Illum previous editions

illum 7 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/922847

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

5 Il-Ħadd 07 ta' Jannar 2018 | illum Aħbarijiet FILĠRANET li ġejjin taħt il-Presidenza Ewropea tal-Bulgarija, il-pajjiżi tal- Unjoni Ewropea se jdaħħlu fis-seħħ qbil li laħqu mal-Parlament Ewropew dwar l-emissjonijiet fl-ajru. It-tibdil se jkun qed ibiddel il-parametri stabbiliti kif imressqa matul l-aħħar summit globali ambjentali f 'Pariġi, li matulu l-Ewropa kienet intrabtet li tnaqqas l-emissjonijiet b'40% sas- sena 2030. Qabel il-Milied il-Kunsill u l-Parlament Ewropew laħqu qbil li jkunu kemmxejn flessibbli fl-ammont tat- tnaqqis u l-mod kif se jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ajru, bl-aktar waħda tkun il-mira, li tnaqqset minn 40% għal 30% għall-2030. Dan meta l-għaqdiet ambjentali kienu qed isostnu li l-mira ewlenija ta' 40% ma kinitx se tkun biżżejjed biex it-temperaturi madwar id-dinja ma jogħlewx b'aktar minn 2 gradi. Lanqas ma huwa ċar il-mod kif se jitkejjel it- tnaqqis fl-emissjonijiet li fuqu ntlaħaq il-qbil, għaliex ir-rendikont se jinvolvi kreditu minn settur għall- ieħor, fejn pereżempju jekk settur ikun qabeż il-limitu jkun jista' jingħata 'kreditu' minn settur ieħor li ma jkunx ħammeġ ħafna u jkun għadu taħt il-limitu. Il-ftehim se jkun qed jgħodd għall-emissjonijiet fl-ajru mis-setturi tat-trasport, il- bini, l-iskart u l-agrikoltura. L-għaqdiet ambjentali hawnhekk qalu li din il- forma ta' kreditu se twassal għal tunellati ta' emissjonijiet żejda fl-ajru għaliex mhux ċar kif il-pajjiżi se jagħtu rendikont skont kull settur. Għaldaqstant il-ftehim bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew se jwassal biex dan il-kalkolu jibda jittieħed aktar kmieni minn Ġunju tas-sena d-dieħla u mhux minn Jannar tal-2020 kif miftiehem fil-ftehim li kien tressaq f 'Pariġi. Mhux mistenni li fiż-żmien li ġej, il-pajjiżi membri tal- Unjoni Ewropea jbiddlu dan l-aħħar qbil li ntlaħaq dwar l-emissjonijiet. jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino L-Ewropa tispiċċa tieħu nofs pass lura fit-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-ajru • Il-limitu tal-emissjonijiet jonqos minn 40% għal 30% • Kreditu fl-emissjonijiet minn settur għall-ieħor Jibda l-proċess ta' konsultazzjoni dwar il-proġett tal-pjazza tax- Xewkija ILMINISTRU għal Għawdex Justyne Caruana nediet il-proċess ta' konsultazzjoni dwar il-pjazza tax-Xewkija. Waqt laqgħa apposta li saret fix-Xewkija stess, ġew ippreżentati d-diżinji preliminari tal-proġett għall- kummenti u s-suġġerimenti tal-pubbliku. Il-Ministru Caruana qalet li dawn ix-xogħlijiet ilhom mistennija li jsiru u issa wasal iż-żmien li dan il-proġett jitwettaq. Qalet li dan mhux biss biex fix-Xewkija ikun hemm pjazza li tixraq, imma wkoll għaliex hemm sfidi u perikli oħra relatati mal-influss enormi ta' traffiku li jirrikjedi mmaniġġjar aħjar. Għal din il-laqgħa kien hemm preżenti l-membri tal-Kunsill Lokali, l-istakeholders u l-kumitati tar-raħal, fejn flimkien mar-residenti, ġiet diskussa l-proposta, il-kunċett, id- diżinn u l-isfidi li jinvolvi dan il-misraħ. Dan il-proċess ta' konsultazzjoni huwa mistenni li jiġi konkluż fl-aħħar ta' Frar biex malli jitlesta, il-Ministeru għal Għawdex ikun jista' jissottometti l-applikazzjonijiet tal-awtoritajiet konċernati. Matul dan ix-xahar se jibda wkoll il-proċess ta' konsultazzjoni dwar il-Pjazza ta' San Franġisk, li tinsab fir- Rabat Għawdex. Se jsiru wkoll diversi proġetti fix-Xewkija, fosthom fi Triq il-Knisja u Triq il-Ħamrija. Dawn iż- żewg toroq huma fost lista ta' xogħlijiet infrastrutturali li se jsiru madwar Għawdex bħala parti minn 'Proġett Għawdex'. Ritratt George Scerri MGOZ Il-fondazzjoni Qalb it-Tfal takkwista sitt manikini għall-appoġġ bażiku tal-ħajja Tfassal programm tal-appoġġ bażiku għall-ħajja fit-Taqsima tal-Kura Intensiva Pedjatrika tat-Trabi tat-Twelid (NPICU) u se jitqassmu fuljetti u jintwerew filmati fl-isptar Mater Dei ILFONDAZZJONI Qalb it- Tfal flimkien mal-ħaddiema fit-Taqsima tal-Kura Intensiva Pedjatrika tat- Trabi tat-Twelid (NPICU) fl-isptar Mater Dei fasslu programm tal-appoġġ bażiku għall-ħajja (Basic life support) fl-NPICU li joffri gwida lil ġenituri ġodda kif jistgħu jeżaminaw lit- trabi tagħhom u jgħinhom b'miżuri li jridu jittieħdu f 'każijiet meta trabi jkunu qed jifgaw jew kif jingħata s-CPR. Sabiex ikun jista' jsir dan il-programm il-fondazzjoni xtrat sitt mankini, tnejn minnhom speċjalizzati għall-professjonisti filwaqt li l-erbgħa l-oħra għat-tagħlim fost tal-istaff u l-pubbliku in ġenerali. Il-manikini nxtraw permezzi ta' attivitajiet għall- ġbir tal-fondi organizzati mill-Orkestra Filarmonika ta' Malta u sponsors mill- kumpaniji Prohealth, Ganado Advocates, il-fondazzjoni ta' Blevins Franks u donazzjonijiet oħra li waslu mill-pubbliku. Flimkien mat- taqsima NPICU u t-taqsima Medical Illustration fl-isptar Mater Dei, il-fondazzjoni Qalb it-Tfal se tkun qed tniedi sensiela ta' filmati u fuljetti informattivi sabiex jedukaw lill-ġenituri ġodda fuq 'basic life support skills' lil li jistgħu jagħtu lil uliedhom. Il-fondazzjoni Qalb it-Tfal tinsab impenjata li tkompli taħdem sabiex tgħin u tagħti l-appoġġ lil tfal fil-bżonn u oħrajn vulnerabbli fis-soċjetà. Għalkemm ukoll fost il-miri tagħha hemm li matul l-ewwel tliet tas-sena tipprovdi 'counselling' u servizzi psikoloġiċi lill-ġenituri u l-istaff fit-taqsima tal-NPICU u tixtri jew tikri appartament fejn il-familji jkunu jistgħu joqogħdu sabiex ikunu qrib ta' uliedhom waqt li jkunu fl-NPICU. Filwaqt li se tgħin lit-tfal kollha fil-bżonn, matul din is-sena tkun qed issaħħaħ il-ħidma tagħha fost tfal li qed ibatu minħabba problemi soċjali.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 January 2018