Illum previous editions

Illum 13.01.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1070936

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

Sports 29 Il-Ħadd 13 ta' Jannar 2019 | illum 'Ma nimmaġinax il-futur tiegħi mingħajr il-hockey' - Ayrton Carlos Falzon minn Cristian Antony Muscat AYRTON Carlos Falzon - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-hockey f 'pajjiżna f 'dawn l-aħħar snin. Huwa tana d-dettalji kollha rigward il-karriera tiegħu sa issa. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-hockey? Meta kelli ħames snin kien ġie s-Sur Joe Grech, rappreżentant ta' Qormi Hockey Club, ikellimna l-iskola dwar il-logħba talhockey u dwar il- klabb. Dakinhar kont interessajt ruħi iżda ma kontx isseħibt mal-klabb mill-ewwel. Imbagħad, kien hemm ħabib tiegħi, Isaac Mansueto, li llum nilagħbu flimkien, li kien ħajjarni biex nibda mmur il-klabb u ftehmna biex dik il-ġimgħa immur għat-trejning miegħu. U minn hemm bqajt nittrenja mal-klabb u issa ilni ma' dan il-klabb għal sittax –il sena. X'sagrifiċċji jinvolvi l-isport tal-hockey? Bħal kull sport ieħor, il-hockey fih l-impenji tiegħu u s-sagrifiċċji wkoll. Meta tkun plejer hija responsabbilta' tiegħek li tattendi għat-trejning matul il-ġimgħa u tara li tkun fi stat fiżiku u mentali tajjeb għal-logħob. Trid tkun kommess li lejlet logħba ma toħroġx u ma tixrobx alkoħol, bħala rispett għalik innifsek, għal sħabek u, fl-aħħar mill-aħħar, b'rispett lejn it-tim. Il-hockey jien nikkunsidrah bħala passatemp u żvog li jgħini ntaffi l-istress ta' kuljum, għaldaqstant il-hockey huwa essenzjali f 'ħajti u ma nixtieqx li għal xi raġuni jew oħra jkolli nieqaf. Ir-riżorsi li tilagħbu fihom, kemm tqishom adekwati? F'dawn is-16-il sena rajt kambjament pożittiv fil- klabb, imma ovvjament dejjem hemm lok ta' aktar titjib, iżda dan jiddependi ħafna fuq il-finanzi li sfortunatament huma limitati. Il-hockey f 'Malta għadu mhuwiex daqshekk popolari, għalhekk ma tantx issib min jinvesti fih, bħalma jsibu klabbs ta' sport oħrajn li huma aktar popolari. Minkejja dan, jien inħoss li aħna ixxurtjati ħafna li għandna l-klabb u grawnd tagħna. Dan huwa ta' vantaġġ kbir għalina u napprezza aktar meta niftakar li dan kollu sar b'ħidma kbira minn bosta volontarji. Kif qed tħares lejn il- futur tiegħek? Jien ma nimmaġinax il-futur tiegħi mingħajr il-hockey, u nixtieq li nibqa' ntejjeb il- ħiliet tiegħi f 'dan l-isport. Inħobb nesperjenza sfidi ġodda, bħal meta nilagħbu ma' timijiet minn barra minn xtutna li ma tkunx għadek taf it-tattika tagħhom, għalhekk ikunu ta' sfida ikbar. X'inhuma t-tragwardi tiegħek personali u tal- klabb għal dan l-istaġun? Naħseb is-sena li għaddiet kienet waħda mill-isbaħ snin li nista' nesperjenza mal-klabb, dan għaliex it-tim ta' Qormi Daikin Hockey Club rbaħna kull kompetizzjoni li lgħabna fiha, mill-kategorija tal-Juniors sas-Seniors. Nittama li din issena tkun tajba daqs ta' qabilha, inżommu l-unuri li rbaħna u nkomplu ntejbu l-prestazzjonijiet tagħna, kemm fuq bażi personali bħala players u bħala klabb. Is-sena li ġejja hija waħda ta' stennija għall-klabb, dan għaliex f 'Ġunju li ġej, hawn Malta ser tiġi organizzata l-Euro Hockey Club Champions Challenge IV u l-organizzatur prinċipali ta' dan ittournament ser ikun Qormi Daikin Hockey Club, għalhekk, bħala klabb ninsabu entużjasti ħafna u nittamaw li għal darboħra nerġgħu noħorġu rebbieħa. Ninsab ċert li din is- sena ser tkun sena mimlija sfidi għax il- kompetizzjoni bejn it-timijiet qiegħda dejjem tikber, madankollu jien nemmen ħafna fil-klabb u fil-komponenti kollha tiegħu, kemm fil-plejers, u kif ukoll fit-tmexxija, li flimkien kapaċi nerġgħu niksbu s-suċċessi li ksibna u aktar.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 13.01.19