Illum previous editions

illum 7 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/922847

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 07 ta' Jannar 2018 | illum Intervista 13 maċ-ċinga biex oħti tittaqqab' baqgħet tiżdied. Tant hu hekk li Jade, tirrakkonta li mas-sieħeb il-ġdid li kellha ġieli ġibdu kilo kokaina f 'tliet xhur. "Kont niġbed il-coke kullimkien, jekk qed insajjar, jekk qed insuq nitfa' mal-ġenb u niġbed. Fid-daqqa u l-ħin bdejt niġi ħażin, bdejt niftakar fil- passat, fl-esperjenzi koroh allura dejjem ridt iktar, ridt immewwet dak l-uġigħ li ġera warajja daż-żmien kollu." Jade tkompli tispjega kif ftit żmien wara biex tikkalma l-effett tal-kokaina darret għall-użu tal-eroina, "kont nittaqqab kmieni filgħodu biex meta jqumu t-tfal inkun kalma." Meta ftit żmien wara spiċċaw il-flus, is-sieħeb tagħha ġegħelha tibda tipprostitwixxi ruħha. "Kif kont nasal fil-punt biex nagħmel dan kont nistaqsi lili nnifsi x'qed nagħmel, però mbagħad nieħu d-droga u ninsa kollox," qaltilna Jade. L-istess sieħeb kien intbagħat il-ħabs biex jiskonta sentenza u għalhekk hi reġgħet spiċċat weħidha. "Kont spiċċajt f 'sitwazzjoni gravi, it-tifla tiegħi ta' 11-il sena spiċċat l-omm, spiċċat tieħu ħsiebna kollha. Niftkar it-tifla l-kbira tibkili biex ma niħux." Issib il-faraġ fil-Caritas Però fi tmiem din l-istorja xejn feliċi, jidher li Jade sabet il-kuraġġ sabiex tiffaċċja l-konsegwenzi tad-deċiżjonijiet tagħha u tikkanċella l-vjaġġ qerriedi li kienet għaddejja minnu fid-dinja tad-drogi. Imma f 'dan il-punt Jade ħasset li kellha tagħmel xi ħaġa biex tbiddel ħajjitha għaliha u għal uliedha. Bid- dmugħ f 'għajnejha tispjega kif u tibda,"fl-aħħar qomt u ħassejtni lesta sabiex inbiddel ħajti, ġbart lil uliedi u għidtilhom, uliedi tant kemm inħobbkom, li rrid nagħmel xi ħaġa. Se jkolli mmur nibda l-programm. Mort l-Appoġġ u għidtilhom li għandi bżonn l-għajnuna." Din l-istorja għal Jade hi tagħlima kbira, "inħares lura u narah bħala eżempju, jiddispjaċini ħafna li ma ħabbejtx lili nnifsi. Il- programm tal-Caritas għinni naċċetta problemi li ġibt jien b'idi stess. Dan kien proċess li kelli ngħaddi minnu. Kuntenta li qiegħda hawnhekk għaliex hawn nies li jistgħu jifhmuk, nies li għaddew minn esperjenzi simili, titgħallem kuljum. Grata li qomt u grata li qiegħda hawnhekk." Ir-reżoluzzjonijiet ta' Jade għas-sena 2018 huma tnejn; li tkompli tieħu l-programm bis-serjetà u li tkun omm eżemplari. "Nilmaħhom ġejjin mill- bieb tal-ħġieġ meta jiġu hawn, inpoġġi quddiemhom u ngħidilhom aħfruli ta' dak kollu li għaddejtkom minnu. Però nassigurakom intom mhux se tgħaddu minn dak li għaddejt jien." (L-isem tal-mara ġie mibdul sabiex tiġi protetta l-identità tagħha) Kont spiċċajt f 'sitwazzjoni gravi, it-tia tiegħi ta' 11-il sena spiċċat l-omm, spiċċat tieħu ħsiebna kollha. Niftakar it-tia l-kbira tibkili biex ma niħux. " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 January 2018