Illum previous editions

illum 30 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/855208

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

3 Il-Ħadd 30 ta' Lulju 2017| illum Aħbarijiet Il-Ministru Bonnici se jagħmel talba għall-għajnuna lill-għaqdiet tal-festi Bħalissa għaddejjin diversi laqgħat preliminari mal-Kunsill Malti tal-Arti Albert Gauci Cunningham IL-MINISTERU għall- Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali se jkun qed jagħmel talba formali biex fil-baġit li jmiss tkun allokata somma flus mill-baġit tal-pajjiż li tmur għal għajununa lil soċjetajiet mużikali , għaqdiet tan-nar u gruppi oħrajn li għandhom ħidmiethom relatata mal-festi Maltin. Dan żvelah mal-ILLUM il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici li kkuntattjat minn din il-gazzetta sostna illi kemm qabel u aktar wara l-elezzjoni avviċinawh bosta persuni li b'xi mod huma marbutin mal- festi, b'mod speċjali persuni li jaħdmu l-logħob tan-nar. Bonnici, li l-Ħadd li għadda fl-artiklu ta' kull nhar ta' Ħadd tiegħu fuq din il-gazzetta għamel aċċenn fuq il-bżonn li jkunu mgħejjuna dawk li jagħmlu xogħol imprezzabbli fil-festi, qal illi bħalissa għaddejjin laqgħat preliminari mal-Kunsill Malti tal-Arti. Il-laqgħat qed jitmexxew minn Albert Marshall li se jkun qed jinforma lill-Ministru Bonnici bil-proposti u t-talbiet li qed isiru. Minkejja dan, Bonnici għamilha ċara illi l-għan tal- Gvern huwa li jagħti għajnuna permezz ta' skemi u proġetti partikolari u li bl-ebda mod dan ma jfisser li l-Gvern qed jiffinanzja l-festi hu. F'intervista fuq din il-gazzetta nhar il-Ħadd 2 ta' Lulju 2017 id-Dekan tal-Fakultà tas-Social Wellbeing Andrew Azzopardi oġġezzjona għall-finanzjament dirett lill-festi Maltin, minflok għajnuna bi skemi. Azzopardi kien sostna illi jekk "jingħataw rifużjonijiet u jsiru skemi, kollox sew. Imma mhux flus diretti għax inkella l-festi jibdew jiżviluppaw skont l-esiġenzi ta' min qed jagħti l-fondi." Intant Bonnici fakkar illi waslet biex tagħlaq ukoll sejħa għas-soċjetajiet mużikali li jixtiequ jwettqu proġetti infrastrutturali, bħal swali fejn isir t-tagħlim tal-mużika jew bdil ta' soqfa għall-kmamar tan-nar, kif ukoll għal dawk li jixtiequ jagħmlu diġitali l-mużika li għandhom fil- librerija tagħhom, biex b'hekk dan ix-xogħol ma jintilef qatt. Din l-inizjattiva hija parti mill-wegħdi tal-Partit Laburista biex għaqdiet mużikali madwar il-pajjiż ikunu mgħejjuna, fost l-oħrajn biex isiru sidien tal-każin. Dan dejjem taħt il-kundizzjoni li s-soċjetà tkun reġistrata bħala għaqda non-governattiva (NGO) u jkollha s-sitwazzjoni finanzjarja skrutinizzata u kif suppost. Il-Ministru Owen Bonnici se jkun qed jitlob għal allokazzjoni mill-baġit biex tingħata għajnuna lil tal-festi L-aħħar irtokki qabel il-Kunsill Lokali tal-Belt jidħol Cafè Premier IL-KUNSILL Lokali tal-Belt Valletta mistenni jidħol jopera mill-uffiċji l-ġodda tiegħu fis-sit fi Pjazza Reġina fejn qabel kien hemm Cafè Premier, sa tmiem din is-sena. Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici, fil-Parlament qal kif fil-preżent, għaddejjin xogħol ta' finishes fil-post. Dawn ix-xogħlijiet qed isiru mid-Direttorat tar-Restawr u mistenni li l-Kunsill Lokali jkun jista' jibda jopera mill-post il-ġdid tiegħu din is-sena stess. Is-sit fil-Belt kien is-suġġett ta' kontroversja lura fl-2014 meta l-Gvern kien ħallas mal-€4.2 miljuni sabiex jakkwista lura s-sit sabiex dan ma jkunx ta' dannu jew periklu lill-Bibjoteka Nazzjonali li tinsab fis-sular ta' fuqu. Din l-informazzjoni ngħatat fil- Parlament mill-Ministru Owen Bonnici għal domanda tad-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 July 2017