Illum previous editions

Illum 13.01.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1070936

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Sports 31 Il-Ħadd 13 ta' Jannar 2019 | illum li jien ma stajtx nagħti l-kontribut tiegħi. M'hemmx dubju li tgħallimt napprezza ħafna affarijiet li qabel ma kontx nagħti kashom. Fl-opinjoni tiegħi l-istaġun ta' Birkirkara s'issa kien wieħed ta' tlugħ u nżul. X'taħseb int? Ifhem li nista' ngħid hu li forsi ma konniex konsistenti biżżejjed. Minkejja kollox Birkirkara dejjem ikollhom dan il-bidu iżda mbagħad jirpiljaw fl-aħħar parti tal-kampjonat. Nemmen li kapaċi ntejbu l-wirjiet tagħna u nispiċċaw mal-ewwel erbgħa fil-klassifika. Temmen li kapaċi tirbħu l-kampjonat? Mhux faċli iżda aħna nieħdu kollox logħba logħba imbagħad iż-żmien itina parir. Li nemmen żgur huwa li ma ħaqqniex inkunu f 'dik il- pożizzjoni. Kapaċi nkunu aħjar. Kemm titkellem mal-president ta' Birkirkara Frank Zarb? Nitkellem ħafna miegħu. Kien wieħed minn tal-ewwel li kellimni wara s-sentenza li ħarġet. Tkellimna matul is-sena kollha u issa nistgħu ngħidu li r-ritorn tiegħi huwa ferm viċin. Tara li fil-futur tkun tagħmel parti mit-tim nazzjonali tal-kbar? Iva nixtieq ħafna. Din hija ħolma ta' kull plejer li jirrappreżenta lil pajjiżu. Jien dejjem lest li nagħti l-mija fil-mija tiegħi u mbagħad huwa f 'idejn il-kowċ nazzjonali li jagħmel l-għażla tiegħu. Taqbel ma' kampjonat b'14-il tim? Ma tantx naqbel ħafna. Nara li ħafna drabi jkun hemm distakk bejn il-parti ta' fuq u l-parti t'isfel tal-klassifika. Ifhem din hi l-opinjoni tiegħi iżda ssib ħafna aktar fehmiet f 'dan ir-rigward. U xi tgħidli dwar ir-regola tal-11-il barrani fil-kampjonat Premier? Jien nemmen li tista' iżżid il- kompetizzjoni u fil-fehma tiegħi jekk plejer Malti huwa tajjeb ser jilgħab. X'taħseb dwar l-istadiums fejn jintlagħbu l-logħob tal-kampjonat Malti? Ifhem l-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali għamlu xogħol tajjeb ħafna l-istess bħalma għamlu fl-Istadium Ċentinarju. Anke l-Hibernians Stadium mhux ħażin bħala grawnd. Ma tantx hemm f 'wieħed igerger mill- grawnds li għandna f 'pajjiżna. Nixtieqektgħaddili l-aħħar messaġġ lil dawk li qed jaqraw din l-intervista fejn minkejja xi żminijiet diffiċli li wieħed jista' jgħaddi minnhom m'għandek taqta' qalbek qatt. Fil-mistoqsija li għamiltli int irnexxielek tiġbor prattikament kollox. Jien ngħid li jiġri x'jiġri dejjem għandek tibqa' b'saħħtek. B'xorti ħażina dejjem ser issib min inkissrek bil-kliem iebes tiegħu. Iżda trid tkun b'saħħtek għax jekk ma tkunx hekk faċli titkisser moralment. Jien dejjem ngħid li dejjem għandek tiġri wara l-ħolma tiegħek u tipprova tara kif ser tilħaq l-objettivi tiegħek. Meta tagħmel dan tkun ferm sodisfatt li minkejja xi kurrenti kontrik jirnexxielek tasal fejn trid. iżda ninsab lest biex nirritorna bil-kbir' Huwa wieħed mill-aqwa plejers li pproduċa l- futbol lokali f 'dawn l-aħħar snin. Fl-aħħar xhur kien nieqes mill-azzjoni minħabba li kien qed jiskonta sospensjoni. Jistqarr li jinsab lest biex sa mil-lum stess l- konfront dirett kontra Balzan, jirritorna bil-kbir bil-okk ta' Birkirkara. Fil-passat lagħab ukoll mat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena, Valletta u Tarxien Rainbows f 'pajjiżna, kif ukoll ma' Livorno -Italja. LUKE MONTEBELLO

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 13.01.19