Illum previous editions

Illum 13.01.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1070936

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 Aħbarijiet Il-Ħadd 13 ta' Jannar 2019 | illum Aħbarijiet tal-Occupy Justice fil-kantina tad- mal-Corinthia lil Stellini David Stellini b'idejh marbutin minħabba konsulenza mal-Corinthia Intant din il-gazzetta tista' tiżvela wkoll kif David Stellini, Deputat Nazzjonalista u President tal-Kumitat Amministrattiv li mistenni jiltaqa' din il-ġimgħa, għandu jdejh marbutin minħabba konsulenza. Il-gazzetta ILLUM hija infurmata li Stellini ngħata konsulenza mal-grupp Corinthia meta ġie lura Malta għax kien elett u kellu l-aktar bżonn ta' xogħol. Milli jidher kien eks uffiċjal prominenti tal-PN u xi ħadd li ma tantx jara lil Delia f 'dawl sabiħ illi għenu biex jieħu din il-konsulenza. Sors qrib it-tmexxija tal-PN sostna illi Stellini għandu jdejh xi ftit marbutin u allura jinsab bejn dawk li huma favur Delia u dawk li għenuh meta l-aktar illi kellu bżonn. Apparti dan iżda l-gazzetta kienet infurmata wkoll li Stellini kkonfronta lil Delia u talbu biex jitlaq minn Kap f 'laqgħa privata li kellu. Meta kkuntattjat minn l-ILLUM Stellini wieġeb biss li l-laqgħa kienet waħda privata u għalhekk ma jistax jiddiskuti dak li ntqal jew ġie diskuss dwarha. Madanakollu, Stellini saħaq li Adrian Delia kien lest li jisma' u anke jispjega s-sitwazzjoni tiegħu, fosthom anke r-recordings dwaru li qed iduru fuq il- midja soċjali. Fi kliem Stellini, Delia qed jieħu "approċċ proattiv," fejn qed jiltaqa' ma' min jitolbu u saħansitra jistieden hu minn jeddu lil min għandu mistoqsijiet, biex jispjegalhom. Fil-fatt, Delia jidher li ltaqa' wkoll anke ma' membri tal-amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista, jiġifieri fost l-aktar persuni viċin tiegħu, biex jispjegalhom dwar l-akkużi u r-recordings. Stellini saħaq li dan qiegħed iħalli l-frott. Intant, ikkonferma wkoll li fil-ġranet li ġejjin se jkun qed jiltaqa' l-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista. Stellini qal li anke jekk f 'dan il-Kunsill jiġu diskussi diversi kwistjonijiet, fosthom dawk politiċi, minħabba li l-ammont tal- membri huwa żgħir, ikun hemm ukoll ċans li jsiru mistoqsijiet lill-Kap. 'Se mmorru niddiskutu l-liġijiet u lanqas biss iltqajna' Intant, minkejja li Delia jidher li għad għandu appoġġ qawwi fost l-għeruq, ma jidhirx illi għandu l-istess appoġġ fost id-Deputati. Deputat li qed jitkellem ma' din il-gazetta stqarr li l-Kap tal-Oppożizzjoni qed jibża' jlaqqa' lill-Grupp Parlamentari, kemm għax jaf li tilef l-appoġġ tal-maġġoranza tad-Deputati u anke għax jaf li jekk issir laqgħa, xi ħadd se jqum u jistaqsih dwar is-sitwazzjoni tiegħu u l-partit. "Din il-ġimgħa nerġgħu nkomplu bil-Parlament. Se mmorru niddiskutu liġijiet mingħajr ma ltqajna. Qed jibża' jlaqqa' l-Grupp Parlamentari," stqarr id- Deputat. 'Hemm bżonn li jkun hemm żblokk…' Fid-dawl ta' dan kollu, l-istess sors insista li l-Partit Nazzjonalista ma jistax jibqa' sejjer hekk anke għax l-akkużi li qed jiffaċċja l-Kap huma serji. Fakkar ukoll li qed tiġri l-kelma, kif irrapportat il-gazzetta ILLUM il-Ħadd li għadda, li jeżisti filmat jew filmati dwar aspetti differenti ta' ħajjet Adrian Delia u li mhumiex relatati mal-familja. "Dan qed jinkwieta ħafna lill- Grupp Parlamentari," kompla jgħid id-Deputat. Iżda dan mhux kollox, għax biex tkompli tgħarraq is-sitwazzjoni ta' Adrian Delia, din il-ġimgħa ħareġ rapport fuq il-ġurnal Times of Malta li rrapporta kif skont waħda mill-emails li ħarġu fl-apert, apparti l-€81,000 li ħallas is-sena li għaddiet, Delia għad fadallu jħallas €64,000 f 'taxxa. Delia la ċaħad u lanqas ikkonferma din l-aħbar għax fi kliem kelliem tiegħu, l-ewwel irid jara u janalizza d-dokumenti li dwarhom jitkellem ir-rapport. Kien hawn li d-Deputat saħaq li xi ħaġa jeħtieġ li ssir u li ssir malajr. "Jeħtieġ żblokk u żblokk malajr," insista. Mistoqsi dwar jekk hux qed jirreferi għal dak li rrapporta s-sit illum.com. mt, jiġifieri li Deputati lesti jiffirmaw stqarrija ta' sfiduċja f 'Adrian Delia bħala Kap tal-Oppożizzjoni u jmorru biha għand il-President tar-Repubblika, is-sors qal li din hija biss waħda mill- possibilitajiet. "Jista' jkun hemm ukoll qasma fil-partit," qal id- Deputat waqt li saħaq li l-firda fil-PN issa hija evidenti. Madanakollu, bħal-lum ġimgħa, deputat ieħor tal- Partit Nazzjonalista kien aktar kawt u fakkar li jekk Adrian Delia ma għandux appoġġ fil-Grupp Parlamentari, igawdi l-appoġġ ta' ħafna fil-Partit Nazzjonalista, inkluż it- tesserati. "Taqta' fejn taqta' se joħroġ id-demm. Trid issib soluzzjoni li tfisser l-inqas telf ta' demm," saħaq dan id-Deputat. Xi żvelat sa issa l-gazzetta ILLUM? • Qed isiru laqgħat sigrieti bejn deputati u kandidati tal-PN biex Delia jkun imġiegħel jirreżenja qabel l-elezzjoni tal-MEPs • Biża' li joħorġu filmati u ritratti oħra ta' Delia li ma jinvolvux lill-familja • Deputati Nazzjonalisti lesti jiffirmaw kontra Adrian Delia u jieħdu l-firem tagħhom għand il-President tar-Repubblika • Beppe Fenech Adami u Jason Azzopardi fost dawk li qed jikkampanjaw kontra Delia mad-Deputati tal-PN • Adrian Delia ma għandux l-appoġġ tal-maġġoranza tal-Grupp Parlamentari • Ma għandux lanqas l-appoġġ tal-Ewro Parlamentari tiegħu • Delia mistenni jieħu passi legali kontra min xerred il-filmati tiegħu mal-familja

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 13.01.19