Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/922847
illum | Il-Ħadd 07 ta' Jannar 2018 Sports 34 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-atletika? Bdejt nikkompeti fil-ġiri meta kont għadni żgħir fejn kont nieħu sehem f 'diversi tiġrijiet kemm fl-iskola kif ukoll mal-klabb fejn kont nitħarreġ. Kelli t-tir illi naqbad karriera f 'dan l-isport u sa ċertu punt irnexxieli. Kelli s-sodisfazzjon li nagħmel rekord nazzjonali fit-tmien mitt metru u dan imlieni b'ferħ kbir. Għalhekk nemmen fl-importanza illi trid tieħu l-isport b'serjetà u dixxiplina għax imbagħad tieħu ħafna riżultati lura. Nitkellmu fuq l-amministrazzjoni tal-atletika fejn ilek għal dawn l-aħħar tliet snin u nofs president. X'responsabbiltà ġġorr magħha din il-kariga? L-ewwel nett aħna bħala assoċjazzjoni magħmulin minn numru ta' klabbs tal-atletika li kulma jmur dejjem qed jikber. Bħalissa għandna madwar 19-il klabb affiljati magħna. Naturalment bħala assoċjazzjoni aħna għandna r-responsabbiltà tal-klabbs. Però dan kollu jmur aktar minn hekk peress li l-atletika maqsuma f 'diversi oqsma. Hemm dawk l-atleti żgħar u żgħażagħ għal dawk kbar u tat-tim nazzjonali. Wieħed irid iqis ukoll illi l-atletika għandha firxa kbira bħat- 'trackandfield' u 'roadrunning' b'dan l-aħħar aspett illi kiber ħafna. Hemm diversi tiġrijiet fit-triq illi qed jiġu organizzati u aħna filwaqt illi ninkoraġixxu l-parteċipazzjoni tan- nies iżda fl-istess ħin nikkontrollaw ħalli ma jkunx hemm kwantitajiet kbar ta' parteċipanti. Għalhekk daħħalna l-kwistjoni tal-liċenzja fejn l-organizzatur ikun assigurat għal aktar protezzjoni. Il-fatt illi hemm l-ittri MAAA li jfissru amateur x'jinvolvi eżatt dan kollu? L-ewwel nett tajjeb illi ngħidu illi d-definizzjoni tal-atletika dejjem kienet li tkun amateur mhux professjonali. Jiġifieri atleta m'għandux jaqla' l-għixien tiegħu bl-atletika. Dan kollu sar meta twaqqfet l-assoċjazzjoni internazzjonali tal-atletika (IAAF). M'hemmx dubju illi matul iż- żmien l-affarijiet inbidlu u diversi atleti madwar id-dinja qalbu għal professjonali f 'dan iż-żmien. Madankollu aħna f 'pajjiżna bqajna amateurs u anke fl-istatut tagħna għandna mmarkat dan l-aspett. Allura barra minn Malta atleti bħal Usain Bolt ukoll huma amateurs jew jaqilgħu l-flus talli jikkompetu? Ifhem atleta bħal dak bilfors ikollu ħafna sponsors jiġru warajh għax huwa tajjeb. Imbagħad ikun hemm atleti bħal dawk tar-Renju Unit fejn jaħdmu b'sistema ta' fondi minn lotteriji u attivitajiet kummerċjali oħra. Dawk l-atleti li jkollhom wirjiet tajbin jibqgħu jingħataw fondi filwaqt illi dawk li jnaqqsu l-livell mhux dejjem faċli jsibu min jagħtihom kumpens. It-trakka Matthew Micallef St John li hemm il-Marsa kif inhi mogħtija lilkom b'kera jew inkella tagħkom? Aħna bħala assoċjazzjoni għandna din it-trakka mogħtija lilna fl-2009 u għandna l-faċilità illi nieħdu ħsiebha bl-aħjar mod possibbli. Ħa nitkellmu fuq il-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar li saru ftit ilu f 'San Marino. Tinsabu kuntenti bir-riżultati tal- atleti Maltin? Ifhem skont minn liema lat tħares lejha. Jekk nitkellmu fuq iċ-ċans li nieħdu xi midalja, ngħidlek illi stajna għamilna aħjar minħabba li ma lħaqniex l-objettivi li mmirajna għalihom bħala assoċjazzjoni. Minkejja kollox jien bħala president tal-MAAA ma nħarisx lejha biss mil-lenti tal-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar minħabba li inkella ma nkunx qed nagħmel ġustizzja mal-isport tagħna. Jien inħobbhom ħafna l-logħob tal- pajjiżi ż-żgħar però mhux l-unika ħaġa. Fil-fatt l-atleti tagħna għadhom kemm ipparteċipaw fil-Kampjonati Ewropej tal-atletika li saru Malta fejn kien hawn tnax-il federazzjoni bħala parteċipanti. Kellna wirjiet tajbin fejn tlifna l-promozzjoni b'nofs punt biss u dan kien diżappunt. Iżda fl-istess ħin għalija bħala President kien indikazzjoni li qegħdin fit-triq it-tajba biex nimmiraw għall-promozzjoni darb'oħra. Jekk mill-banda l-oħra nerġa' nitkellem fuq il-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar, tajjeb illi ngħidu illi hemm żewġ pajjiżi li huma Ċipru u l-Iżlanda li dejjem jirnexxielhom jitilgħu fit- Tieni Diviżjoni u għalhekk ifisser li qegħdin diviżjoni ogħla minnha. Fis-sena li għaddiet fil-Kampjonati Ewropej kellna wkoll pajjiż żgħir bħal Lussemburgu illi rebħu l-grupp u anke huma telgħu fit-Tieni Diviżjoni. Huwa għalhekk illi aħna rridu nħarsu lejn l-iżvilupp illi qed jagħmlu dawn il-pajjiżi illi qed jirnexxielhom ipoġġu l-isport fuq quddiem nett tal- aġenda tagħhom fejn jingħata profil u prijorità kbira aktar minn Malta. Kieku nħarsu lejn dawn in- nazzjonijiet bħala eżempju dejjem aħjar ħalli naraw kif ser intejbu l-livell tagħna. Żgur mhux forsi illi waħda mir-raġunijiet li ġie rreġistrat aktar progress kien minħabba l-faċilitajiet illi għandhom dawn il-pajjiżi. Huwa għalhekk ukoll illi aħna bħala assoċjazzjoni qegħdin naħdmu anke bl-għajnuna tal-gvern sabiex intejbu l-faċilitajiet eżistenti li hemm il-Marsa. Nemmen illi jekk jirnexxielna f 'dak li għandna f 'moħħna kapaċi tixpruna aktar persuni involuti sabiex anke f 'livell nazzjonali ntejbu r-riżultati tagħna. Qabel semmejt il-Kampjonat Ewropew għat-timijiet li sar f 'pajjiżna. X'kien ifisser mil-lat ta' organizzazzjoni u loġistika? Għalija dan l-avveniment kien ifisser ħafna u ħa ngħidlek ir-raġuni. Minn mindu lħaqt President waħda mill-affarijiet illi sħaqt fuqha kienet illi nibni tim nazzjonali u dawn il- kampjonati kienu ideali biex nagħmlu dan kollu. Kollox beda meta l-President tal- Federazzjoni Ewropea tal-Atletika kien kellimni sabiex norganizzaw dan l-avveniment hawnhekk. Veru wkoll illi kkompetejna f 'kompetizzjonijiet internazzjonali bħalma ġara fl-aħħar edizzjoni tal- 2016 fl-Azerbaijan. U din l-idea tiegħi li atleta jista' jikkompeti għal pajjiżna tatni kuraġġ biex immexxi dan il-pjan sabiex naraw il-frott tiegħu. Din l-opportunità ħdimna fuqha u issa rajna kif proprju din is-sena kellna s-suċċessi tagħna hekk kif ksibna l-promozzjoni. Kellna interess kbir minn bosta persuni u dan tana l-kuraġġ biex nirsistu iktar. ll-fatt li saru l-kompetizzjonijiet fil- gżejjer Maltin kienu wkoll importanti għax meta int torganizza b'ċertu għaqal kapaċi jkollok ukoll ċertu element ta' profitt għall-assoċjazzjoni kif fil-fatt ġara. Kellna parteċipazzjoni kbira għal dan l-avveniment u l-federazzjoni ddeċidiet li din tibda ssir kull sentejn hekk kif l-edizzjoni li jmiss ser issir f 'Liechtenstein. Bħala assoċjazzjoni issa għandna kompetizzjoni maġġuri kull sena hekk kif barra l-Logħob tal-Pajjiżi ż-żgħar hemm ukoll il-kampjonati Ewropej. Żgur illi l-atleti tagħna għandhom lejn xiex iħarsu sabiex jippruvaw ikunu magħżula sabiex jipparteċipaw f 'dan il-logħob. U huwa għalhekk illi nħoss li bis-saħħa t'hekk ser jitjieb il-livell. Nispera għalhekk illi jkun hemm titjib fil-livell ta' faċilitajiet illi għandna sabiex inpoġġu l-atletika fuq sisien sodi. X'għajnuna ssibu minn Sport Malta u l-Kumitat Olimpiku Malti? Kellna għajnuna kbira fil-fatt minn Sport Malta s-sena l-oħra fit-titjib tal-faċilitajiet fejn nitħarrġu. Kien għalhekk illi sar 'resurfacing' tal- 'walkuptrack' li għandna fil-Marsa wara l-istejdjum. Din il-biċċa kienet ilha ma tingħata manutenzjoni sa mis- sena 1993 u għalhekk ħsibna wkoll li barra li tiġi rranġata, insebbħu anke l-ambjent tal-madwar. Kien kontribut kbir minn Sport Malta. Issa qed nittrattaw mal-gvern sabiex nippruvaw nagħmlu wiċċ ġdid tal-istejdjum hekk kif ilu ma jiġi rranġat sa mis-sena 2003. M'hemmx dubju li nafu li hemm "Kull ġuvni u tfajla għandhom jaħdmu sabiex iżommu ruħhom attivi ħa jgħixu ħajja aħjar. Jekk aħna jkollna titjib fil-faċilitajiet naħseb illi jkollna aktar konkorrenza għax tiġi bħala attrazzjoni. Dan kollu huwa awgurju ħalli bħala pajjiżi inkunu aktar attivi milli aħna llum." 'Nemmen illi jekk jirnexxilna nwettqu dak li għandna Cristian Antony Muscat Edwin Attard - President tal-Malta Amateur Athletic Association (MAAA) u li tant jaħdem u jistinka għall-akbar ġid tal-atletika f 'pajjiżna. "Jien nemmen illi l-eżerċizzju huwa importanti għall-ħajja tal-bniedem. Jien nikklassifika anke lil dawk li jmorru jagħmlu jogging jew jimxu bħala nies illi jħobbu l-atletika. Nafu kemm hawn problema ta' obeżità u għalhekk importanti illi niċċaqalqu ftit. U huwa għalhekk illi l-atletika huwa l-isport ideali għal dan kollu."