Illum previous editions

Illum 13.01.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1070936

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 Aħbarijiet Minn Albert Gauci Cunningham "LEBDA fondi ma ntilfu mill-Programm għall- Iżvilupp Rurali 2014-2020, liema programm għandu diversi prijoritajiet u miżuri sabiex jgħinu lill- bdiewa tagħna u l-ambjent naturali ta' madwarna. Fil-fatt il-programm fih 34 sotto miżura li jvarjaw minn għajnuna lill-bdiewa, pakkett finanzjarju għall- bdiewa żgħażagħ, taħriġ u għajnuna teknika fost oħrajn." Hekk sostna s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Aaron Farrugia meta kien qed iwieġeb għall-kritika tal-Kandidat tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Peter Agius. Agius kien akkuża lill-Gvern li qed juża fondi maħsuba għall- bdiewa Maltin biex isiru t-toroq. Farrugia iżda ċaħad dan bil-qawwa u f 'kummenti mal-ILLUM sostna illi mhux minnu li l-programm seta' tilef €30 miljun f 'fondi tal-biedja. "Nikkonferma li Malta ma tilfet l-ebda ewro mill-fondi allokati. Dan grazzi għad-diversi sejħiet li ħarġet l-Awtorità ta' Gestjoni liema sejħiet ġibdu l-attenzjoni ta' 376 applikant u għaldaqstant altru minn toroq rurali biss. " Farrugia sostna illi aktar minn 180 bidwi rċevew l-approvazzjoni mill- Awtorità biex ikomplu jinvesti f 'tagħmir u makkinarju filwaqt li oħrajn rċevew fondi biex jinvestu f 'infrastruttura adekwata. Farrugia temm ifakkar lil din il-gazzetta li s-sejħiet għall-għajnuna finanzjarja għadhom miftuħa u se jibqgħu sat-12 ta' Frar. Intant anke l-kandidat tal-Partit Laburista Alex Agius Saliba, li fil-fatt lejh kienet direzzjonata l-kritika ta' Agius, irreaġixxa. Apparti li għamel elenku wkoll ta' dak li qal is-Segretarju Parlamentari, Saliba fakkar illi fl-aħħar xhur il-Gvern ħadem "biex jintużaw foni biex itejjeb il-kundizzjonijiet, l-infrastruttura, u l-opportunitajiet li għandhom il-bdiewa li jwettqu l-attività tagħhom. Dan b'mod li jilħaq l-aspirazzjonijiet u x-xewqat tagħhom, kif ukoll il-miri tal-politika agrikola komuni. Dan ifisser li fost l-oħrajn hemm bżonn ta' nefqa għal aċċess aħjar għar-raba' u li jtejjeb il-konribut tal- għelieqi tiegħu għaż-żamma tal-ħamrija u l-biodiversità." illum | Il-Ħadd 13 ta' Jannar 2019 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Empire Pharmacy (Melita Street), 46, Triq Melita, Valletta Fra Diego Dispensary, 94, Triq Villambrosa, Ħamrun St. George's Pharmacy, 21, Triq il-Kbira, Qormi St. Bartholomew Pharmacy, 230, Triq Fleur-De-Lys, Santa Venera St. Matthew's Pharmacy, 213, Triq ix- Xatt, Gżira Spiżerija Kappara, Żbibu Lane, San Ġwann Remedies Pharmacy, 144, Manuel Dimech Street, Sliema St. Joseph Pharmacy, 164, Annibale Preca Street, Lija Rotunda Pharmacy, 7, Triq il-Kungress Ewkaristiku, Mosta Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar Distinction Pharmacy, 32, Pjazza Antoine De Paule, Paola Verdala Pharmacy, 57, Triq il-Gendus, Bormla May Day Pharmacy, Triq il-Vittorja, Żabbar Health Junction Pharmacy, Triq Alfredo Cachia Zammit, Żejtun Prestige Pharmacy, 16, Triq San Ġużepp, Kirkop The Bypass Pharmacy, Mons. Mikiel Azzopardi Street, Siġġiewi Anici Pharmacy, BLK A, Town Centre HOS (previously "Make Over Pharmacy"), Mtarfa Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Fontana Joyce's Pharmacy, Vjal it-8 ta' Settembru, Xagħra Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 15˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ TEMP: Imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita mal-ġurnata, li jsir ftit imsaħħab mal-lejl VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra fil-ħalbiet tax-xita RIĦ: Punent Majjistru forza 6 għal 7 li jsir Majjistral forza 7. Mal- lejl jonqos għal forza 5 għal 6 BAĦAR Qawwi ħafna L-OGĦLA: 13˚Ċ L-INQAS: 8˚Ċ TEMP: Sabiħ li jsir imsaħħab bix-xita VIŻIBILITÀ: Tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita RIĦ: Majjistral it-Tramuntana forza 5 għal 6 lokalment forza 6 li jdur lejn il-Punent u jiżdied għal forza 7. BAĦAR: Qawwi li jsir qawwi ħafna agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham 'L-ebda fondi Ewropej ma ntilfu' – Farrugia SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda Vera li fondi għall-bdiewa qed imorru għat-toroq? Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Aaron Farrugia jwieġeb lill- kandidat tal-PN Peter Agius

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 13.01.19