Illum previous editions

Illum 13.01.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1070936

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 Intervista illum | Il-Ħadd 13 ta' Jannar 2019 ' L-alkoħoliku mhuwiex persuna li ma jridx jgħid le għall-alkoħol iżda huwa persuna li ma jistax jgħaddi mingħajr ix-xorb." Hekk qalu mal-gazzetta ILLUM Chris u Paul, żewġ persuni li anke jekk ilhom snin twal ma jmissu qatra alkoħol ma' xoejhom jibqgħu jiddeskrivu lilhom infushom bħala alkoħoliċi. "Inti jekk ikollok id-dijabete u tikkontrolla z-zokkor, dijabetiku tibqa'," qalilna Paul. "L-istess l-alkoħoliku. Tibqa' alkoħoliku, iżda trid tkun inti li bir-rieda tiegħek ma taqax. You cannot change the wind but you can change the sails. Ir-rieda diffiċli biex takkwistaha, iżda malli takkwista hija tiegħek." U ngħiduha kif inhi, irid ikollok rieda qawwija, biex tkun alkoħoliku bħal Paul u minkejja li inti sid ta' bar u tbigħ ix-xorb, tagħmel 25 sena ma tħarisx lejn flixkun birra jew grokk wieħed. Fil-fatt, qabel inkomplu, tajjeb li niċċaraw xi ħaġa. Fil-bidu tal-intervista, irreferejt għall-alkoħoliżmu bħala l-vizzju tax-xorb, iżda Chris dlonk waqqafni u ġibidli l-attenzjoni. Insista li l-alkoħoliżmu mhuwiex sempliċiment vizzju, iżda huwa marda. "L-alkoħoliżmu huwa l-ossessjoni li trid tixrob. Malli l-alkoħoliku jieħu l-ewwel grokk, ma jistax jieqaf. Jiena bħala alkoħoliku ma għandix poter biex nieqaf," insista magħna Chris. "Tivvinta kull skuża biex tibqa' tixrob." Chris u Paul irnexxielhom jieqfu lix-xorb permezz tal-għaqda Alkoħoliċi Anonimi li huma jagħmlu parti minnha. Se jkollna ċans nitkellmu dwar din l-għaqda tul l-intervista, iżda fi kliem sempliċi, din hija "għaqda ta' rġiel u nisa li jaqsmu bejniethom l-esperjenza, is- saħħa u t-tama tagħhom biex isolvu l-problema li għandu kull wieħed minnhom u jgħinu oħrajn iwaqqfu l-alkoħoliżmu." Kemm kienu jixorbu kuljum? Iżda qabel dħalna aktar fuq ix-xogħol li twettaq din l-għaqda, tkellimna ma' Chris u Paul dwar l-esperjenza tagħhom. Kemm kienu jixorbu kuljum? Għalfejn? Forsi normalment naħsbu li persuna tixrob b'mod eċċessiv biex tisker u tinsa xi problema li tkun għaddejja minnha, anke jekk l-għada tisbaħ b'żewġ problemi. Iżda l-alkoħoliku mhux hekk. L-alkoħoliku jixrob mhux biss għax irid jixrob iżda għax iħoss il-bżonn li jrid jixrob. "Malli nqum kont inkun irrid nixrob. Inħallat il-kafè jew it-te mal-alkoħol. L-aqwa li jkun hemm l-alkoħol involut. Hawn min iqum billejl biex jixrob," qalilna Paul. "Ara jiena bil-kontra. Jiena filgħodu lanqas it-tazza ma kont irrid nara…iżda malli tibda nieżla x-xemx, nibda nara x'se nixrob u minn fejn. Mhux kulħadd l-istess." Anke jekk mhux kull alkoħoliku l-istess, kollha kemm huma jgħidu l-istess ħaġa. "L-alkoħol jispiċċa jikkontrollalek ħajtek. Taħseb biss fuq xħin se tixrob," qalilna Paul. Ma hemmx limitu," wieġbu t-tnejn li huma. "Jien kont naħdem għax-xorb. Kont nixrob ħafna. Żewġ flixken whiskey żgur," qalilna Paul. "Dejjem moħħok biex tixrob. Ngħodd is-sigħat biex nixrob. Moħħok kalvarju ġġibu. Sakemm qed tistenna biex tixrob, inti ma tkunx normali. Ix-xorb ikollok bżonnu biex ma tiqafx. Isir qisu l-ilma tiegħek. Mingħajru ma tkun tista' tagħmel xejn. Bħal meta għandek karozza u l-gauge tal-fjuwil jibda riesaq lejn l-aħmar." Ma' Paul komplejna nitkellmu fuq kif l-alkoħoliżmu influwenza mhux biss lilu iżda anke lil dawk ta' madwaru, tant li hu jsejjaħ l-alkoħoliżmu bħala "marda tal-familja." 'Kont ningħalaq il-ħanut… nilgħab il-kaxxi u nixrob' Fi kliemu, il-ħaġa tispiċċa tindara anke minn dawk ta' madwarek. "Jekk inkun mal-mara u tarani qbadt nixrob, kienet taqbad u titlaq għax taf li se nisker," qalilna Paul. "Fis-sajf kont noqgħod barra fuq it-tarġa, inlesti l-birer, il-whiskey u noqgħod nixrob. Kif jispiċċawli ninżel il-ħanut u nġib aktar. Fix- xitwa mbagħad kont nagħlaq u noqgħod il-ħanut waħdi, nilgħab il-kaxxi u nixrob. Jiġi min jiġi jħabbat ma kontx niftaħ." Fil-fatt, kompla jirrakkonta magħna kif l-alkoħoliżmu jġib miegħu problemi oħra, fosthom il-logħob. Ħu minn Chris, kien jagħlaq il-ħanut u joqgħod waħdu, jilgħab il- kaxxi u jixrob. Biex ikompli jurina kemm verament ix-xorb jagħmik, Chris ħadna ftit lura miegħu fiż-żmien. "Ma rridx niftaħar, imma meta kont żgħir jiena kont gustuż," qalilna waqt li wrina ritratt li għandu fil-bar. "Kont naħdem fi ħwienet fejn kien ikun hemm ħafna nisa. Ħafna riedu joħroġu miegħi jew iqabbdu lil ħaddieħor biex jaqbdu miegħi. Temmini jekk ngħidlek li qatt ma kont missejt mara? Imbagħad dejjem mal-bar. Għamilli whiskey, għamilli whiskey, għamilli whiskey." 'L-alkoħol jisraqlek ħajtek' 'Min jaf minn xiex għaddew il-familji tagħkom?' staqsejthom meta rrakkontawli dan kollu. "Il- familji jbatu ħafna," weġibni Chris. Imma fl-aħħar mill-aħħar l-aktar li jbati l-alkoħoliku nnifsu." "Tixrob mhux bi qżież. L-alkoħol ma joqtlokx iżda ma jħallikx tgħix," kompla miegħu Paul. Biex jispjegalna dan, Paul iddeċieda li jaqsam magħna esperjenza ħafna aktar personali. "Il-familja tiegħi ma kien jonqosha xejn. Imma ma kontx kapaċi naqbad lit-tifel jew lil mara u ngħidilhom li nħobbhom. L-ewwel ħaġa filgħodu għid li kienet se tkun ġlieda. Kif inqum, dejjem nistenna lil mara tiġi u tgħidli x'għamilt u x'ma għamiltx." Anke jekk alkoħoliku, Paul dan kien iweġġgħu. "Ħadt ħafna affarijiet iżda l-akbar rigal li jiena ħadt mill- Alkoħoliċi Anonimi hija li llum kapaċi nqum filgħodu, indur fuq il-mara u ngħidilha bonġu. Qabel dejjem kienet tkun muġugħa. Kont nidħol id-dar meta t-tfal ikunu waslu biex iqumu." Ma jħossux lebliba meta jaraw lil xi ħadd jixrob? Kif għidna aktar 'il fuq, bis- saħħa tal-għaqda Alkoħoliċi Anonimi, Chris u Paul ilhom snin ma jixorbu qatra alkoħol. Għadna kemm ħriġna minn żmien il-festi. Tmur fejn tmur ikel u xorb. Ma stajtx ma nistaqsihomx kif iħossuhom meta jkunu xi ikla, jew xi tieġ, kulħadd jixrob u huma ma jmissux qatra alkoħol. Possibbli? Ma tiġihomx lebliba? "Jiena għalija ma tagħmilx differenza. Naħdem f 'bar u ma tiġinix lebliba," dlonk weġibna Paul. Chris mar oltre minn hekk. "Jiena mhux ma nistax nixrob. Jekk irrid drink nista' naqbad u nieħdu. Imma jien ma rridx nixrob u din tagħmel differenza kbira. Darba waqt laqgħa xi ħadd semagħni ngerger u kisirni meta qalli: 'tieqaf tixrob għalik mhux għal ħaddieħor. Toqgħodx tistenna ċ-ċapċip u l-proset.' Dik baqgħet immarkata fija." Iżda ma ridtx li nibqgħu nitkellmu biss fuq id-dwejjaq u l-passat. Ridt li nħarsu wkoll lejn dak li biddel lil Chris u lil Paul. Staqsjethom jekk kienx hemm xi esperjenza partikolari li wasslithom biex ifittxu l-għajnuna tal-Alkoħoliċi Anonimi. Żewġ alkoħoliċi li rnexxielhom jirbħu lix-xorb jirrakkontaw mal-ILLUM dak li għaddew minnu minħabba l-alkoħol, li għal żmien twil ikkontrollalhom ħajjithom. Kemm kienu jixorbu kuljum? Kif kien jaffettwahom l-alkoħol u lill-familji tagħhom? X'ġegħelhom iqumu u jieħdu kontroll ta' ħajjithom? ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Ħadt ħafna mill-Alkoħoliċi Anonimi imma l-akbar rigal huwa li llum kapaċi nqum lgħodu, indur fuq il-mara u ngħidilha bonġu " " Alkoħoliku, sid ta' bar u ilu snin Sakemm qed tistenna biex tixrob, inti ma tkunx normali. Ix-xorb ikollok bżonnu biex ma tiqafx. Isir qisu l-ilma tiegħek. Mingħajru ma tkun tista' tagħmel xejn. " "

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 13.01.19