħa 14 u l-Ħadd 16 ta' Lulju. Fil-kompetizzjoni ħadu sehem 38 team minn mad-dinja kollha b'tipi ta' vetturi differenti. In-Nusu Off Road Racing Team ħa sehem bil-vettura tat-tip Goat li ġiet mibnija apposta għal dan it-tip ta' sport estrem. Is-sewwieqa tan-Nusu Offroad Racing Team għandhom snin ta' esperjenza f 'dan l-isport u kisbu diversi riżultati simili fil-passat. Neville Ciantar Organizzat b'suċċess it-tieni stadju tal-Kinder+Sport Tennis ITTIENI stadju tal-Kinder+ Sport tournament organizzat mill-Malta Tennis Federation fil-klabb ta' Pembroke Rackets Club bis-sapport ta' Kinder Ferrero kien suċċess. Attivitajiet u logħob għat-tfal organizzati fil-courts tat-tennis f 'Pembroke kienu mmirati biex jagħtu għarfien liż-żgħażagħ dwar il-fairplay u l-ispirtu sportiv. Wara t-tournament ta' suċċess li kien organizzat f 'Ġunju fil-Marsa Sports Club, l-organizzaturi pprovdew pjattaform oħra għat-tfal Maltin fejn jipprattikaw l-isport favorit tagħhom taħt il-kunċett 'Joy of Moving' (il-ferħ li jġib miegħu l-eżerċizzju). Mat-30 parteċipant ħadu sehem fit- tournament maqsuma skont l-eta' bejn U10 sa U16.Dawn il-logħob intlagħbu bla umpires bit-tfal stess jiddeċiedu l-punti, bil-logħob jintlagħab f 'fairplay. Rebbieħa miż-żewġ tournaments se jirrapreżentaw lil Malta f 'Masters Internazzjonali f ' Ruma bejn l- 20 u l-25 ta' Awwissu. Tfal minn disa' pajjiżi (Awstrija, Bulgarija, Ġermanja, Italja, Iżrael, Lussemburgu, Monaco, Ungerija u Malta se jikkompetu f ' Ruma biex jintgħażlu r-rebbieħa. Il-finali ta' kull kategorija f 'Pembroke kienu dawn: Subien U10 Rebbieħ: D Pullicino Runner Up: Z Zammit Subien U11 Rebbieħ: J Bonello Runner Up: L Bianco Subien U12 Rebbieħ: F Hollingsworth Runner Up: S Palma Subien U13 Rebbieh: L Meschini Runner Up: L Gabaretta Subien U14 Rebbieħ: M Grixti Runner Up: M Critien Subien U15/16 Rebbieħ: L Delicata Runner Up: S Baldacchino Bniet U10 Rebbieħ: K Borg Runner Up: S Grech Bniet U11 Rebbieħ: J Dimech Runner Up: K Borg Bniet U12 Rebbieħ: J Dimech Runner Up: E Buhagiar Bniet U13/14 Rebbieħ: E Mallia Runner Up: E Buhagiar Bniet U15/16 Rebbieħ: K Dimech Runner Up: E Mallia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 July 2017