Illum previous editions

Illum 13.01.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1070936

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

15 15 Il-Ħadd 13 ta' Jannar 2019 | illum ' Every country has a government; only democracies have an opposition'. Din hija kwotazzjoni minn 'explanatory report' għar- Riżoluzzjoni bin-Numru 1601 (2008) tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal- Ewropa. Fis-sempliċità tagħha din il-kwotazzjoni tenfasizza l-importanza tal-oppożizzjoni fit-tħaddim tad-demokrazija. Għalkemm f 'pajjiżna hawn bosta paladdini li jitkellmu dwar id-demokrazija jew inkella jallegaw in-nuqqas tagħha, ftit jitkellmu dwar dak li qed jiġri fl-Oppożizzjoni f 'pajjiżna u kif dan jaffettwa l-proċess demokratiku f 'pajjiżna. M'hemmx dubju li fil-kultura politika u kostituzzjonali, aħna dejjem tajna importanza lill- Oppożizzjoni u lill-Kap tal- Oppożizzjoni bħala l-persuna li tirrappreżenta minoranza ferm importanti. Dan iwassal għal bilanċ importanti ta' poter f 'demokrazija li verament taħdem. Dak li qed nesperjenzaw fl-aħħar xhur f 'pajjiżna, m'hemmx dubju sitwazzjoni unika għal hawn Malta. Għandna oppożizzjoni li suppost qiegħda tikkritika kostruttivament lill-Gvern u dan sabiex tiggarantixxi amministrazzjoni responsabbli u trasparenti fl- interess pubbliku. Hija ħasra li l-Oppożizzjoni tal-lum hija waħda li aktar tħares 'il ġewwa milli 'l barra. Suppost qiegħda toħroġ 'policies' li jikkompetu ma' dawk tal-Gvern dwar kif jistgħu jtejbu l-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin, minflok aktar moħħha fiha nnifisha, aktar minn qatt qabel. Din id-degradazzjoni fl- Oppożizzjoni ilha sejra sa mis- sena 2013. Taħt it-tmexxija ta' Dr Simon Busuttil, il-PN mar lura u spiċċa l-partit tan-negattività. L-elettorat ma riedx hekk, anzi ried politika li hija bbażata fuq it-tkattir tal-ġid. Ċertifikat ta' dan huwa r-riżultat elettorali ta' Ġunju 2017. Però l-PN wera ruħu arroganti intelletwalment u wera biċ-ċar illi jaħseb li l-iżball huwa tal-poplu u mhux tiegħu u tal-politika li mexa biha. Simon Busuttil ma interessahx kif ivvotaw it- tesserati u baqa' fil-Parlament u jwebbes rasu fl-atteġjament politiku tiegħu. Ċertament li Simon Busuttil ma tgħallimx mil-lezzjoni tal-predeċessur tiegħu Lawrence Gonzi li fis-sena 2013 kien iddeċieda li jħalli l-politika, anke mill- Parlament u ta spazju lilu stess ħalli jimxi 'l quddiem. Dak li seħħ ftit jiem ilu bid- digriet mogħti mill-Imħallef G. Grixti fejn qal biċ-ċar li r-rapport li għamel Simon Busuttil f 'Lulju 2017 sabiex tinbeda inkjesta fil-konfront tal-Prim Ministru u oħrajn, huwa biss 'spekulazzjoni' ta' Busuttil. Dan juri għat-tieni darba konsekuttiva fi żmien ftit xhur, wara l-ikbar gidba fl-istorja politika Maltija (Egrant), li Simon Busuttil se jkompli fid-direzzjoni negattiva tiegħu. Il-qrati tajbin għal Busuttil sakemm jieħdu deċiżjonijiet li jogħġbu lilu, iżda mbagħad meta d-deċiżjoni ma togħġbux imur ixewwex barra minn xtutna! Min-naħa tiegħu Adrian Delia mill-ewwel wera n-nuqqas ta' esperjenza politika tiegħu, kif ukoll il-fatt li ma rnexxielux jimxi bil- proċess tal-għaqda tal-Partit li dejjem ikun meħtieġ wara telfa elettorali, aħseb u ara żewġ telfiet elettorali bħal dawk. Fil-konfront ta' Simon Busuttil, Delia wera ruħu dgħajjef tant li issa l-istess Delia spiċċa aktar jiġġieled sabiex iżomm postu bħala Kap fil-Partit milli jaqdi l-funzjoni kostituzzjonali tiegħu ta' Kap tal-Oppożizzjoni. Għalhekk kemm bħala persuna fil-politika, imma aktar u aktar bħala ċittadin li nħobb lill-pajjiż nemmen li din hija l-akbar sfida demokratika li sab ruħu fiha pajjiżna, jiġifieri, dik li m'hemmx Oppożizzjoni li hija stabbli. Dan qed ngħidu mhux għaliex irrid nagħti xi parir lill-Oppożizzjoni li huma avversarju politiku tiegħi, però għaliex huwa minnu li jekk ikun hemm Oppożizzjoni stabbli li għandha politika ċara dwar kif jitmexxa l-pajjiż, anke l-istess pajjiż jimxi aħjar. Dan għaliex il-Gvern ikollu ma' min jitkellem u jekk ikun hemm Oppożizzjoni b'vuċi waħda u ċara, l-affarijiet fil- pajjiż jimxu kemm jista' jkun permezz ta' kompromess. Huwa ċar li jekk pajjiżna jrid jimxi 'l quddiem fis-sena 2019, dawk il-paladini li jitkellmu ħafna li f 'pajjiżna m'hawnx Saltna ta' Dritt (ħaġa li ċertament mhix minnha) għandhom jiffokaw aktar li jaraw u jitkellmu biex il-forzi li ma jaqblux mal-Partit fil- Gvern, għandhom jifformaw Oppożizzjoni stabbli u risponsabbli. Dan għaliex hu ta' ġid għall-proċess demokratiku f 'pajjiżna. Aħna wara l-Mexxej Joseph Muscat xorta waħda ser nibqgħu mexjin 'il quddiem. Is-sinjali huma diġà pożittivi u inkoraġġanti. Bi tbassir Ewropew u internazzjonali li l-ekonomija tagħna ser tibqa' tikber u b'dak li tħabbar ftit tal-jiem ilu (Democracy Index, Economist) li Malta hija fost l-ewwel 20 pajjiż fid-dinja li huma meqjusa li għandhom 'demokrazija sħiħa', għandna sabiex inkunu kburin u sodi fil-mixja tagħna! Edward Zammit Lewis huwa Deputat f 'isem il-Partit Laburista Opinjoni Oppożizzjoni; Quo Vadis? Il-PN wera ruħu arroganti intelletwalment u wera biċ-ċar illi jaħseb li l-iżball huwa tal-poplu u mhux tiegħu u tal-politika li mexa biha. Delia wera ruħu dgħajjef tant li issa l-istess Delia spiċċa aktar jiġġieled sabiex iżomm postu bħala Kap fil-Partit milli jaqdi l-funzjoni kostituzzjonali tiegħu ta' Kap tal-Oppożizzjoni. EDWARD ZAMMIT LEWIS

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 13.01.19