Illum previous editions

illum 7 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/922847

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

Il-Ħadd 07 ta' Jannar 2018 | illum 23 L-Oroskopju Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Il-bidu tas-sena l-ġdida se tfisser li trid timxi b'rankatura li suppost timxi biha fil-ħajja ta' madwarek. Madankollu żomm lilek innifsek iffokat ftit aktar mis-soltu sabiex minħabba din il-pożizzjoni ma tikkommettix ċertu żbalji li forsi jistgħu jkunu ta' xi konsegwenzi. Namaste Kuluri favoriti ma' Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt Id-dati ideali għalik huma: 7, 9, 13 u 15 L-istilla li se tispirak għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Libra Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Il-bidu tas-sena se jkun ifisser mument ta' ftit aktar tensjoni mis-soltu. Issa minħabba dan trid tagħraf tikkontrolla kemm lilek innifsek u ferm aktar is-sitwazzjonijiet li jistgħu jiżviluppaw madwarek. Sfortunatament ġej żmien ftit delikat għalik imma agħraf ikkonfrontah kemm tista' pożittivament. Namaste. Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn: blu u aħdar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta Id-dati ideali għalik huma: 8, 10, 13 u 14 L-istilla li se tispirak għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Scorpio Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Il-bidu tas-sena l-ġdida ser ikun ifisser mument ta' aktar konċentrazzjoni u għalhekk issa li int taf dan kollu suppost għandek tagħraf tikkontrolla aktar lilek innifsek u dak li hemm madwarek sabiex dak li ġej tiffaċjah b'aktar kalma u trankwillità. Namaste. Kuluri favoriti ma' Aries huma dawn: aħmar u kannella L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn Id-dati ideali għalik huma: 9, 11, 12 u 15 L-istilla li se tispirak għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Sagittarius Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju I l - bidu tas-sena l-ġdida ser ikun ifisser mument ta' aktar paċenzja issa dan jaf ikun tajjeb sabiex int timxi aktar b'maturità u għaqal f 'dak li hemm ġej fil-ħidma tiegħek u ferm aktar fir-relazzjoni li għandek. Agħraf ikkombina l-paċenzja madwarek. Namaste Kuluri favoriti ma' Taurus huma dawn: blu u oranġjo L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa Id-dati ideali għalik huma: 8, 10 12 u 14 L-istilla li se tispirak għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Capricorn Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Il-bidu taas-sena l-ġdida ser ikun ifisser mument li se jagħmel aktar agressiv fl-ambizzjonijiet tiegħek kemm dawk personali u dawk ta' madwarek. Dan jaf ikun ta' sfida għalik u se jsarraf biex int turi aktar l-abbiltà qawwija f 'dak li int tesprimi u twassal. Namaste. Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: isfar u oranġjo L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ħamis Id-dati ideali għalik huma: 7, 9, 13 u 15 L-istilla li se tispirak għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Aquarius Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Il-bidu tas-sena l-ġdida ser tkun tfisser mument ta' aktar kontroll tiegħek innifsek fejn jekk int is-soltu kont tkun ikkontrollata minn ċertu aspetti tal-ħajja dan issa sejjer jinbidel kompletament u bħala Cancer se tagħraf tieħu kontroll aktar f 'dak kollu li hemm madwarek. Namaste. Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: abjad u blu L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa Id-dati ideali għalik huma: 7,12, 14 u 15 L-istilla li se tispirak għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Pisces Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Il-bidu tas-sena l-ġdida se tkun tfisser mument tli jqawwilek iżjed l-abbiltà tiegħek sabiex b'hekk tagħraf aktar il-kontroll tal-ħajja kemm tiegħek personali kif ukoll ta' madwarek. Dan huwa perjodu li jista' jkun li fih terġa' tirbaħ dak li tlift jew ħadulek mill-karattru tiegħek. Namaste. Kuluri favoriti ma' Leo huma dawn: oranġjo u lewn id-deheb L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa Id-dati ideali għalik huma: 10, 12, 13 u 14 L-istilla li se tispirak għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Aries Leo huma magħrufin kemm huma nies umli Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Il-bidu tas-sena l-ġdida ser tkun tfisser mument li fih tagħraf timxi b'pass mgħaġġel fejn jekk is-soltu kont iddum sabiex tieħu xi deċiżjoni issa dan se tibda twettqu b'aktar ħeġġa u dan ifisser li r-ritmu tal-ħajja tiegħek se jieħu direzzjoni ġdida. Namaste Kuluri favoriti ma' Virgo huma dawn: isfar u kannella L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn Id-dati ideali għalik huma: 9, 11, 12 u 15 L-istilla li se tispirak għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Taurus Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Il-bidu tas-sena l-ġdida ser tkun tfisser mument li fih int tagħraf aktar il-bilanċ ta' madwarek. Għalkemm int se tkun mitluf b'ħafna proġetti xorta waħda għandek tagħraf il-bilanċ fil-madwar kollu tiegħek speċjalment f 'dan il-bidu ta' sena ġdida. Namaste. Kuluri favoriti ma' Libra huma dawn: blu u abjad L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa Id-dati ideali għalik huma: 8, 10, 12 u 14 L-istilla li se tispirak għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Gemini Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Il-bidu tas-sena l-ġdida ser ikun mument inċert f 'dak li int trid twettaq għax dan il-bidu se joħloq ftit tat-tensjoni fl-iskorpjuni imma trid tagħraf issarraf l-abbilità magħrufa tiegħek b i e x b'hekk tkompli miexxi b'determinazzjoni u tħares 'il quddiem għal dak li ġej għalik. Namaste Kuluri favoriti ma' Scorpio huma dawn: iswed u vjola L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa Id-dati ideali għalik huma: 9, 11, 14 u 15 L-istilla li se tispirak għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Leo Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru Il-bidu tas-sena l-ġdida ser tkun mument ta' riflessjoni aktar fl-imħabba li int għandek minħabba li taf terġa' tidħol fil-passat tiegħek u din ovvjament taf toħloq xi problemi kemm lilek u anke lil ta' madwarek. Għalhekk agħraf li l-passat huwa ktieb magħluq. Namaste. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma dawn: blu u roża L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ħamis Id-dati ideali għalik huma: 7, 9 , 12 u 14 L- istilla li se tispirak għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Virgo Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Il-bidu tas-sena l-ġdida ser ikun mument opportun biex tkabbar il-madwar kollu tiegħek f 'dak li tixtieq. Dan jista' jitwettaq għax l-enerġija pożittiva li bħalissa għandek madwarek jagħmel possibbli li tirċievi dak kollu li jista' jagħmlek aħjar. Namaste. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma dawn: aħmar u vjola L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas- Sibt Id-dati ideali għalik huma: 8, 10, 12 u 15 L-istilla li se tispirak għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Leo Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom L-Oroskopju għall-bidu tas-sena 2018 add 07 ta' Jannar 2018 | PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' żżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste. Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Rigal lill-qarrejja ta' din il-paġna Okkażjoni rari tal- qamar kwinta Dan ix-xahar f 'okkażjoni rari se jkollna żewġ episodji ta' Qamar Kwinta. Eżattament fl-1 ta' Jannar beda l-ewwel qamar kwinta li jissejjaħ Wolf Moon u fil-31 ta' Jannar se jkollna t-tieni qamar kwinta, li jissejjaħ Blue Moon. L-isem ta' Wolf Moon ġie mogħti peress li jingħad li l-lupi jingħaqdu bħala grupp u jibdew bħal iqimu l-qamar bl-inbieh tagħhom. Kien hemm żmien li dan il-qamar kien jissejjaħ ukoll Old Moon. L-isem ta' Blue Moon jiġi mogħti lil dak il-qamar li jinzerta jkun it-tieni qamar f 'dak il-perjodu tal-istess xahar kif inzertaw f 'dan ix-xahar. F'dan l-ewwel qamar kwinta ta' din is-sena sejrin jibbenifikaw ħafna diversi żodijaċi fosthom Aquarius, Gemini, Cancer u Sagittarius imma għal oħrajn bħal Pisces, Taurus, Leo u Scorpio se jkun mument xi ftit imqalleb. Għall-imħabba dan il-qamar kwinta joffri aspettativa tajba, joffri wkoll għal min qed jaħseb għal tarbija u għal min sejjer xi vaganza, dan imur għal dawk li jaqaw taħt Gemini, Sagittarius, Cancer, Aquarius u Libra iżda l-oħrajn ukoll għandom il-fortuna f 'dan l-istadju ta' dan il-qamar kwinta. Għal aktar tagħrif tistgħu żżuru il-websajt tiegħi www.pauljon13.com jew ibgħatuli imejl fuq dspiritualist@ pauljon13.com. Namaste. Mill-kummenti tagħkom PaulJon, paġna verament informattiva u interessanti ħafna prosit u awguri - Moira Bezzina, Sliema PaulJon, kemm inkun qiegħed nistenna l-jum tal-Ħadd, dan sabiex naqra l-Oroskopju tiegħek prosit u awguri - Alison Farrugia, Rabat PaulJon, li taqra l-oroskopju ħsibt li hi xi ħaġa tal- mument, imma l-oroskopju huwa messaġġ ta' gwida profonda, prosit u awguri - Sharon Parnis, Naxxar PaulJon, grazzi għall-Oroskopju ferm informattiv qatt ma ħsibt li lokalment hawn xi ħadd bħalek, prosit u awguri - Graziella Padovani, M'Skala PaulJon hemm ċans li tibda twassal dan l-oroskopju fuq it-televiżjoni lokali, ta' min jieħu nota għax verament interessanti, prosit u awguri - Maruska Duca, Mosta Aktar mill-kumenti tagħkom il-Ħadd li ġej. Namaste Imwassal lilkom minn PaulJon

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 January 2018