Illum previous editions

Illum 13.01.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1070936

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 illum | Il-Ħadd 13 ta' Jannar 2019 ...Michael Fenech Adami l-unika membru tal-Kulleġġ Kunsillieri li vvota kontra Delia - jinbstabu kaxxi mimlijin T-shirts tal-Occupy Justice fi l-kantina tad-Dar Ċentrali – David Stellini rabtulu jdejh b'konsulenza mal-Corinthia – Deputat jilmenta li se jibda l-Parla- ment u l-Grupp Parlamentari għadu lanqas iltaqa' Minn Albert Gauci Cunningham u Yendrick Cioffi DIN il-gazzetta tinsab f 'pożizzjoni li tiżvela illi Michael Fenech Adami, iben l-eks PM u Kap Nazzjonalista Eddie Fenech Adami kien l-uniku membru tal- Kulleġġ Kunsilliera Partit Nazzjonalista li vvota kontra l-Kap tal-PN Adrian Delia f 'vot ta' fiduċja li sar ftit jiem ilu fost il-membri tal-istess Kulleġġ. Is-sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta qalu illi dan il-vot ta' Fenech Adami kontra Delia jiġi fi żmien partikolari. Ftit wara li s-sit illum.com. mt żvela kif ħuh, Beppe, qed jikkampanja kontra Delia fil-partit u ftit wara wkoll li Fenech Adami nnifsu ma baqax impjegat mal-Partit Nazzjonalista. Fil-fatt, illum Michael Fenech Adami huwa impjegat biss mal-MEP Nazzjonalista David Casa li wkoll qed iżomm silenzju assolut quddiem l-assedju intern li għaddej kontra l-Kap tal-PN. Fl-impjieg tiegħu ma' Casa, Fenech Adami jiffirma bħala Michael Fenech kif kienet żvelat din il-gazzetta wkoll nhar il-Ħadd 21 ta' Ottubru. Intant sorsi li tkellmu mal- ILLUM żvelaw kif kaxxi sħaħ ta' T-shirts instabu fil-kantina tad-Dar Ċentrali. Dawn it-T-shirts kienu se jintużaw għall-attivitajiet tal-Occupy Justice, Kenniesa, Repubblika u dik li kienet in-Network tas-Soċjetà Ċivili. Dawn ilkoll huma kritiċi tat-tmexxija ta' Delia u talbu għar-riżenja tiegħu bosta drabi, inkluż ġimagħtejn ilu wara li kienu mxerrda filmati ta' argumenti li Delia kellu ma' martu u wliedu. U finalment dawk li tkellmu ma' din il-gazzetta sostnew illi diversi persuni li jaħdmu mal-partit xejn mhuma kuntenti bil-fatt illi d-Dar Ċentrali kienet qed tintuża biex fiha jitpoġġa materjal, probabilment minn Michael Fenech Adami, ta' għaqdiet li qed jaħdmu biex jitneħħa Delia. Kaxxi mimlijin T-shirts tal-Occupy Dar Ċentrali u konsulenza mal-Corinthia Zammit Dimech, Casa u Metsola jżommu fommhom sieket – Zammit Dimech jidher ma' Delia Ħadd mit-tliet Ewro Parlamentari Nazzjonalisti ma ħareġ għonqu għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia meta mistoqsijin mill- gazzetta ILLUM dwar jekk għandux jirreżenja fid-dawl tal- allegazzjonijiet serji ta' vjolenza domestika, li qed ikun akkużat bihom minn martu stess fil- proċeduri għas-separazzjoni. Din il-gazzetta bagħtet tistaqsi lil David Casa, lil Roberta Metsola u lil Francis Zammit Dimech dwar jekk Adrian Delia għandux jirreżenja u jekk iħossuhomx komdi li jikkontestaw elezzjoni f 'isem partit li l-kap tiegħu qed ikun akkużat bi vjolenza domestika. Minkejja li ż-żewġ mistoqsijiet kienu sempliċi u diretti, din il-gazzetta hija infurmata li l-Ewro Parlamentari ftehmu bejniethom u minflok iwieġbu, għażlu li jagħtu daharhom lil Delia u jibqgħu siekta. Anke jekk Casa, Metsola u Zammit Dimech għażlu li ma jikkummentawx, Deputat Nazzjonalista u sors ta' din il- gazzetta saħaq li Adrian Delia ma għandux l-appoġġ tad- Deputati tiegħu fil-Parlament Ewropew. "Infurmat ukoll li wieħed jew tnejn minnhom saħansitra ltaqgħu miegħu personalment u qalulu biex jitlaq," kompla jisħaq dan id-Deputat. Intant sors ieħor fil-Partit Nazzjonalista, qal mal-ILLUM li Francis Zammit Dimech kellu laqgħa ma' Delia u qallu ċar u tond biex jitlaq. Madanakollu, sors differenti, filwaqt li kkonferma li Zammit Dimech iltaqa' ma' Delia, qal li mhux minnu li talbu jirreżenja. Fakkar ukoll li din il- ġimgħa, Francis Zammit Dimech deher biswit Delia f 'diversi okkażjonijiet. Din il-gazzetta, tinsab infurmata wkoll li kandidati oħra tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew huma rrabjati għal dawk id-Deputati li qed joħduha kontra Adrian Delia, anke għax l-aħħar sondaġġi diġà qed jindikaw li l-Partit Nazzjonalista se jitlef it-tielet siġġu fil-Parlament Ewropew. Fl-elezzjoni għall- Kap tal-Partit Nazzjonalista kemm David Casa u anke Roberta Metsola kienu fuq in-naħa ta' Chris Said, meta saħansitra kienu kkampanjaw u kitbu fuq il-midja soċjali favur tiegħu. Anke jekk Zammit Dimech qagħad ftit lura milli jikteb fuq il-midja soċjali, il-gazzetta ILLUM kienet irrapportat li kien qiegħed jikkampanja favur Said, fejn saħansitra kien għamel telefonati biex delegati u tesserati jivvutaw lilu. Zammit Dimech kien ukoll wieħed minn dawk li ħadem qatigħ biex isseħħ medjazzjoni fil-Partit Nazzjonalista wara li ż-żewġ fazzjonijiet, dik favur u dik kontra Delia, ħarġu fil-beraħ malli l-Kap Nazzjonalista kien talab lill-eks Kap Simon Busuttil biex jissospendi lilu nnifsu mill-partit wara li kienu ġew ippubblikati l-konklużjonijiet tar-rapport Egrant. It-T-shirts fid-Dar Ċentrali

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 13.01.19