Illum previous editions

illum 7 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/922847

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 07 ta' Jannar 2018 Ritratti OPR ĦATRA TA' FINANCE AND ADMINISTRATION MANAGER FIL-KAMRA TAD-DEPUTATI L-Iskrivan tal-Kamra tad-Deputati jilqa' applikazzjonijiet għall-kariga ta' Finance and Administration Manager. Dettalji dwar il-kundizzjonijiet, dmirijiet, rekwiżiti ta' eliġibbiltà, għażla u sottomissjoni ta' applikazzjonijiet jinsabu fis-sejħa għall-applikazzjonijiet li tista' titniżżel mis-sit tal-Parlament ta' Malta fl-indirizz li ġej www.parlament.mt jew miġbura mit-Taqsima Finanzi u Amministrazzjoni, Kamra tad-Deputati, Misraħ il-Ħelsien, Il-Belt Valletta VLT 1010. Applikazzjonijiet, flimkien mad-dokumenti relatati jintlaqgħu mill-Kamra tad-Deputati mhux aktar tard minn nofsinhar (CET), il-Ġimgħa, 19 ta' Jannar 2018, jew jistgħu jintbagħtu b'mod elettroniku fuq dcs.parlament@parlament.mt. Il-Partit Demokratiku jgħid li l-AUM hija investiment li falliet ILPARTIT Demokratiku qed jappella lill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Għola (NCFHE) sabiex tirrevoka l-liċenzja tal- Università Amerikana (AUM). Il-PD qed isostni li fid-dawl li ġew imkeċċija l-akkademiċi u m'hemmx biżżejjed studenti jattendu l-Università allura l-NCFHE għandha tirrevoka l-liċenzja mogħtija lill-AUM. Il- PD lanqas ma huwa jemmen li din l-Univesità se tkun tista' ssib l-ammont tal-istudenti mbassar, twassal il-kurrikulu tagħha u fl-istess ħin tgħin l-ekonomija b'€85 miljun. Fi stqarrija, l-Partit Demokratiku saħaq li dan ma huwa xejn ħlief investiment li falla għalkemm ingħata konċessjonijiet speċjali. Isostni wkoll li l-Gvern irid jindirizza s-settur tal-edukazzjoni għaliex mhux qed iżomm mal-wegħdi li saru fil-manifest elettorali. Għalhekk il-PD qed jisħaq li l-art fiż-Żonqor u l-binja fil-Baċir numru Wieħed għandhom jingħataw lura lin- nies. Il-President ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca laqgħet it-Tliet Slaten Maġi li waslu Malta minn Ruma fi triqithom lejn Betlem f 'Għajnsielem

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 January 2018