Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/922847
Il-Ħadd 07 ta' Jannar 2018 | illum Sports 35 Ritratt: James Bianchi għandna f 'moħħna kapaċi ntejbu r-riżultati tagħna' Huwa l-President tal-Malta Amateur Athletic Association (MAAA). Jaħdem u jistinka ħafna għall-akbar ġid tal-atletika f 'pajjiżna. Meta kien għadu żgħir, kien jieħu sehem f 'diversi tiġrijiet kemm -iskola kif ukoll mal-klabb fejn kien jitħarreġ. Edwin Attard spejjeż kbar involuti sabiex isir dan il-proġett filwaqt li hemm bżonn ukoll ta' studju tekniku sabiex dan kollu verament iseħħ. Min-naħa tal-kumitat Olimpiku, dan jagħti għajnuna primarjament lill-atleti tat- tim nazzjonali u għandhom skemi għal dawk l-atleti illi jilħqu ċertu livell sabiex isiefru barra minn Malta u jikkompetu. Ovvjament huma joffru skemi oħrajn ta' għajnuniet li eventwalment jistgħu jintużaw għal-logħob tal-Commonwealth jew tal- Mediterran. Bħala assoċjazzjoni nirċievu għajnuna permezz ta' grants mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Atletika peress li aħna affiljati magħha. Ovvjament dawn l-għotjiet ma jiġux għalxejn b'xejn anzi trid turi lill-Federazzjoni illi int qed taħdem qatigħ u li qed tara li dan l-isport ikompli jiżviluppa f 'pajjiżek. Kif tikkompara t-trakka tal- Marsa ma' trakki oħrajn li forsi kellek iċ-ċans illi żżur? Tajjeb illi ngħidlek illi t-trakka tagħna hija klassifikata permezz ta' ċertifikat mill-Federazzjoni Internazzjonali. Dan kollu jsir sabiex jitqies bħala trakka ta' livell internazzjonali. It-trakka tal-Marsa għandha ċertifikat illi wieħed jista' jsibu wkoll fis-sit tal-internet tal-federazzjoni. Dan ifisser illi għandna faċilità sabiħa u mill-aqwa. Issa qed nisħqu fuq it-titjib tal-faċilitajiet eżistenti sabiex iċ-ċertifikat li jmiss ikun wieħed aħjar milli għandna u anzi tkun qed tilħaq il-livelli kollha meħtieġa mill-IAAF. Dan kollu mhux faċli iżda wieħed irid jiżgura permezz ta' testijiet fuq il-materjal li jintuża. Aħna qed nidħlu għal dan kollu sabiex il-post ikompli jkun wieħed ferm professjonali. X'kuntatt għandkom mal- IAAF? Hemm kuntatti tajbin ħafna mal-federazzjoni u anke mal- president. Ftit ġimgħat ilu attendejt għall-kungress tal- atletikaf 'Londra u ħarġu ħafna punti ferm tajbin. Kif għedtlek diġà l-IAAF tagħtina ċertu għajnuna finanzjarja għax taf kemm aħna naħdmu għall-ġid ta' dan l-isport f 'pajjiżna. Il-fatt illi aħna organizzajna żewġ kompetizzjonijiet f 'dawn l-aħħar sentejn turi li bħala assoċjazzjoni minkejja li għanda żgħar nuru serjetà kbira. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ dwar l-importanza tal-atletika fil-ħajja tal- bniedem. Jien nemmen illi l-eżerċizzju huwa importanti għall-ħajja tal-bniedem. Jien nikklassifika anke lil dawk li jmorru jagħmlu 'jogging' jew jimxu bħala nies illi jħobbu l-atletika. Nafu kemm hawn problema ta' obeżità u għalhekk importanti illi niċċaqalqu ftit. U huwa għalhekk illi l-atletika huwa l-isport ideali għal dan kollu. Kull ġuvni u tfajla għandhom jaħdmu sabiex iżommu ruħhom attivi ħa jgħixu ħajja aħjar. Jekk aħna jkollna titjib fil-faċilitajiet naħseb illi jkollna aktar konkorrenza għax tiġi bħala attrazzjoni. Dan kollu huwa awgurju ħalli bħala pajjiżi inkunu aktar attivi milli aħna llum.